Kunsill Lokali Mellie˙a - Mellieħa Local Council

Kunsill Lokali Mellie˙a - Mellieħa Local Council Kunsill Lokali Mellie˙a - Mellieħa Local Council

mellieha.gov.mt
from mellieha.gov.mt More from this publisher

Mill-Qieg˙a

15

Kunsill Lokali

Mellie˙a

Kunsill fʼAktar Ħidma

bʼAktar Impenn

Robert Cutajar - Sindku

Għadna kif qbiżna nofs it-terminu ta’

dan il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa fejn

wara li stabbilixxejna l-lokal tagħna fuq

quddiem nett f’dak li għandu x’jaqsam

maʼ inizjattivi u attivitajiet b’differenza,

issa l-ħidma tagħna se tkun iffukata fuq

proġetti infrastrutturali li aħna determinati

li nwettqu għas-sentejn li ġejjin.

Filwaqt li saħħaħna l-attivitajiet li kienu

nħolqu minn Kunsilli preċedenti, flaħħar

snin introduċejna attivitajiet oħra

fil-kalendarju ta’ kull sena. Fost dawn

tajjeb li wieħed isemmi Iljieli Melleħin -

Milied Mellieħi - Animal Fest - Manikata

Fun Games - Mellieħa Gardens By Night

- Sea Side Slam. Permezz ta’ dawn

l-attivitajiet irnexxielna flimkien inpoġġu

ʼl-Mellieħa fil-vetrina kulturali ta’ pajjiżna.

Dan il-Kunsill Lokali qed jaħdem bis-sħiħ

biex jagħti l-kontribut tiegħu anke filqasam

soċjali għall-komunità Melleħija.

Biżżejjed wieħed isemmi l-involviment

tal-kunsill f’ħidma flimkien mal-Gvern

Ċentrali. Illum fil-Mellieħa għandna

Ċentru ta’ Matul il-Jum (Day Centre),

Ċentru ta’ Matul il-Lejl (Night Shelter)

kif ukoll Berġa li tixraq lill-poplu Mellieħi.

Fuq dawn l-inizjattivi biss il-Kunsill ser

ikun qed jonfoq €20,000. Ma niddejqu

xejn li nkomplu nonfqu bil-għaqal fuq dan

il-qasam. Dan għax nemmnu li l-kunsill

mhux qiegħed hemm biss għall-bozoz u

l-bankini.

B’sodisfazzjon wieħed jinnota ukoll

li kemm f’Avventura Sajf, l-attività li

l-Kunsill jorganizza matul ix-xhur tassajf

għal tfal ta’ bejn it-3 u t-8 snin, kif

ukoll korsijiet ġodda li ntroduċejna fil-

Mellieħa, illum qed jiġu reġistrati numri

rekord ta’ parteċipanti. Dan għalina

huwa sodisfazzjon li filwaqt li jimliena

b’kuraġġ għas-snin li ġejjin, ipoġġilna

aktar responsabbilità sabiex inkomplu

ninvestu fil-qasam edukattiv anke fuq

livell lokali.

Proġetti Infrastrutturali li ser jagħmlu

d-differenza

Fl-ewwel xhur fil-ħidma tal-kunsill kien

hemm min kien xettiku dwar sa fejn seta’

2 Mill-Qieg˙a | Lulju 2011 | Óar©a Nru. 45

jasal dan il-kunsill. Illum tlitt snin wara

l-kelma li konna tajna li dan il-Kunsill

irid jagħmel verament differenza filħajja

tan-nies u li jagħti l-aqwa u l-aħjar

lill-komunità Melleħija, nemmen illi

verament ninsabu f’dik it-triq minkejja li

fadal ħafna xogħol xi jsir.

Filwaqt li l-attivitajiet popolari baqgħu

jiġu organizzati, dan il-Kunsill immexxi

minni, fl-aħħar xhur nieda sensiela ta’

proġetti li nittamaw li, la jitlestew, ikunu

qed intejbu l-livell ta’ kif jgħix il-poplu

Mellieħi. Fil-present fil-Mellieħa, proġetti

tal-Kunsill Lokali mibdija jew qegħdin

fil-proċess li jinbdew, hawn xejn inqas

minn sitta. Dawn huma: Park tal-Familja,

Ir-riabilitazjoni ta’ Selmun u l-Imġiebaħ,

tisbieħ fiż-żoni ta’ ħdejn l-iskola u wara

l-knisja, dawl permanenti ta’ fuq il-Knisja

kif ukoll kisi bit-tarmak ta’ Triq l-Armier.

Tajjeb infakkar ukoll dwar proġetti li

tlestew bħal ma huma Ġnejnet l-Emigranti

Melleħin, Ġnien il-Volontarjat, il-kisi bittarmak

ta’ Triq il-Kbira u Triq Ġorġ Borg

Olivier, it-Teatru Grieg fi Ġnien il-Qigħan

u t-tisbieħ quddiem l-iskola Primarja.

L-Interess tal-Ġid Komuni Fuq

Quddiem Nett

Minkejja dawn il-proġetti infrastrutturali

kollha, wieħed mill-ikbar proġetti li ser

ikun qed jidħol għalih dan il-Kunsill Lokali

hu li jsib l-aħjar alternattivi sabiex inkunu

nistgħu nissotitwixxu l-mod kif qegħda

titħaddem is-sistema tat-traffiku fi Triq

Ġorġ Borg Olivier.

Il-poplu Mellieħi u dawk li jiġu jżuruna,

ilna 20 sena nitkellmu dwar il-bżonn li jsir

xi ħaġa fil-mod kif titħaddem is-sistema

tat-traffiku fi Triq il-Kbira u Triq Ġorġ

Borg Olivier. Dan il-Kunsill Lokali daħal

għal dan il-pass kuraġġuż, li minkejja

l-possibilità ta’ nuqqas ta’ popolaritaʼ ma’

xi frazzjonijiet tal-komunità Melleħija,

xorta baqa’ determinat li jieħu dawk ilmiżuri

u d-deċiżjonijiet bil-ħsieb uniku li

jkun hemm titjib fil-kwalità tal-ħajja b’mod

ġenerali u jkunu jfissru wkoll deċiżjonijiet

meħuda fl-interess tal-ġid komuni.

Filwaqt li wieħed jifhem li jista’ jkun hemm

min hu xettiku dwar ċerti deċiżjonijiet li

jistgħu jittieħdu, konvint li għada pitgħada

dawk il-ftit jifhmu li din kienet deċiżjoni li

minnha ser ikun gawda l-poplu Mellieħi

inġenerali flimkien ma’ dawk l-eluf li jiġu

jżuruna matul ix-xhur kollha tas-sena.

Se tkun deċiżjoni li, iva, anke l-komunità

kummerċjali ser tkun qed tibbenefika

minn dan il-pass diffiċli imma bżonnjuż

li l-Kunsill ser ikun qed jieħu fil-ġimgħat

li ġejjin.

L-ewwel pass li ser ikun qed jieħu

l-Kunsill f’dan ir-rigward se tkun fuq

prova ta’ erba’ xhur li Triq Ġorġ Borg

Olivier issir one way ʼl isfel. Magħha

pero' ser jittieħdu numru ta’ miżuri oħra

sabiex jitnaqqas l-impatt li jista’ jinħoloq

fuq żoni oħra fil-Mellieħa.

Biex stajna naslu għal dan il-pass,

matul l-aħħar xhur għamilna diversi

laqgħat ta’ konsultazzjoni ma’ dawk

kollha involuti li jinkludu fost l-oħrajn irresidenti,

is-sidien tal-ħwienet, l-MHRA u

anke l-GRTU. Sar ukoll stħarriġ fost 404

familji Melleħin fejn kważi 80% jaqblu

li one way Triq ĠorġBorg Olivier hija

pass fid-direzzjoni t-tajba sabiex intejbu

l-ambjent u s-sigurtà f’din il-parti arterjali

tal-lokal tagħna. 65% ta’ dawk intervistati

jemmnu wkoll li b’pass f’din id-direzzjoni,

il-livell tal-għajxien tal-familji Melleħin ser

ikompli jitjieb.

Huwa obbligu tal-Kunsill li jispjega u

jisma’ pero' fl-aħħar mill-aħħar huwa

obbligu b’dover li l-Kunsill jiddeċiedi

x’jaqbel għall-komunità Melleħija

inġenerali. Il-Kunsill huwa obbligat li

jaħdem favur ambjent aktar nadif u toroq

aktar siguri għal ġenerazzjonijiet tal-lum

u dawk futuri.

Is-Sindku jiltaqa’ marresidenti

kull nhar ta’ Sibt.

Għal appuntament ċempel

fuq numru 21521333.

Il-Kunsill Iwissi Wara Nuqqasijiet fil-Ġbir tal-Iskart u l-Qtugħ tal-Ħaxix

Fl-aħħar jiem il-Kunsill Lokali ħtieġlu

jsejjaħ żewġ laqgħat b'urġenza biex

jiġbed l-attenzjoni taż-żewġ kuntratturi

li huma responsabbli mill-ġbir tal-iskart

domestiku, knis u qtugħ ta' ħaxix f'żoni

urbani u dawk mhux urbani. Dan wara li,

apparti numru ta' lmenti li daħlu fl-aħħar

ġimgħat, deher ċar li l-kuntratturi kienu

qed jillaxkaw fil-ħidma tagħhom. Dan

in-nuqqas wassal ukoll biex jinħarġu

xejn inqas minn ħames avviżi ta' ksur

ta' kundizzjonijiet fil-kuntratt (default

notices) lill-istess kuntratturi.

Dawn in-nuqqasijiet kienu jvarjaw minn

dewmien fil-ġbir tal-iskart u l-qtugħ ta'

ħaxix jew saħansitra ċirkustanzi fejn

l-iskart jibqa' ma' jinġabarx. Il-kunsill

ġibed ukoll l-attenzjoni lil wieħed mill-

Dak li kien rappurtat fuq l-aħbarijiet ta'

One News nhar il-Ħadd 24 u t-Tlieta

26 ta' Lulju kienu biss intenzjonati biex

jitfgħu dell ikrah fuq l-operat tal-Kunsill

fir-rigward tal-proċeduri u deċiżjonijiet

meħudha biex jinxtara l-bini li qabel kien

jintuża bħala l-każin tal-Mellieħa Sports

Club. Rapporti li kienu ferm il-bogħod millfatti

kif seħħew.

Tajjeb li l-komunità Melleħija kollha

kemm hi tkun taf il-verita dwar il-proċess

u l-fatti kif seħħew fir-rigward tax-xiri ta'

dan il-fond li bħalissa jinsab fi stadju ta'

konvenju.

1. Il-Kunsill Lokali Mellieħa ingħata

l-permess mid-dipartiment tal-Kunsilli

Lokali sabiex ikun jista' jibda l-proċess

u jinnegozja prezz mas-sidien tal-post

indikat (Mellieha Sport Club) mingħajr

ma tinħareġ sejħa għall-offerti. Dan

seħħ peress li l-post indikat kien jinsab

b'oppoġġ mal-bini eżistenti tal-Kunsill.

Tajjeb jingħad li dan kien l-uniku bini

b'appoġġ mal-bini tal-kunsill li kien jinsab

għall-bejgħ. Jirriżulta ukoll li każ simili bħal

dan kien seħħ ftit tax-xhur ilu f'Ħal Qormi

meta d-dipartiment kien awtorizza lil dan

il-Kunsill sabiex jinnegozja prezz għal bini

ta' propjetà li kien jinsab fl-istess akkwati

tal-bini eżistenti tal-Kunsill mingħajr ma

joħroġ sejħa għall-offerti.

2. Saru tal-inqas tlitt laqgħat mal-kumitat

tal-Mellieħa Sports Club sabiex il-kunsill

kuntartturi li mhux ser jibqa' jiġi aċċettat

inkonvenjent lir-residenti meta b'mod

abbużiv isir tgħasir tal-iscammel f'żoni

residenzjali. Il-Kunsill, fil-jiem li ġejjin, ser

jinnomina inġinier sabiex jiġu spezjonati

it-trakkijiet kollha li fihom jinġabar l-iskart

domestiku.

Dawn il-kuntratturi ġew imwissija li, jekk

kemm il-darba dan in-nuqqas jippersisti,

ser ikunu qegħdin jipperikolaw ixxogħol

tagħhom fil-lokalità tal-Mellieħa

b'possibiltà li jiġi tterminat il-kuntratt

tagħhom.

Mill-banda l-oħra il-Kunsill Lokali irid

iwissi wkoll lil dawk il-ftit residenti li,

b'mod irresponsabbli, joħorġu l-iskart

tagħhom filgħaxija u mhux kif inhuma

seta’ jinnegozja l-aħjar prezz possibbli.

Filfatt mit-talba inizjali (€250,000) għal

dik maqbula illum (€210,000) kien hemm

qabża sostanzjali. Għal-laqgħat bejn il-

Kunsill u l-Mellieħa Sports Club kienu

dejjem mistiedna l-kunsilliera kollha.

Wieħed tajjeb ifakkar li fl-aħħar estimi

finanzjari tal-Kunsill għas-sena li ninsabu

fiha kien approvat il-finanzjament taxxiri

tal-post meta l-istess estimi kienu

approvati b'mod unanimu.

3. Il-Kunsill Lokali mexa fuq il-pariri talperit

tal-Kunsill qabel għamel il-pass finali

fejn jirriżulta li kemm id-deċiżjoni biex

jinxtara l-post u anke l-prezz li ser jitħallas

huwa wieħed raġjonevoli.

4. Min isegwi sew il-ħidma tal-Kunsill u

jaf sewwa l-mod li qed jimxi bih il-Kunsill

Lokali jinduna li, filwaqt li l-operat kiber sew

fl-aħħar snin, sar impossibbli li l-Kunsill,

fil-bini eżistenti, jorganizza laqgħat għallgħaqdiet.

Sar impossibbli li jlaħħaq maddomanda

tal-korsijiet li qed jiġu organzzati

mill-Kunsill fejn fl-aħħar snin dawn aktar

milli irduppjaw bil-komunità Melleħija tkun

dejjem aktar parteċipattiva. Il-Kunsill kien

kostrett li jħalli numru ta' persuni jistennew

xhur sabiex jagħmlu korsijiet minħabba

nuqqas ta' spazju .Dan apparti li l-Kunsill

għamel użu ukoll minn kmamar fiċ-Ċentru

Parrokkjali kif ukoll fl-iskola primarja.

Il-Kunsill Lokali irid iserraħ ras kulħadd li

kull ċenteżmu li jintefaq mill-Kunsill qed

obbligati li jagħmlu kmieni filgħodu. Il-

Kunsill ifakkar li dawk il-persuni li joħorġu

l-iskart qabel is-7 ta' filgħodu ikunu qed

jiksru l-liġi u jekk jinqabdu jagħmlu dan

huma jkunu esposti għal passi legali.

Dan jgħodd ukoll għas-sidien tal-ħwienet,

lukandi u r-ristoranti li mhux permessibbli

li minnaħa tagħhom joħorġu l-iskart minn

kmieni filghaxija. Il-Kunsill ifakkar li

lanqas huwa permessibbli bil-ligi li matul

il-gurnata ikun hemm skips wara l-bibien

tal-ħwienet.

Fil-jiem li ġejjin il-Kunsill ser ikun qed iżid

il-presenza tal-gwardjani lokali fil-ħinijiet

ta' matul il-lejl sabiex dawk li jinqabdu bliskart

wara biebhom qabel il-hin, jittieħdu

l-passi u jingħataw ċitazzjoni diretta fuq

il-post.

Rapporti Intiżi Biex Jitfgħu Dell Ikrah fuq il-Kunsill Lokali

Proċeduri stabbiliti u bʼpermessi mgħotija mid-dipartiment konċernat

isir bl-akbar responsabbilità u bl-ebda

tberbiq bla bżonn. Ix-xiri ta' dak li qabel

kien il-każin tal-Mellieħa Sports Club ma

sar taħt l-ebda pressjoni fuq ħadd iżda

għax b'mozzjoni approvata fil-Kunsill kien

hemm intenzjonijiet ċari l-Kunsill Lokali

għandu jkompli jkabbar l-operat tiegħu

biex ir-residenti tal-Mellieħa u l-Manikata

jkollhom post aktar komdu u deċenti fejn

jistgħu jinqdew u jingħataw dejjem aktar

servizzi ġodda.

Dan ix-xiri ser ikun ifisser investiment

għal futur għax il-Kunsill tal-lum jemmen li

minn jiġi warajna għandu jkollu post aħjar

minn dak tal-lum. Din hija l-viżjoni ta' dan

il-Kunsill Lokali Mellieħi li tajjeb ifakkar li

minbarra dan l-investiment qed iwettaq

ukoll sitt proġetti infrasstrutturali oħra li

żgur ser ikunu jfissru livell ta' għejxien

aħjar għall-poplu Mellieħi kollu kemm hu

mingħajr ebda distinzjoni. Il-bini tal-Park

tal-familja, ir-riġenerazzjoni ta' Selmun u

l-Imġiebah, dawl permanenti mal-knisja

Parrokjali u s-Santwarju tal-Madonna,

tisbieħ fiż-żoni ta' wara l-knisja, quddiem

il-Kunsill u f'Ta' Pennellu. Dan apparti

toroq ġodda bit-tarmak bħal dik tal-Armier

u Triq Ġorġ Borg Olivier. Altru li mhux

Kunsill Lokali tajjeb biss għall-attivitajiet

popolari !!!!

Hekk titlob is-serjetà, hekk titlob tmexxija

bil-għaqal u fuq kollox hekk huwa l-obbligu

ta' min verament jemmen li l-Mellieħa

jixraqilha l-aqwa u l-aħjar.

Mill-Qieg˙a | Lulju 2011 | Óar©a Nru. 45

3

Ikompli minn paġna 1:

Ħidmet il-Kunsill trendi wkoll

għall-Komunità Kummerċjali

Kampanji ta’ reklamar li qed

jagħmel il-Kunsill, anke barra

minn xtutna, qegħdin ukoll jagħtu

l-frott mixtieq tant li l-Mellieħa qed

issir dejjem aktar viżibbli ma’ dak

it-turist li jagħżel lil Malta bħala

d-destinazzjoni tiegħu biex iqatta’

l-vaganzi tiegħu mhux biss fissajf,

iżda anke fix-xhur l-oħra

ta’ matul is-sena. Wieħed tajjeb

isemmi wkoll li żewġ konferenzi

kbar mill-Kummissjoni Ewropea

li ġew organizzati fil-Mellieħa

għenu mhux ftit biex il-komunità

kummerċjali Melleħija kompliet

miexja ’l quddiem. Wieħed irid

jirrikonoxxi l-kuraġġ tal-investituri

lokali u barranin li b’tant sagrifiċċji

ma ddejqux jinvestu fil-Mellieħa u

għax emmnu fil-potenzjal li toffri

din il-lokalità, illum qed jaqtgħu

l-frott tad-deċiżjonijiet li huma

ħadu.

Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jibqa’

kommess u determinat li bilfatti

jagħti s-sehem tiegħu biex

flimkien inkomplu mmexxu l-lokal

tagħna ’l quddiem.

Appell mill-Kunsill

Lokali

Photo courtesy of Times of Malta

B’rabta mal-ħruq li seħħ fl-aħħar

jiem fil-Miżieb u fl-Aħrax, il-

Kunsill Lokali Mellieħa jappella

lill-pubbliku inġenerali sabiex

jirraporta lill-Aworitajiet konċernati

b’xi negliġenza jew atti oħra li

setgħu kienu l-kaġun ta’ dawn innirien.

Dan il-ħruq fisser qerda ta’

mijiet ta’ siġar.

4 Mill-Qieg˙a | Lulju 2011 | Óar©a Nru. 45

Fondi miksuba

F’dawn l-aħħar xhur il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa kompla

jaħdem bla heda sabiex ikun jista’ jkompli jakkwista aktar

fondi u għajnuniet b’risq il-Komunità Melleħija. Dawn

l-għajnuniet kienu jikkonsistu primarjament fuq tlitt skemi

differenti. Kofinanzjament imniedi mill-Gvern Ċentrali

b’rabta mal-fondi Ewropej, fondi tal-Gvern u fondi diretti

mill-Unjoni Ewropea.

Il fuq minn €27,000 Fondi b'Rabta ma' Programmi ta'

l-Unjoni Ewropea

Il-Kunsill Lokali rnexxielu

jakkwista diversi fondi

kemm mill-fond ta’

finanzjament kif ukoll mill-

Unjoni Ewropea. Waqt Iljieli

Melleħin kienet organizzata

Citizen’s Meeting flimkien

mal-irħula ġemellati. Għal

din l-attività l-Kunsill Lokali

rnexxielu jġib is-somma

ta’ €10,629.45 mill-Unjoni

Ewropea filwaqt li rnexxielu

jikseb ukoll is-somma

ta’ €2,975 mill-fond ta’

finanzjament tal-Gvern

Ċentrali. Barra minn hekk il-

Kunsill ġab ukoll is-somma

taʼ €11,036.80 mill-Unjoni

Ewropea u €2,560 millfond

ta’ finanzjament għal

Youth Exchange Scheme

fejn numru ta’ żgħażagħ

Melleħin żaru l-Polonja

f’Marzu (ritratt). Din iż-żjara

ġiet reċiprokata bi żjara ta’

żgħażagħ Polakki ġewwa

l-Mellieħa.

€75,000 għal titjib fʼ Taʼ Pennellu

Fid-dawl tal-ftehim dwar ilfinanzjament,

li ġie ffirmat

mal-Awtorità tad-Djar fil-25 ta’

Marzu 2011, saret applikazzjoni

biex tingħata dehra aħjar flarja

bejn il-blokki fil-Qasam Ta’

Pennellu, kif ukoll sabiex titjieb

l-aċċessibilità u jinbidlu siġar talakaċja

u l-ewkaliptus ma’ oħrajn

indiġini. Il-Kunsill ibbenefika

minn finanzjament ta’ €75,000

għal dan il-proġett.

mill-Kunsill Lokali

Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa Jirbaħ il-Premju Lokalitajiet Indaf

€3,000 f’Għajnuna għall-Car Free Day

Fl-okkażjoni tal-Annual Car Free Day li ser tiġi organizzata fit-18 ta’

Settembru 2011 madwar Malta, il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa kien wieħed

minn tlett Kunsill Lokali madwar Malta li ntagħżlu sabiex jingħataw

għajnuna finanzjarja ta’ €3,000 mill-Gvern Ċentrali sabiex jorganizza din

l-attività. F’din il-ġurnata numru ta’ toroq fil-Mellieħa ser ikunu miftuħin

biss għat-trasport pubbliku. Il-Kunsill ser ikun qiegħed jorganizza diversi

attivitajiet f’dawn it-toroq fosthom attivitajiet sportivi għaż-żgħażagħ,

logħob edukattiv u tpinġija għat-tfal f’Misraħ iż-Żjara tal-Papa. Fil-pjazez

prinċipali ser ikun hemm ukoll wirjiet ta’ arti u mużika. Barra minn hekk

ser ikun hemm ukoll diversi attivitajiet fi Ġnien il-Qigħan u Ġnien is-Salib.

Bħas-soltu ma jonqosx l-involviment tal-komunità kummercjali Melleħija

b’numru ta’ ħwienet ikunu miftuħin matul din il-ġurnata kif ukoll numru ta’

ristoranti li jkunu jistgħu jservu l-ikel tagħhom fit-toroq.

Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa rebaħ l-ewwel premju fliskema

Inizjattiva Premju Lokalitajiet Indaf. Il-Kunsill Lokali

ħa diversi inizjattivi biex ikollna Mellieħa, li tinkludi Selmun,

l-Aħrax, Qasam Barrani, il-Manikata u Għajn Żejtuna,

dejjem iktar nadifa fosthom tindif madwar it-territorju tal-

Mellieħa. F’dawn l-inizjattivi inġabru mal-ħames tunnellati

ta’ skart varjat. Barra minn hekk kienet organizzata

kampanja edukattiva dwar l-ambjent u l-indafa fil-lokalitajiet

bis-sehem attiv tat-tfal li attendew għal Avventura Sajf;

kienu introdotti tabelli b’informazzjoni fl-ispazji pubbliċi,

twaħħlu litter bins ġodda fil-bajja tal-Għadira sabiex tkun

tista’ ssir is-separazzjoni tal-iskart; kienet organizzata

attività ta’ tindif bil-parteċipazzjoni tal-għaqdiet tal-lokalità

bħala parti mill-Iljieli Melleħin. Barra minn hekk il-Kunsill

Lokali tal-Mellieħa rnexxielu jaħdem favur status ta’ Beach

of Quality għall-bajja tal-Għadira u Golden Bay u l-għan

aħħari hu li dawn jilħqu l-livell ta’ Blue Flag.

Wieħed mill-postijiet li fih ser jiġu organizzati attivitajiet relatati

mal-Car Free Day

Għajnuna bʼrisq il-Librerija tal-

Mellieħa

Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jikkwalifika għall-għajnuna

finanzjarja mill-Gvern immirata lejn titjib fil-libreriji fillokalitajiet

f’Malta u fʼGħawdex. L-edukazzjoni fit-totalita

tagħha tibqa’ prijorità għall-Kunsill Mellieħi. Il-parteċipazzjoni

qawwija tal-komunità Melleħija fid-diversi korsijiet

organizzati fosthom fil-qasam tal-informatika, lingwi, saħħa

u sigurtà, l-ewwel għajnuna, baħħara u numru rekord tattfal

parteċipi f’Avventura Sajf huma xhieda tal-impenn tal-

Kunsill Lokali tal-Mellieħa fil-qasam edukattiv.

Il-Kunsillier Hilary Fenech preżenti għall-preżentazzjoni li saret mis-

Segretarju Parlamentari Chris Said

€19,000 fʼGħajnuna minn Skema tal-Gvern għall-Konferenzi Internazzjonali

IL-Kunsill Lokali Mellieħa bbenefika s-somma ta’ €19,000 minn fondi speċjali li l-Gvern alloka fi skema mmirata għal dawk

l-organizzazzjonijiet li jidħlu responsabbli sabiex jorganizzaw konferenza nternazzjonali f’pajjiżna. Il-Kunsill Lokali Mellieħa f’April

li għadda organizza b’suċċess flimkien mal-Kummissjoni Ewropea l-Konferenza EDEN li għaliha attendew ’l fuq minn 130 persuna.

Mill-Qieg˙a | Lulju 2011 | Óar©a Nru. 45

5

Il-Mozzjoni Dwar Tibdil fis-Sistema tat-Traffiku fil-Mellieħa Kif

Approvata mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa.

“Billi l-Kunsill ilu għaddej għal diversi

xhur bi proċess ta’ konsultazzjoni li

kien jinvolvi: il-komunità kummerċjali;

il-General Retailers’ and Traders

Union; il-Malta Hotels and Restaurants

Association, il-Ministeru responsabbli

mit-Trasport, Arriva Malta Ltd u

r-residenti tal-lokalità inġenerali; u

Billi l-Kunsill ikkummissjona survey li

nvolva erba’ mitt familja, li kien jittratta

t-traffiku fost aspetti oħra.

Il-Kunsill jirriżolvi li Transport

Malta għandha tintalab tikkonsidra

l-introduzzjoni għal żmien ta’ prova fuq

perjodu ta’ erba’ xhur, l-arranġamenti

segwenti:

(a) jitwaħħlu tabelli qabel ir-roundabout

ta’ Triq il-Marfa k/m Dawret il-Mellieħa, li

6 Mill-Qieg˙a | Lulju 2011 | Óar©a Nru. 45

permezz tagħhom tingħata indikazzjoni

lis-sewwieqa illi l-bypass toffri passaġġ

eħfef u aktar mgħaġġel;

(b) tiġi introdotta sistema ta’ one-way fi

Triq il-Kbira u Triq Ġorġ Borg Olivier - li

attwalment huma two-way - sabiex ittraffiku

jkun jista’ jinżel biss, ħlief għallkarozzi

tal-linja li jkunu jistgħu jinstaqu fiżżewġ

direzzjonijiet. L-istess restrizzjoni

tkun effettiva fi Triq il-Kbira bejn Triq

Tas-Salib u Triq Sant’Anna, u fi Triq Ġorġ

Borg Olivier, bejn Triq Sant’Anna u Triq

San Publiju. Għandu jinżamm kuntatt

kontinwu mal-Ministeru responsabbli

mit-trasport u Arriva Malta Ltd bil-għan

li jiġi evitat is-sewqan ta’ karozzi tal-linja

għat-telgħa fi Triq Ġorġ Borg Olivier, bilgħan

li tonqos il-konġestjoni u t-tniġġiż

fl-imsemmija toroq;

(c) li ssir mini-roundabout fi Triq Ġorġ

Borg Olivier li tkun tippermetti aċċess

għal Triq Adenau mid-direzzjoni ta’ Triq

il-Marfa u/jew minn Triq l-Erwieħ;

(d) tiġi introdotta sistema ta’ one-way fi

Triq Ġnien Ingraw, bejn Triq San Luqa u

Triq il-Qalb Imqaddsa, fid-direzzjoni lejn

tal-aħħar;

(e) tiġi introdotta sistema ta’ one-way fi

Triq il-Wied, bejn Triq Ġnien Ingraw u Triq

Monsinjur Indri Fenech, fid-direzzjoni

lejn tal-aħħar;

(f) tiġi introdotta sistema ta’ one-way fi

Triq Monsinjur Indri Fenech, bejn Triq il-

Wied u Triq Ġnien Ingraw, fid-direzzjoni

lejn tal-aħħar;

(g) isir titjib fuq il-junction ta’ Triq il-Marfa

k/m Triq l-Erwieħ bil-għan li t-traffiku

tielgħa lejn il-Mellieħa, mid-direzzjoni

tas-Sellum, jiġi ggwidat lejn Triq l-Erwieħ,

Triq is-Santwarju eċċ; u

(h) jitwaħħlu tabelli u sinjali ta’ direzzjoni

li jindikaw Misraħ il-Parroċċa bħala

parkeġġ alternattiv għall-faċilitajiet

eżistenti fi Triq Ġorġ Borg Olivier, Misraħ

iż-Żjara tal-Papa Ġwanni Pawlu II u finnaħa

ta’ fuq ta’ Triq il-Marfa.”

Ir-riforma fl-arranġament tat-traffiku fittoroq

ewlenin tal-Mellieħa ser tkun tinkludi

wkoll infurzar fuq regolamenti eżistenti. Il-

Kunsill Lokali ser ikun qed jiltaqa’ massidien

tal-ħwienet u tal-istabbilimenti

sabiex jiġu maqbulin il-ħinijiet u l-ġranet.

Il-Kunsill Lokali ser ikun qed jara wkoll

li trakkijiet u inġenji kbar li jkunu ġejjin

mill-Għadira direzzjoni lejn il-Mellieħa

jibdew jagħmlu użu mill-bypass ta’ wara

l-lukanda Riu Seabank u mhux jidħlu filqalba

tal-Mellieħa mingħajr bżonn.

Il-Mellieħa Finalista fil-European Enterprise Award

B’rabta mal-premju mirbuħ mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa “National Enterprise

Support Awards”, il-Kunsill ġie short listed minn fost 400 proġett ieħor minn

madwar l-Unjoni Ewropea. Preżentazzjoni taċ-ċertifikat European Enterprise

Awards ġie ppreżentat lis-Sindku tal-Mellieħa, is-Sur Robert Cutajar, mis-Sinjura

Joanna Drake, Direttur Ġenerali tal-Promozzjoni tal-Kompetittività tal-Intrapriżi

Żgħar u Medji fi ħdan il-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea.

EDEN - Konferenza Ewropea Organizzata b’Suċċess mill-Kunsill

Lokali tal-Mellieħa

Uffiċjali mill-Kummissjoni Ewropeja u persuni oħra li kkontribwew bis-sħiħ

għas-suċċess tal-Konferenza EDEN.

F’April li għadda l-lokalità tal-Mellieħa

organizzat b’suċċess konferenza

ta’ jumejn tal-EDEN Network 2011.

Madwar 120 delegai pparteċipaw f’din ilkonferenza.

L-għan tal-proġett tal-EDEN

huwa dak li jserv ibħala pjattaforma

sabiex jinqasmu bejn il-membr isensiela

ta’ prattiċi tajbin fuq livel lEwropew

u li jippromwovi networking bejn

destinazzjonijiet li rebħu dan l-unur, u

b’hekk iħajru destinazzjonijiet oħra sabiex

jaddottaw mudelli ta’ żvilupp turistiku

sostenibbli. Fost id-diversi suġġetti

diskussi f’din il-konferenza kien hemm

is-sitwazzjoni attwali tal-iżvilupp tannetwork

tal-EDEN u l-qsim ta’ esperjenzi

fuq marketing tad-destinazzjonijiet.

L-EDEN huwa proġett li jippromwovi

mudelli ta’ żvilupp turistiku sostenibbli.

Kull sena jsiru kompetizzjonijiet

nazzjonali li minnhom toħroġ il-lokalità

rebbieħa għal kull pajjiż .Ir-rebbieħa

minn kull pajjiż applicant jirbaħ

l-award Destinazzjoni ta’ Eċċellenza.

B’danil-mod l-EDEN jirnexxielu jiġbed

l-attenzjoni fuq valuri, diversità u

karatteristiċi simili ta’ destinazzjonijie

tturistiċi ewropej. L-EDEN Network iżid

il-visibilità ta’ destinazzjonijiet emerġenti

ewropej, u jippromwovi networking bejn

destinazzjonijiet li jkunu rebħu dan l-unur.

Il-Konferenza tal-EDEN kienet

organizzata ġewwa l-Mellieħa bejn

il-ħamsa u s-sitta ta’ April 2011. Is-

Segretarju Parlamentari Dr Mario De

Marco, Segretarju Parlamentari għat-

Turiżmu, l-Ambjent u l-Kulturafl-Uffiċċju

tal-Prim Ministru, is-Sindku tal-Mellieħa,

is-Sur Robert Cutajar u s-Sinjuri

Ilona Lelonek u Girma Anuskeviciute,

rappreżentanti tat-Taqsima tat-Turiżmu

tal-Kummissjoni Ewropea, indirizzaw

l-ewwel sezzjoni ta’ din il-konferenza.

Is-Sur Antonio Pezzano, il-faċilitatur tal-

EDEN Network, stqarr li l-EDEN Network

twaqqaf sabiex iqajjem kuxjenza dwar

turiżmu sostenibbli. Wara ħames snin

dan in-network ta’ destinazzjonijiet

għandu jsir awto sostenibbli. Bħala

l-ewwel pass għal dan il-pjan, ġiet

imwaqqfa struttura ta’ management

kif ukoll ġiet ippjanata karta bi proposti

għall-futur tal-EDEN Network sabiex jiġu

approvati mill-membri. F’dawn il-proposti

qam punt important tal-bżonn li dawn iddestinazzjonijiet

li jkollhom iżjed viżibilità.

Dan wassal sabiex jitfassal business

plan li ġie diskuss waqt din il-konferenza.

Il-Mellieħa rebħet it-titlu Destinazzjoni ta’

Eċċellenza fl-2009.

L-organizzazjoni tal-Konferenza EDEN

kienet fdata kollha kemm hi f’idejn il-

KunsillLokali tal-Mellieħa. Ta’ min wieħed

jinnota wkol lil-parteċipazzjoni ta’ persuni

u għaqdiet mill-komunità Melleħija li taw

is-sehem tagħhom għas-suċċess ta’ din

il-konferenza.

X’qalet il-Kummissjoni Ewropeja dwar

il-konferenza

Il-konferenza EDEN li ġiet organizzata

ġewwa l-Mellieħa kienet ta’ importanza

kbira għaliex is-77 membru kellhom

jiddeċiedu dwa rtmexxija ġdida għallorganizzazzjoni

EDEN. Huma kellhom

Koki minn 10 lukandi fil-Mellieħa li ħaddmu flimkien f’waħda mis-serati talkonferenza

ukoll jiddeċiedu dwar strateġija ġdida ta’

komunikazzjoni tan-Network tal-EDEN.

Fit-tlitt ijiem ta’ konferenza ttieħdu

deċiżjonijiet pożittivi u bi qbil bejn ilparteċipanti.

Dan qalitu Anya Niewierra,

Chairperson Steering Committee tal-

EDEN.

Hi kompliet tgħid li l-membri kollha

qablu li l-organizzazzjoni perfetta u

professjonali hekk kif organizzata millkomunità

Melleħija kellha impatt pożittiv

fuq l-andament tal-konferenza. Il-membri

kollha kienu entużjasti bil-post fejn ġiet

organizzata Il-konferenza, jiġifieri fil-

Pjazza tas-Santwarju biswit in-niċċa tal-

Madonna li għandha 2000 sena kif ukoll

b’veduta mill-isbaħ tal-Bajja tal-Mellieħa.

Il-membri apprezzaw ħafna wkoll ilmerħba

li ngħataw il-parteċipanti flavveniment

li għalihom kienu mistednin

fosthom l-ikliet organizzati għalihom.

Bix-xogħol impekkabbli li għamel il-

Kunsill Lokali tal-Mellieħa sabiex

organizza din il-konferenza jagħti

xhieda li pajjiż żgħir jista’ jkun kbir meta

jimmobilita lir-residenti tiegħu sabiex

jorganizza konferenza ta’ livell daqshekk

għoli.

Id-Direttorju dwar

il-Mellieħa mniedi

waqt il-konferenza

EDEN

Mill-Qieg˙a | Lulju 2011 | Óar©a Nru. 45

7

Attivitajiet Sabiex Jitfakkar

L-E.T. l-President ta’ Malta jingħata pittura tal-artist Andrew Micallef mis-

Sindku tal-Mellieħa Robert Cutajar

Nhar il-Ħamis 24 ta’ Frar 2011 ġiet organizzata edizzjoni oħra

ta’ Jum il-Kunsill. Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa organizza diversi

attivitajiet mifruxa fuq erbat ijiem biex jiċċelebra kif jixraq din

il-ġurnata. L-ewwel attività kienet il-ftuħ uffiċjali tan-Night

Shelter li jinsab fid-dar residenzjali Madonna tal-Mellieħa. Dan

il-post qed joffri kenn u assistenza lil numru ta’ anzjani matul

il-lejl. In-Night Shelter fil-Mellieħa huwa t-tieni proġett ta’ din

ix-xorta f’Malta u ġie inawgurat mill-Onorevoli Prim Ministru Dr

Lawrence Gonzi.

Il-Ħamis filgħaxija gieti mtellagħa ċerimonja tal-okkażżjoni

ġewwa waħda mis-swali tar-Radisson SAS Golden Bay. Din issena,

din l-attivitá ġiet organizzata bil-patroċinju tal-President

ta’ Malta, George Abela. Waqt din l-attivitá diversi kantanti u

mużiċisti Melleħin, taħt id-direzzjoni ta’ Philip Vella, tellgħu

musical b’temi relatati max-xogħol. Dan kollu sabiex f’din isserata,

barra li

jirrikonoxxi l-ħidma

tal-għaqdiet u

s-soċjetajiet

Melleħin, il-Kunsill

jirrikonoxxi wkoll

il-ħidma mwettqa

mill-ħaddiem

bieżel Mellieħi li

tul is-snin kien

parteċipi filmixja

l’ quddiem

tal-lokalitá u

l-komunità

Melleħija. Wara,

l-attivitajiet

komplew billi

ngħataw l-unuri

ta’ Ġieħ il-Mellieħa

u Rikonoxximent

il-Mellieħa. Fl-

8 Mill-Qieg˙a | Lulju 2011 | Óar©a Nru. 45

istess serata l-Kunsill Lokali irrikonoxxa wkoll il-ħidma ta’

żewġ Melleħin fil-qasam sportiv u mużikali. Alfred Vella Borg

(Mellieħa Sports Club) u Joseph Cauchi (Soċjetá Filarmonika

La Vittoria) matul din is-sena qegħdin jiċċelebraw il-50 sena u

l-25 sena rispettivament ta’ ħidma fl-għaqdiet tagħhom.

L-attivitajiet komplew ukoll il-Ġimgħa 25 ta’ Frar 2011 fejn ittfal

tal-iskola primarja tal-Mellieħa pparteċipaw f’dibattitu dwar

il-ħidma mwettqa mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa matul is-sena

li għaddiet. B’hekk huma setgħu japprezzaw ħidmet il-Kunsill

bl-għajnuna wkoll ta’ diversi filmati. Mistiedna għal dan iddibattitu

kien hemm ukoll il-Kummissarju tat-Tfal, is-Sinjura

Helen D’Amato.

Is-Sibt 26 ta’ Fra rġew organizzati numru ta’ attivitajiet sportivi

sabiex jikkomemoraw Jum il-Kunsill 2011. Iktar dettalji ta’ dawn

l-attivitajiet jinstabu f’paġna 23.

Iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum il-Kunsill ġew fi tmiemhom il-Ħadd

27 ta’ Frar 2011 fejn għal darb’oħra kellna l-unur li nilqgħu fostna

lill-Eċċellenza Tiegħu l-President ta’ Malta, George Abela.

L-E.T. l-President ta’ Malta attenda għal quddiesa li kienet

iddedikata lill-għaqdiet u s-soċjetajiet Melleħin. Huwa għamel

ukoll żjara fis-sede tat-tlitt għaqdiet mużikali Melleħin fejn ukoll

kellu l-opportunità jiltaqa’ mal-pubbliku Mellieħi u wara, flimkien

mall-membri tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, inawgura ġnien ġdid

li jinsab fiż-żona tal-Għoljiet tal-Mellieħa.

Mużiċisti u kantanti Melleħin, taħt id-direzzjoni ta’ Philip Vella li tellgħu

musical b’tema relatata mal-ħaddiem u l-volontarjat Mellieħi.

L-E.T. l-President ta’ Malta flimkien mal-Kunsilliera u l-persuni onorati.

Jum il-Kunsill 2011

Jispikka l-valur tal-Volontarjat Mellieħi fl-Għoti tal-Onorefiċenzi

Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa b’mod unanimu qabel li għall-edizzjoni ta’ Jum il-Kunsill 2011 ikunu erbgħa l-persuni li jingħataw

l-Onorefiċenzi ta’ Ġieħ il-Mellieħa u Rikonoxximent il-Mellieħa. Ir-Rev. Dun Karm Mercieca, li dam Kappillan tal-Mellieħa l-fuq minn

sitt snin, ingħata Ġieħ il-Mellieħa filwaqt li r-Rikoxximentil-Mellieħa ingħata lis-Sur Anthony Bartolo, lis-Sur Anthony Cauchi u lis-

Sinjura Josephine Caruana. Is-Sur Bartolo u s-Sinjura Caruana ingħataw dan ir-Rikonoxximent sa sena minn mewthom.

Rev. Dun Karm Mercieca

jingħata Ġieħ il-Mellieħa

Is-Sinjura Bartolo tirċevi l-premju għan-nom

tar-raġel tagħha.

Is-Sur Anthony Bartolo twieled fil-

Mellieħa fit-28 ta’ Diċembru 1934.

Beda jiffrekwenta s-sede tas-Societá

Filarmonica La Vittoria minn mindu kellu

13-il sena u serva bħala klarinettista

mal-istess soċjetá għal 45 sena – għaxar

snin qabel ħalla Malta biex emigra lejn

il-Kanada u 35 sena oħra wara li rritorna

lura Malta fl-1969. Huwa okkupa wkoll

il-kariga ta’ delegate tal-Banda fi ħdan

il-Kumitat tad-Direzzjoni. Fl-aħħar snin

huwa kien spalla utli għas-soċjetá bilpariri

tiegħu partikularment f’dik li hija

għażla tal-mużika li tindaqq fl-attivitajiet

li tieħu sehem il-banda fihom, kif ukoll

fid-deċiżjonijiet amministrattivi li jkunu

jridu jittieħdu .Bħala apprezzament għal

ħidmietu, is-Soċjetá ħatritu Membru

Onorarju, filwaqt li xorta waħda baqa’

jservi bħala soċju effettiv sa ma ħalliena

fid-19 ta’ Marzu tas-sena l-oħra.

Is-Sur Anthony Cauchi twieled fil-

Mellieħa fit-2 ta’ Frar 1926. Huwa l-iktar

persuna anzjan fost it-tliet fratellanzi

li għandn fil-Mellieħa u għadu jieħu

sehem attiv u regolari sal-lum. Beda

Dun Karm Mercieca twieled ĦalQormi fil-25 ta’ Frar 1953 u ġie ordnat saċerdot fid-19

ta’ Ġunju 1977. L-ewwel servizz pastorali tiegħu kien bħala Viċi Parrok fil-Parroċċa ta’

San Bastjan, Ħal Qormi. Fis-16 ta’ Settembru 1989 sar Kappillan tal-Parroċċa ta’ Ħal

Għargħur u fit-12 ta’ Novembru 1995, inħatar Kappillan tal-Parroċċa ta’ ĦalTarxien.

Dun Karm kien ġie nominat Kappillan tal-Parroċċa tal-Mellieħa fit-12 ta’ Novembru 2004.

Minn dak in-nhar sal-lum huwa ħadem bla head biex il-ħajja pastorali fil-parroċċa tagħna

tkompli tikber u biex il-messaġġ tal-Evanġelju jasal f’kull dar u għand kull persuna firraħal

tagħna. Dan kien jasal għalih l-aktar bil-prietki u l-omeliji sbieħ tiegħu. Kwalitá

oħra li spiss tiġi nnutata huwa l-kliem ta’ kuraġġ li huwa għandu għall-morda waqt li

jmur iqarbinhom fi djarhom, liema dover jara li jsib ħin biżżejjed biex jagħtih l-attenzjoni

li tixraqlu. Kwalitá oħra li tispikka fil-karattru ta’ Dun Karm hija bla dubju l-umiltá tiegħu.

Is-Sur Anthony Cauchi jirċievi l-premju

jilbes bħala fratell fl-1950, flimkien ma

missieru fil-Fratellanza ta’ San Ġużepp.

Fl-1964, il-Kappillan Dun Franġisk

Xuereb avviċinah sabiex jibda jagħti

servizz bħala prokuratur tal-istess

fratellanza u b’hekk daħal responsabbli

għall-organizzazzjoni tal-festa ta’ San

Ġużepp. Dak iż-żmien din il-festa kienet

tinvolvi t-tħejjija ta’ program sħiħ, biċċerimonji

kollha nkluż il-ġbir bieb bieb

sabiex jiġu koperti l-ispejjeż.Għalkemm

ilu sittin sena fratell u fl-eta ta’ 84 sena,

Toni għadu attiv fil-purċissjonijiet li jsiru

matul is-sena. Grazzi għad-dixxiplina u

s-sens ta’ dover li għandu, Toni għamel

kuraġġ lil diversi nies biex iżommu din

it-tradizzjoni ma tmutx kif ġara f’ħafna

parroċċi oħra.

Is-Sinjura Josephine Caruana, jew

aħjar Ġuża kif jafuha ħafna nies, twieldet

fil-15 ta’ Marzu 1946. Minkejja li kienet

miżżewġa bit-tfal, kienet involuta f’diversi

oqsma tal-volontarjat fil-Mellieħa. Kienet

waħda mill-pijunieri fl-ewwel kumitat taliskola

tas-Sorijiet “Uliedil-Qalb Ta’ Ġesu',

kif ukoll fil-Parent Teacher Association

Is-Sinjorina Anna Caruana tirċevi l-premju

għan-nom ta’ ommha.

tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa, fejn kiene

tstrumentali biex ġew organizzati ħarġiet

kulturali u attivitajiet edukattivi għat-tfal u

għall-ġenituri. Kienet impenjata bis-sħiħ

fl-aspett reliġjuż fil-parroċċa, fosthom fil-

Leġjun ta’ Marija, f’organizzazzjoni ta’

pellegrinaġġi u attivitajiet fis-Santwarju

tal-Madonna tal-Mellieħa biex tkattar

id-devozzjoni Marjana, li tant kienet

għal qalbha. Kienet membru, kif ukoll

segretarja tal-Kummissjoni Djakonija li

taħdem b’risq l-anzjani tal-parroċċa. Tat

is-servizzi tagħha f’attivitajiet missjunarji

u filantropiċi u ħajret diversi nies jgħinu

seminaristi fil-missjoni. Fil-qasam soċjali

hija kienet kofundatriċi tal-Għaqda Nisa

Ferrieħa Melleħin li l-għan tagħha kien

li torganizza serati teatrali f’okkażjonijiet

partikulari bħal ma huma Jum il-Mara,

Jum l-Omm u fil-Milied. Kellha t-talent

tal-kitba u kitbet drammi li nħadmu millistess

għaqda. Tat ukoll kontribut filpubblikazzjoni

tal-gazzetta “Il-Mellieħa”.

L-għan ta’ Ġuża dejjem kien li tara

li lħaddieħor ferħan, liema għan hija

laħqitu fis-sempliċitá u fil-kwiet.

Mill-Qieg˙a | Lulju 2011 | Óar©a Nru. 45

9

L-Impenn tal-Kunsill Ikompli Jissarraf

f’Opportunitajiet Għall-Melleħin Barra

Minn Xtutna

Matul l-aħħar snin, grazzi għall-kuntatti li rnexxielu joħloq il-Kunsill Lokali tal-

Mellieħa, flimkien ma' inizjattivi oħra marbutin ma' proġetti tal-Unjoni Ewropea

kif ukoll mal-pajjiżi ġemellati, fissru li madwar 300 Mellieħi kellhom l-opportunità

li jaqsmu l-esperjenzi tagħhom barra minn xtutna. Dawn l-esperjenzi kienu

jvarjaw minn arti, sports, mużika, artiġġjanat, kultura, ikel, biedja u prodotti

lokali.

Fost il-pajjiżi li offrew pjattaforma għal dan in-numru sabiħ ta' mużiċisti, artisti u

sportivi Melleħin, li ħafna minnhom jiffurmaw parti minn xi għaqda jew socjetà

Melleħija, kienu l-Belġju, Ċipru, Sqallija, il-Ġermanja u l-Polonja.

Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa Waqt Notti Blu f'Pozzallo

Il-Banda La Vittoria f’Pozzallo

Għat-tielet sena konsekuttiva l-Kunsill

Lokali tal-Mellieħa reġa’ ġie mistieden

mill-komun ta’ Pozzallo sabiex jieħu

sehem f’waħda mill-attivitajiet popolari li

jsiru matul is-sena fi Sqallija. Wara li flaħħar

snin ħadu sehem diversi għaqdiet

u soċjetajiet Melleħin fosthom il-baned

La Vittoria u Imperial, l-grupp folkloristiku

Salmel, Art Club 2000 u Ladies Club

Circle, din is-sena rega’ mess lill-banda

Festa ta’ San Ġwann tal-Ħġejjeġ

Nhar it-Tlieta, 28 ta’ Ġunju 2011 il-

Kunsill Lokali tal-Mellieħa reġa’ għal

darb’oħra organizza diversi attivitajiet

relatati mal-festa ta’ San Ġwann

10 Mill-Qieg˙a | Lulju 2011 | Óar©a Nru. 45

Melleħija La Vittoria fejn kienu huma li

fetħu l-edizzjoni ta’ din is-sena Notti Blu li

saret f’Mejju li għadda.

Il-Kunsill Lokali kien rappreżentat millvici

sindku Emvin Bartolo u l-kunsillier

John Buttigieg fejn waqt iċ-ċerimonja

tal-ftuħ ippreżentaw tifkira lis-Sindku ta’

Pozzallo (ritratt).

Preżentazzjoni ta’ tifkira lis-Sindku ta’ Pozzallo

tal-Ħġejjeġ. Fost id-diversit attivitajiet

organizzati fi Triq Ġorġ Borg Olivier u

fil-Pjazza Parrokkjali kien hemm sfilata

ta’ diversi personalitajiet lebsin ilbies

tradizzjonali Malti, xogħol bil-bizzilla

u ganutell bis-sehem tal-Ladies Craft

Circle, għana tradizzjonali Maltija u

t-tqabbid tal-ħuġġieġa tradizzjonali. Barra

minn hekk kien imtella’ wkoll programm

mużikali mill-Baned La Vittoria u Imperial

u programm mużikali oħra imtella’ minn

żewġ baned Norveġiżi: il-Krohnengen

Brass Band u Skjold Skoles Musikkorps.

Il-ħruq tal-ħuġġiega kienet ikkordinata

Sitt atleti Melleħin

fl-ewwel edizzjoni

tat-Trofeo del

Mediterraneo

Stedina oħra li rċieva fl-aħħar

xhur il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa,

kienet dik biex jipparteċipa flewwel

edizzjoni ta’ Trofeo del

Mediterraneo li saret fi Sqallija.

Dan l-avveniment kien marbut

mal-isport tal-atletika fejn il-

Mellieħa ħadet sehem permezz

ta’ sitt atleti mill-Mellieħa Athletic

Club fejn dawn kisbu riżultati

sodisfaċenti.

Il-Kunsillier Hilary Fenech,

responsabbli mill-isports,

akkumpanja lil dawn l-atleti.

L-atleti li ħadu sehem flimkien mal-

Kunsillier Hilary Fenech

mill-Kor u Orkestra Marija Bambina.

Barra minn hekk kien hemm ukoll

re-enactment mill-Historical Military

Society. Waqt din il-lejla spikka

wkoll il-prodott tal-bidwi u tar-raħħal

Mellieħi.

Mill-Qieg˙a | Lulju 2011 | Óar©a Nru. 45

11

12 Mill-Qieg˙a | Lulju 2011 | Óar©a Nru. 45

Mill-Qieg˙a | Lulju 2011 | Óar©a Nru. 45

13

14 Mill-Qieg˙a | Lulju 2011 | Óar©a Nru. 45

Numru Rekord ta' Parteċipanti f'Avventura Sajf 2011

Wara li s-sena li għaddiet inkiser ir-rekord

tan-numru ta’ parteċipanti bniet u subien

li ħadu sehem waqt Avventura Sajf minn

kemm ilha tiġi organizzata din l-attivita'

sa mill-1998, din is-sena għal darb’oħra

reġa’ hemm numru rekord ta’ tfal li qed

jieħdu sehem. B’kollox Avventura Sajf

2011 qed tilqa’ fi ħdanha xejn inqas minn

136 student.

Għall-Kunsill Lokali tal-Mellieħa din

hija waħda mill-attivitajiet ewlenin li

jiġu organizzati matul ix-xhur tas-sajf

fejn saħansitra jkun qed jissusidja

parti sostanzjali minn din l-attivita'. Il-

Kunsill jemmen li filwaqt li għandhom

isiru proġetti ta’ fejda b’risq il-komunità

Melleħija, il-qasam edukattiv fit-totalita'

tiegħu għandu jibqa’ wieħed millprijoritajiet

ewlenin fil-ħidma tiegħu.

Avventura Sajf hija attività fejn matulha

it-tfal preżenti jingħataw tagħlim millgħalliema

b’modi differenti minn dak

li jkollhom matul is-sena skolastika normali. Jiġu organizzati

numru ta’ ħarġiet b’aċċenn fuq aktar għarfien fuq il-kultura u

l-istorja ta’ pajjiżna. Jiġu organizzati korsijiet tal-kompjuters kif

ukoll attivitajiet sportivi, arti u anke' inizjattivi oħra biex tkompli

tinħoloq aktar kuxjenza ambjentali.

Mill-Qieg˙a | Lulju 2011 | Óar©a Nru. 45

15

Twettiq tar-Riforma fit-Trasport Pubbliku

Servizz Aħjar b’Ambjent Aktar Nadif fil-Lokalità

Il-ġurnata tat-3 ta’ Lulju 2011 hi ġurnata

li fiha l-poplu Malti ra wegħda oħra

elettorali titwettaq. Meta nieda din irriforma,

il-Gvern Ċentrali żamm fuq

quddiem nett il-ġid komuni tal-poplu

Malti. Għal bosta snin kellna servizz li bittajjeb

u l-ħażin tiegħu kien qiegħed jagħti

servizz għal żmienu. Pero' kulħadd hu

konxju li bosta gvernijiet kienu ħassew

il-ħtieġa ta’ riforma mhux żgħira f’dan ilqasam

tant importanti tal-ħajja Maltija.

Ilna nisimgħu proposti għal madwar

tletin sena u ftit li xejn sar tibdil u dak li

sar kien pjuttost kożmetiku u insinifikanti.

Issa veru wasalna u rajna t-tnedija ta’

din ir-riforma ferm importanti. Veru li

din l-ewwel ġimgħa tas-sistema l-ġdida

kienet karatterizzata minn dewmien

żejjed u nuqqas ta’ servizz fuq ċerti rotot.

Dan kien dovut l-aktar għall-fatt li numru

sostanzjali ta’ sewwieqa għoġobhom

jiddeċiedu li ma jirrappurtawx għaxxogħol

bil-konsegwenza li l-kumpanija

kellha saħansitra ġġib sewwieqa minn

barra sakemm tingaġġa oħrajn ġodda.

Il-Kunsill, bħala Gvern Lokali fil-Mellieħa,

ma setax ma jinvolvix ruħu f’din ir-riforma

u fl-aħħar sena u nofs għamilna bosta

suġġerimenti importanti biex il-poplu

Mellieħi u tal-Manikata jkun moqdi aħjar

u jieħu l-benefiċċju kollu possibbli minn

dan is-servizz. F’dan iż-żmien, is-Sindku

u jiena bħala viċi sindku u Kunsillier

responsabbli mit-Trasport u Arranġamenti

tat-Traffiku, konna nvoluti f’diskussjonijiet

ma’ uffiċjali għoljin fil-Ministeru tal-

Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni

mmexxi mill-Ministru Austin Gatt. Fil-firxa

ta’ servizzi li l-kumpanija ARRIVA qiegħda

tipprovdi, aħna dejjem żammejna bi

prijorita' quddiem għajnejna s-saħħa

tal-poplu Mellieħi. It-tniġġiż tal-arja millkarozzi

tal-linja li kienu qegħdin jipprovdu

s-servizz s’issa ma kienx wieħed żgħir.

Ir-riżultati ta’ studju f’dan ir-rigward, liema

riżultati għandna f’idejna, jagħtu prova ta’

dan. Il-Gvern Ċentrali mill-ewwel ħa din

il-materja b’serjetà kbira, tant li l-karozzi

l-ġodda huma mgħammra b’magni ta’

standard Ewropew u jkollhom ċertifikat

ta’ EURO 5, li fil-preżent huwa l-aħjar

standard f’dawk li huma emissjonijiet flarja.

16 Mill-Qieg˙a | Lulju 2011 | Óar©a Nru. 45

Illum aħna ninsabu f’pożizzjoni li ngħidu li

bosta suġġerimenti li għamilna aħna ġew

aċċettati. Ir-residenti tal-lokalità tagħna

li joqgħodu fl-inħawi ta’ Santa Maria

Estate, Il-Kortin, Ta’ Braġġ, Selmun,

Mellieħa Heights (magħrufa bħala fuq

San Pawl), Ta’ Pennellu u l-Manikata u

Għajn Tuffieħa għandhom servizz ta’

trasport pubbliku li jgħaqqadhom ma’

nħawi oħra fil-gżejjer tagħna, ewlenin

fosthom servizzi għall-Isptar, l-Università

u l-Ajruport. Il-firxa ta’ servizzi kif

approvati tgħin lill-pubbliku jagħmel

l-aktar użu possibbli tas-servizz. Barra

minn hekk is-servizz hu provdut sal-ħdax

ta’ bil-lejl u allura dan qiegħed jagħti

ċans lil dawn ir-residenti jattendu għal

attivitajiet fil-gżejjer tagħna li qabel ma

kellhomx aċċess għalihom jekk mhux

permezz tal-użu tal-karozzi privati jew

servizz b’ vetturi mikrijin. Aħna nemmnu

wkoll li dan għandu wkoll iġib niċċa

oħra ta’ negozju lejn il-lokalità tagħna.

Nemmnu li dan is-servizz ladarba jindara

jnaqqas ħafna mill-bżonn ta’ użu ta’

vetturi privati.

Dan l-aħħar, waqt li konna qegħdin

nikkonsultaw mal-pubbliku dwar

arranġamenti tat-traffiku fit-toroq ewlenin

tal-Mellieħa, reġgħet inħasset il-ħtieġa

li jsir xi tibdil fir-rotot tal-karozzi 11 u 41

biex dawn ma jgħaddux minn Triq is-

Santwarju u Ġnien Ingraw u għalhekk

il-kumpanija aċċettat li għalissa dawn

għandhom jibqgħu jgħaddu minn Triq il-

Kbira u Triq Ġorġ Borg Olivier fiż-żewġ

direzzjonijiet bil-wegħda li jibqgħu jsiru

diskussjonijiet biex isir it-tibdil meħtieġ.

Wara l-ewwel ġimgħa tas-servizz

provdut nistgħu forsi anke' nagħmlu

xi osservazzjonijiet li nġiebu għallattenzjoni

tagħna minn min juża s-servizz

b’mod regolari. S’issa jidher li l-aktar

ħaġa li qiegħda ddejjaq lin-nies huwa

d-dewmien żejjed biex wieħed jasal fiddestinazzjoni

tiegħu minħabba li ż-żewġ

servizzi 11 u 41 jidħlu fl-interchange

ta’ Buġibba. Forsi mar-reviżjonijiet li

għandhom jiġu diskussi wieħed jista’

jipproponi li r-rotta 41 ma hemmx ħtieġa

li tidħol Buġibba u b’hekk jitnaqqas ħin

sostanzjali mit-traġitt fuq din ir-rotta.

Jiena nemmen ukoll li jekk l-feeder line

ta’ Santa Maria Estate u l-Kortin tinżel

fiċ-ċentru tal-Mellieħa u tibda s-servizz

f’ħin aktar kmieni li tippermetti lil min

sejjer għax-xogħol jew inkella skola

jew Università għandu jonqos l-użu ta’

karozzi privati. Nuqqas sostanzjali huwa

t-tneħħija tas-servizz tal-Armier f’din

l-iskeda. Aħna nemmnu li dan għandu

jerġa’ jiġi ntrodott għax-xhur tas-Sajf u filfatt

konna diġa' ġbidna l-attenzjoni dwar

dan matul is-sena li għaddiet.

Punt pożittiv ferm f’din ir-riforma huwa

l-mod kif inħadmet l-iskeda ta’ prezzijiet

għall-biljetti għal dawk in-nies li jużaw isservizz

b’mod regolari. Il-kumpanija diġa'

qassmet fuljetti diversi ta’ informazzjoni

fid-djar. Dawn jinkludu informazzjoni

kemm dwar it-tariffi kif ukoll dwar servizzi

diretti għall-Isptar Mater Dei, l-Università

u l-Ajruport. Biex wieħed imur direttament

l-Isptar dan għandu jirkeb il-feeder line

għall-interchange tal-Mellieħa ħdejn irroundabout

ta’ Selmun u minn hemmhekk

jaqbad il-karozza X1 li twasslu l-Mater

Dei. Irridu nżommu f’moħħna wkoll li

l-mod kif inħadmu t-tariffi wieħed ma

joqgħodx iħallas kull darba li jibdel ilkarozza

għaliex is-sistema hi maħduma

b’mod li l-biljett tal-ġurnata hu validu fuq

kull rotta li tintuża f’dik il-ġurnata. Xi ħaġa

ġdida li għad trid tindara hi li biex wieħed

imur f’xi destinazzjoni ma jiħtieġlux imur

il-Belt pero' jsib servizzi diretti minn

postijiet oħra.

Minkejja n-nuqqasijiet tal-ewwel ġimgħat,

jiena nemmen li ladarba jindara, dan

is-servizz għandu jirnexxi u jagħmel

differenza fit-toroq tagħna. Jekk wieħed

għandu xi suġġerimenti x’jagħmel, jiena

nistiednu biex iħalli s-suġġerimenti

tiegħu l-uffiċċju tal-Kunsill Lokali biex

dawn jiġu kkunsidrati fid-diskussjonijiet li

se nżommu dwar ir-reviżjoni tas-servizz.

Tislijiet,

Emvin Bartolo

Viċi Sindku

Avviżi Ġenerali…

Sistema ta’ CCTV fuq

il-Bring In Sites

Fuq inizjattiva konġunta bejn

il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u

l-kumpanija Green MT twaħħlet

sistema ta’ CCTV fuq il-Bring

In Site ta’ ħdejn il-grawnd talfutbol.

Fl-aħħar xahar u nofs

15-il persuna tressqet quddiem

il-pulizija għaliex ma użatx dawn

is-siti skont il-liġi. Il-Kunsill Lokali

tal-Mellieħa jħeġġeġ lil kulħadd

sabiex jagħmel użu minn dawn

is-siti b’mod korrett u ma jintefax

skart li ma għandux jintefa’.

Ħin tal-Ġbir tal-

Borża l-Griża (Skart

Riċikabbli)

Karti nodfa, kartun, plastik u

metall (il-ħġieġ għandu jintrema

biss fir-recycling banks (bring in

sites):

It-TLIETA u l-ĦAMIS mis-

7.00am 'il quddiem

IMPORTANTI: MA JINĠABARX

SKART IMĦALLAT F'DAWN IL-

ĠRANET

Ħin tal-Ġbir tal-Borża

s-Sewda (Skart

Domestiku Mħallat)

L-iskart kollu li jmur ġewwa

l-landfill

It-TNEJN, l-ERBGĦA, Il-

ĠIMGĦA u s-SIBT mis-7.00am

'il quddiem

IMPORTANTI: M'GĦANDUX

JITPOĠĠA MAĠENB IL-BRING

IN SITES

Applikazzjoni

Korsijiet Ottubru 2011

Kull min hu interessat li jattendi għal wieħed

jew aktar minn dawn il-korsijiet hu mitlub li jimla

din l-applikazzjoni u jibgħatha fl-uffiċċju tal-

Kunsill Lokali tal-Mellieħa, indirizzata lis-Sinjura

Patricia Cordina. Inkella permezz ta' imejl fuq

customercare.mellieha.lc@gov.mt sa mhux aktar

tard minn nhar l-Erbgħa, 14 ta’ Settembru 2011.

L-Ewwel Għajnuna

(First Aid)

Żfin - Line Dancing

Bizzilla

Make-Up

High Impact

Aerobics

Isem u Kunjom:

ID:

Indirizz:

Mobile/Tel:

Low Impact

Aerobics

Yoga

Għawm

Kompjuter

ECDL

Beginners

KUNSILL LOKALI TAL-MELLIEĦA

Telephone Number: 21521333 Fax Number: 21521666

Website: www.mellieha.gov.mt Email: customercare.mellieha.lc@gov.mt

Ħinijiet tal-Ftuħ:

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mit-8.00 a.m. sat-3.30 p.m; u s-Sibt mit-8.00 a.m. sal-

11.00 a.m

Mill-Qieg˙a | Lulju 2011 | Óar©a Nru. 45

17

Attivitajiet tal-Għid il-Kbir ġewwa l-Mellieħa

L-Artal L-Artal tar-Ripożizzjoni

2011

Fil-festi Mqaddsa tal-Gimgħa l-Kbira,

il-Knisja Parrokkjali reġgħet kienet

imżejna għall-okkażjoni. L-Artal tar-

Repożizzjoni li jidher fir-ritratt, reġa’ ġie

mżejjen għal darb’oħra mis-sagristan

is-Sur Christopher Bartolo. Huwa żejjen

din il-kappella b’arranġamenti ta’ fjuri,

qamħ, ġulbiena u dekorazzjonijiet oħra

relatati mal-Ewkaristija. Ta’ min jgħid

li s-sepurklu li ġie armat din is-sena,

reġa’ ġie apprezzat kemm mill-komunita’

Melleħija kif ukoll minn Maltin u Għawdxin

kif ukoll mit-turisti li kienu preżenti fostna

għall-funzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa.

Ġirja bil-Muturi b'Risq

Kawża Ġusta

Bħala parti mill-attivitajiet tal-ġimgħa

ddedikata lill-Pulizija, membri tal-korp

dilettanti tal-muturi għażlu l-lokalità tal-

Mellieħa sabiex għamlu waqfa waqt

li kienu qed jiġbru flus b’risq Dar Arka

f’Għawdex wara li telqu mill-kwartieri talpulizija

fil-Floriana Din l-attività saret il-

Ħadd 10 ta’ Lulju fejn il-parteċipanti ġew

milqugħa mis-sindku tal-Mellieħa Robert

Cutajar u l-viċi sindku Emvin Bartolo. Saret

ukoll preżentazzjoni ta’ tifkira tal-okkażjoni

fejn min-naħa tal-korp kienu preżenti

l-Assistenti Kummissarji Andrew Seychell,

Pierre Calleja u Antoine Casha (ritratt).

18 Mill-Qieg˙a | Lulju 2011 | Óar©a Nru. 45

Ħajr speċjali jmur għal dawk kollha li

taw sehemhom kemm fil-funzjonijiet tal-

Ġimgħa Mqaddsa, biex seta’ jintlaħaq

l-iskop tal-Ġimgħa Mqaddsa, kif ukoll lil

dawk li għenu fit-tiżjin tal-Knisja li flimkien

mas-Sagristan għenu biex ikollna

sepurklu u Knisja imżejna u armata millisbaħ.

Ħajr ukoll lill-Kappillan u l-Kleru,

Abbatini, Fratelli, Korijiet, Letturi, Grupp

tal-Qniepen, Grupp Santa Martha u

grupp ta’ rġiel li jgħinu fit-tiżjin tal-knisja u

oħrajn li jgħinu mingħajr ma’ jidhru.

Wirja ta’ Mejda tal-

Appostli fiċ-Ċentru

Parrokkjal

Għal darb’oħra l-Grupp Mejda tal-

Appostli reġa’ tella’ wirja tal-Mejda tal-

Appostli. Għal darb’oħra din il-wirja

reġgħet kienet suċċess kemm mal-

Melleħin u kemm mal-barranin li marru

jżuruha. Ir-ringrazzjamenti jmorru lil dawk

il-persuni kollha li b’xi mod ikkontribwew

għal din il-wirja kif ukoll għad-direzzjoni

taċ-Ċentru Parrokkjali li pprovdew il-post

fejn tista’ ssir din il-wirja.

Wirja ta’ Mejda tal-

Appostli fil-Każin La

Vittoria

Fil-Każin tas-Società Filarmonica La

Vittoria – Mellieħa, għal sen’oħra reġgħet

ġiet imtellgħa Wirja – Ċenaklu replika tal-

Aħħar Ċena tal-Appostli fuq stil Lhudi,

flimkien ma’ wirja oħra fejn ġie esebit

kwadru kbir bin-negattiva tal-Liżar ta’

Kristu, misluf għal din l-okkażjoni mill-

Komunità tal-Brothers ta’ De La Salle,

tal-Kulleġġ Stella Maris tal-Gżira.

Kunċert imtella’ mill-

Banda Imperial

Fis-17 t’April, ġewwa l-iskola Primarja

tal-Mellieħa, il-Banda Imperial reġgħet

tellgħet programm mużikali fl-okkażżjoni

tal-Ġimgħa Mqaddsa. Għal darb’oħra,

dan il-programm reġa’ ntlaqa’ tajjeb

ħafna mill-folla preżenti.

Continued from back page: Interview by MEUSAC (Malta EU Steering Action Committee) to Mellieħa

Q. How did MEUSAC assist in the

project?

A. MEUSAC were always present to give

us a helping hand. We are new to such

programmes but whenever we needed

any kind of help, MEUSAC was only a

phone call away.

Q. What was the project and its related

actions

A. The town-twinning project was spread

over a whole week. We managed not only

to host a number of initiatives in the arts

and culture but also in the environmental

area. As a result, we managed to have a

clean-up in our locality and to plant three

small gardens dedicated to our partner

localities; Adenau in Germany, Cavriglia

in Italy and Ayia Napa in Cyprus.

Mellieħa is also active in voluntary work.

We are lucky to have 55 NGOs within

our locality. Most of them are voluntary

as they firmly believe in the value of

solidarity and volunteering. The project

also provided the possibility for NGOs to

meet with the participants of the project.

Through a separate event, wholesalers

in Mellieħa discussed and shared their

good practices with participants from

Italy and Cyprus. This also served as a

platform for all those involved to express

their ideas on how to develop and even

generate investment in different sectors.

Q. What are the benefits that the

organization, its members and the

final beneficiaries have drawn from

the implementation of the EU-funded

initiative?

A. As I mentioned, there are 55 NGOs

for the 9,000 residents in Mellieħa.

Practically, all the people in Mellieħa are

in some way involved in the community.

This shows that we are a community

that values participation. The success

in each and every activity, in this case

Mellieħa Nights, is due to the fact that we

unite as a locality to get the best out of

our abilities.

Another benefit was that 100 rooms

were booked in our hotels. This was

one of the multiplier effects of this

programme as our business community

also experienced from the initiative’s

positives. Most importantly, this shows

that when participants benefit from a

project, they would have also succeeded

in enhancing the activity itself.

Q. What would you suggest to

local councils and/or organizations

currently considering EU funds?

A. Let’s make the most of the benefits

that the European Union is offering to

Malta. These kind of programmes will

definitely create better localities and a

better Malta for years to come.

The Employment and Training Corporation (ETC), under the European Social Fund Employability

Programme 2.4 in collaboration with the Mellieha Local Council, is organising a number of training

programme for those wishing to gain new skills or enhance their position in the work field. The short

courses being offered are all delivered for free. Courses starting in the very near future are: Maltese for

Foreigners, Food Handling B and Private Guards. Applicants must fill in the form below and send it to

the Mellieha Local Council by the 12th of August 2011. Those wishing to apply must be of working age.

Continued from back page: The Future of The EDEN

Network Decided in Mellieħa

Livio Scattolini, the Mayor of Corinaldo in

the Province of Ancona in Italy, praised

the organisation of the conference. He

hoped that the EDEN project will continue

because it is a means to promote small

and diverse destinations around Europe

identified for their excellence. He said

that it is a pity that the tour operators

have not yet recognised the mark of

EDEN. Governments and the tourism

authorities too should consider EDEN

as an important means to give these

small destinations the importance that

otherwise is not given.

Onder Cirik from Turkey was most

impressed by the commitment shown by

the Maltese mayors towards promoting

their destinations. He said the venue

for the conference was a perfect choice

creating an ideal atmosphere for the

best ideas to be brought forward. Onder

Cirik was also pleased that during his

stay in Malta he managed to see all four

European Destinations of Excellence

that are Mellieħa, Nadur, the hamlet of

Santa Lucia in Kerċem and Isla. The

program of the delegates was full. The

welcoming ceremony was held outside

the Sanctuary square were the delegates

could sample the best food that the

chefs from the Mellieħa hotels put up

for the occasion. Most were impressed

by the fresh tuna and the pasta. As Roy

Maguire of Clonakilty of Ireland put it

the food was an a la carte menu which

offered different benefits to the attending

delegates. The Maltese night that was

organised at Santa Lucia in Kercem,

with music and dancing by the Astra Folk

Group was enjoyed by one and all. And

the closing took the delegates along the

rural hamlet of Manikata, with a stop to

admire the view of Golden Bay, Għajn

Tuffieħa and Ġnejna and a visit to Mdina.

Annette Vella

Two chefs from Mellieħa working on sweets and

decorations during the EDEN Conference

Mill-Qieg˙a | Lulju 2011 | Óar©a Nru. 45

19

Nifirħu Lil…

Fl-ewwel kampjonati ta’ żfin bil-wheelchair

li saru fl-Ingilterra fid-19 ta’ Ġunju 2011,

Steven Fenech flimkien ma’ Mandy Ghio

ġew fl-ewwel post fit-taqsimiet tal-Ballroom,

Latin American u tas-Showdance. F’dawn

il-kampjonati, li ġew organizzati ġewwa

Manchester, ħadu sehem ħames pajjiżi

oħra fosthom iċ-Champions tal-Olanda, Slovakkja u tal-

Ġermanja. B’hekk it-total ta’ kampjonati mirbuħa matul

din is-sena għal din il-koppja jitla’ għal ħamsa. L-għan ta’

din il-koppja issa huwa dak li jieħdu sehem fil-kampjonati

li ser jiġu organizzati ġewwa r-Russja u l-Ġermanja.

Nifirħu lis-Sur Roberto Vella

li dan l-aħħar rebaħ l-unur ta’

Junior Referee Award għallistaġun

2010/2011, li jingħata lil

aħjar referee tat-Tieni u tat-Tielet

Diviżjoni tal-futbol Malti. Huwa

għamel id-debutt tiegħu bħala

referee fis-6 ta’ Diċembru 2008

fil-logħba Qrendi kontra l-Fgura,

waqt li ddebbutta fit-Tieni Diviżjoni

fl-10 ta’ Ottubru 2010, fil-logħba

Rabat Ajax kontra St. Patrick’s.

Dr Keith Attard

DVM, li fit-

23 ta’ Marzu

2011 iggradwa

bħala tabib

tal-Mediċina

Veterinarja

ġewwa Perugia

l-Italja. Keith

huwa l-ewwel

Mellieħi li ggradwa f’dan il-qasam. Nawgurawlu kull

suċċess għall-ġejjieni!

Joe S. Grech, wieħed

mill-fundaturi tal-grupp

New Cuorey, nieda CD

b’verżjoni strumentali

tad-diski tal-istess

grupp. Huwa ppreżenta

l-ewwel żewġ kopji tas-

CD lill-Eċċellenza Tiegħu

l-President ta’ Malta

George Abela u lis-

Sindku tal-Mellieħa s-Sur Robert Cutajar waqt ċerimonja

li kienet organizzata biex jitfakkar Jum il-Kunsill 2011.

20 Mill-Qieg˙a | Lulju 2011 | Óar©a Nru. 45

Grace Grima li reġgħet ingħatat

l-inkarigu ta’ Direttur Ġenerali fid-

Direttorat tal-Kwalita' u l-Istandards

fl-Edukazzjoni fil-Ministeru tal-

Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja. Firrwol

tagħha hija wkoll responsabbli

għall-aġġornament tal-qafas tal-

Kurrikulu Nazzjonali. Bħalissa hija

qiegħda taħdem ukoll fuq diversi

inizjattivi oħra relatati mar-riforma tal-Edukazzjoni

f’Malta. Hija ilha tokkupa din il-kariga sa mill-2007.

Profs. Grima kienet tokkupa diversi karigi fosthom ilkariga

ta’ Principal Research & Development Officer fil-

MATSEC Support Unit. Hija kienet ukoll Chairperson tal-

MATSEC Review Committee (2005) fost karigi oħrajn.

Matthew Vella, plejer żagħżugħ

Mellieħi, intagħżel mill-Kumitat

Mellieħa Sports Club bħala Plejer

tas-sena tal-istess klabb. Barra

minn hekk, Vella ġie wkoll klassifikat

fit-tielet post fil-klassifika tal-aqwa

plejers fil-Kampjonat Nazzjonali

tal-futbol tat-Tieni Diviżjoni.

Għal sena oħra,

reġa’ ġie organizzat

il-Pellegrinaġġ

Penitenzjali li sar

bejn Ħamis ix-Xirka

21 ta’ April u l-Ġimgħa

l-Kbira li jitlaq mis-

Santwarju tal-Mellieħa

għall-knisja tal-Isla. Din is-sena, ħadu sehem madwar

800 persuna li l-etajiet tagħhom ivarjaw minn 11 sa 85

sena. L-għan huwa li jinġbaru flus b’risq Puttinu Cares,

fejn din is-sena l-ammont kien ta’ ’l fuq minn €7,000.

Kull sena aġenzija talivvjaġġar

minn ġewwa

d-Danimarka tkun

magħżula bħala l-aħjar

operatur turistiku.

FolkeFerie.dk reġgħu

rebħu dan l-unur għassena

2010. Huwa

kkalkulat li 48% talpopolazzjoni

Daniża

jkollhom btala kull sena u l-Mellieħa Holiday Centre

jilqgħu mas-17,000 resident Daniż fil-kumpless tagħhom.

Issir ir-raba’ edizzjoni tal-Isportivi Melleħin tas-Sena

Għar-raba’ sena konsekuttiva reġgħet

ġiet organizzata b’suċċess l-attività

ddedikata għall-familja sportiva Melleħija

u tal-Manikata, l-isportivi Melleħin tas-

Sena. B’kollox kien hemm sitt kategoriji

li kienu kollha ġġudikati minn ġurnalisti

lokali, kollha ġejjin minn ġurnali u

televiżjonijiet ewlenin f’pajjiżna.

Is-serata, li bħas-snin passati ttellgħet

fit-Teatru Grieg fi Ġnien il-Qigħan, kienet

ippreżentata mill-preżentaturi popolari

Janice Briffa minn One TV u Chris

Cauchi minn TVM.

Ir-rebbieħa f’din l-edizzjoni kienu:

L-Isportiv Mellieħi tas-Sena - William

Chetcuti (Sparar)

L-Isportiva Melleħija tas-Sena – Karen

Debono (Netball)

L-Uffiċjal Mellieħi tas-Sena - Ray

Farrugia – Ronald Vella (Futbol)

It-Tim Mellieħi tas-Sena – Mellieħa

Athletic Club

Iż-Żagħżugħ Mellieħi l-aktar

Promettenti – Darren Vella (Sparar)

L-Aħjar Att Sportiv Mellieħi tas-

Sena – Mellieħa Tritons (Basketball–

Volleyball)

L-unur li jingħata ta’ kull sena mill-

Kunsill Lokali lil dak l-individwu li tul issnin

ħadem b’risq l-isports fil-Mellieħa

intrebaħ minn Alfred Vella li sa mis-snin

sittin ħadem biex fil-Mellieħa numru

ta’ dixxiplini sportivi setgħu jibdew

jintlagħbu.

Għal din l-attività, minbarra s-Sindku

u l-Kunsilliera, attenda wkoll il-kap

eżekuttiv tal-KMS Alex Cilia, li kien

qed jattendi f’isem is-Segretarju

Parlamentari responsabbli mill-isport

l-Onorevoli Clyde Puli, li minħabba

impenji oħra ma setgħax jattendi. Isserata

kienet imżewwqa wkoll b’varjetà

ta’ kwalita'. Spikkat ukoll preżentazzjoni

mis-Sindku Robert Cutajar lil Epifanio

Vella, persuna nieqes mid-dawl f’isem

l-Assoċjazzjoni Nazzjonali tat-Torball.

Din il-preżentazzjoni kienet tikkonsisti

f’kotba addattati għal persuni neqsin

mid-dawl.

Il-Kunsilliera u r-Rebbieħa tal-Premijiet fl-okkażjoni Sportivi Melleħin tas-Sena

William Checuti

Ray Farrugia

Darren Vella

Mellieħa Tritons

Mellieħa Athletics Club

Karen Debono

Mill-Qieg˙a | Lulju 2011 | Óar©a Nru. 45

21

Mix-Xena Sportiva

Komunità Sportiva Attiva fil-Mellieħa

Shoppers Discount Supermarket Race

Numru sabiħ ta’ atleti ħadu sehem f’din it-tellieq

Ix-Shoppers Discount Supermarket Mellieħa Road Race li

kienet organizzata nhar il-Ħadd, l-1 ta’ Mejju, rat il fuq minn 450

parteċipant li jinkludi wkoll għadd ta’ barranin. It-tellieqa kienet

twila 10 km u ntrebħet mill-atleta Franċiż Ivan Bizet li kien

segwit mill-qrib mill-atleti tal-Mellieħa AC Jason Martin u Johan

Galea. Nadia Portelli rebħet il-kategorija tan-nisa segwita

minn Mirielle Gabarretta u Margaret Seguna. It-tifel Mellieħi

Luke Mizzi rebaħ it-tellieqa ta’ 2 km riservata għat-tfal. Hu kien

segwit minn Nathan Sciberras u Wayne Chircop. Fil-kategorija

tal-bniet rebħet Nicole Attard Glivau segwita minn Miriana Conti

u Nicole Grech Flores.

Dawn it-tlielaq kienu organizzati mill-Mellieħa Athletic Club taħt

l-awspiċju tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa. Attwalment il-Mellieħa

Athletic Club huwa l-club li l-iktar qed jikber f’Malta fost il-clubs

tal-atletika. Dan il-Club joffri taħriġ professjonali għa ltfal u adulti

b’livelli differenti ta’ fitness. Dan l-aħħar il-Mellieħa AC iffurmat

il-Malta Running Academy li toffri korsijiet minn beginners salaqwa

atleti. Għal iktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit

www.melliehaac.info.

Mellieħa Northenders Champions ta’ Malta

I

Il-Mellieħa Northenders rebħu l-kampjonat Nazzjonali

tal-Baseball għal 11-il darba u s-seba’ wieħed fl-aħħar 8

staġuni. Fil-finali tal-playoffs, li intlagħbu fil-Marsa Sports

Grounds, huma rebħu lit-team ta’ Mustangs b’żewġ

logħbiet għalxejn. Għal-logħba finali kien preźenti wkoll

is-Sindku tal-Mellieħa (ritratt).

22 Mill-Qieg˙a | Lulju 2011 | Óar©a Nru. 45

Suċċess Ieħor Għat-Tim tal-Futbol ta’ Taħt il-Ħmistax il-

Sena

Għat-tieni sena konsekuttiva t-tim ta’ taħt il-15-il sena

reġgħu rebħu promozzjoni għal diviżjoni ogħla. Nifirħulhom u

nawgurawlhom kull suċċess għall-ġejjieni.

Kompetizzjoni

Snooker u

American Pool

2011 Organizzati

mill-Kunsill

Lokali tal-

Mellieħa

Bejn Frar u

Ġunju 2011, Il-

Kunsill Lokali tal-

Mellieħa reġa’

organizza żewġ

kompetizzjonijiet

fuq livell lokali

tal-American Pool

u tas-Snooker.

Il-kompetizzjoni

tal-American

Pool ħadu sehem

fiha ħamsa u

tletin kompetitur.

Kien hemm erba’

stabbilimenti li

offrew il-mejda

tal-pool tagħhom.

Dawn kienu l-Maritim Antonin and Spa, Selmun Bar, Reflections

Pub and Grill u l-Billy’s Bar. Iż-żewġ finalisti ta’ din is-sena,

Selmun Zebras u Music Club (A), barra li wrew livell għoli

ta’ logħob, issieltu mhux ftit sabiex fl-aħħar għat-tielet sena

konsekuttiva it-tim rebbieħ jerġa’ jkun Music Club (A).

Fil-kompetizzjoni tas-Snooker kien hemm 14-il parteċipant. Din

il-kompetizzjoni saret fuq bażi individwali u intlagħbet home

u away. Kien hemm tlitt clubs li offrew il-mejda tas-Snooker

tagħhom li huma l-Isports Club, il-Malta Labour Party Club u

l-Imperial Band Club. Kellna livell ta’ snooker mill-aqwa fejn

rajna wkoll il-highest break milħuq minn Wilfred Cross b’ 55

punt. Il-finali li intlagħbet fil-każin ‘Ċentru Laburista Mellieħa’

kienet fuq disa’ frames bejn Natalino Debono u Charles Fenech

(it-tnejn mill-Mellieħa Sports Club). Il-logħob kien bilanċjat u

fl-aħħar is-Sur Charles Fenech rebaħ għall-ewwel darba dan

l-unur prestiġjuz fil-Mellieħa.

William Chetcuti Champion tad-Dinja

Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jifraħ lil William Chetcuti, resident mill-Manikata

li tagħmel parti mil-lokalitá tal-Mellieħa għall-unur storiku għall-isport

Malti, meta rebaħ il-midalja tad-deheb fit-Tazza tad-Dinja tal-Federazzjoni

tal-Isparar (ISSF) f’Beijing, iċ-Ċina. Dan kien l-ikbar suċċess li qatt kiseb

William Chetcuti kemm għalih kif ukoll bħala Federazzjoni Maltija tal-Isparar.

Sadattant, fl-aħħar jiem, William kompla bil-mument maġiku tiegħu meta

żied unur ieħor mal-lista ta’ unuri li rebaħ, meta naqqax ismu bħala rebbieħ

fil-Malta Double Trap Grand Prix.

Mill-ġdid prosit lil William għas-suċċessi miksuba minnu.

Bħal kull sena fil-jiem li jiġi ċċelebrat Jum il-Kunsill, l-Għaqda

Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti tal-Mellieħa

jorganizzaw kompetizzjoni tal-isparar fuq il-plattini. Din issena

bħas-snin l-imgħoddija reġgħet saret bil-kollaborazzjoni

tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa fejn għaliha attenda il-viċi sindku

Emvin Bartolo li minn-naħa tiegħu f’isem il-Kunsilli ppreżenta

t-trofew lir-rebbieħa.

IS-SIndku tal-Mellieħa jippreżenta banner lil

William Chetcuti mall-wasla tiegħu miċ-Ċina

Ma’ jistax jonqos li l-isport tal-futbol ikun ukoll fost l-attivitajiet li jiġu organizzati fl-attivitajiet marbuta ma’ Jum il-Kunsill. Din is-sena

grazzi għall-kollaborazzjoni mal-Mellieħa Sports Club u l-Mellieħa Football Nursery il-Kunsill organizza żewġ tournaments. F’dak li

għandu x’jaqsam in-Nursery ħadu sehem żewġ timijiet Għawdxin mil-lokalità ta’ Għajnsielem (ritratt lemin) filwaqt li ġie organizzat

ukoll tournament ieħor għall-players veteranimit-timijiet tal-Mellieħa, Sliema Wanderers u Żurrieq. Għal dawn iż-żewġ attivitajiet kienu

preżenti s-Sindku ta’ Għajnsielem is-Sur Frans Cauchi kif ukoll il-president tal-MFA s-Sur Norman Darmanin Demajo (ritratt xellug).

L-Isnooker ukoll kien wieħed mid-dixxiplini sportivi li ngħataw

spazju waqt l-attivitajiet ta’ Jum il-Kunsill fejn anke hawn ħadu

sehem numru ta’ players mill-Mellieħa u mir-raħal Għawdxi ta’

Għajnsielem. Il-loghob kollu ntlagħab fil-Mellieħa Sports Club.

Dan l-isport kompla kabbar ir-relazzjoni tajba li teźisti bejn

iż-żewġ kunsilli wara li fil-Milied Mellieħi kien sar tournament

simili.

Mill-Qieg˙a | Lulju 2011 | Óar©a Nru. 45

23

The Future of The EDEN Network Decided in Mellieħa

The future of the EDEN network, that is,

the network of the European Destinations

of Excellence, was discussed during the

EDEN Network Meeting that was held in

Mellieħa earlier this month. More than

100 delegates from around 80 EDEN

destinations put their heads together

to discuss how the network could be

kept alive. Their decision was to either

become self-sustaining or die.

EDEN was set up by the European

Commission to promote sustainable

tourism development models across the

European Union. The project is based

on national competitions that take place

every year and result in the selection

of a tourist “destination of excellence”

for each participating country. Through

the selection of destinations, EDEN

effectively achieves the objective of

drawing attention to the values, diversity

and common features of European tourist

destinations. It enhances the visibility of

emerging European destinations, creates

a platform for sharing good practices

across Europe and promotes networking

between awarded destinations.

In five years time the funding from the

European Commission will stop and the

network of more than 100 destinations

Activities to Regenerate Santa Marija Valley

In the last months

the Mellieħa Local

Council was involved

in a tree planting

activity in Santa

Marija. This shows

the total commitment

by the Mellieħa Local

Council towards the

embellishment of this

area. The Mellieħa

Local Council together

with the Għaqda Residenti Santa Marija are committed to regenerate

the Santa Marija Estates Valley. In the last months a clean up and tree

planting activities were organised. Parliamentary Secretary Chris Said

also attended for these activities and together with the Mayor of Mellieħa

planted trees in Santa Marija Valley.

Mellieha Local Council

of excellence will be left on its own. In

the idyllic setting of the square at the

Sanctuary of Our Lady of Mellieħa with a

view on the blue waters of Mellieħa Bay

and beyond, the delegates discussed

several ideas on how to become self

sustaining. In the end, they committed

themselves to preserve and enhance

their organization. A steering committee

was also set up to ensure that decisions

taken are followed through. Mellieħa was

chosen to be part of this committee.

All attending had words of praise for

the Mellieħa Local Council about the

organization of the conference. Valere

Tjolle, Editor of Travelmode of the United

Kingdom, said the unique setting of the

conference was excellent. Contrary

to the usual set-up when delegates

are confined in a room, the EDEN

conference in Mellieħa was a relaxed

and informal affair, giving the opportunity

to the delegates to benefit from the fresh

air and beautiful surroundings. He said

that on arrival at Mellieħa he thought that

the village was very quiet. But what was

in store was surprising. People who can

speak good English, which he found was

quite unusual, who are friendly and know

well how to host people properly. He was

also impressed that everything works.

Interview by MEUSAC (Malta

EU Steering Action Committee)

to Mellieħa Mayor

The EU Funding Programme Europe for

Citizens. Mellieha Local Council managed

to obtain €10,629.45 from EU funding for

Programme EU for Citizens

Q. What led Mellieha to consider applying for

EU Funds?

A. We have a twinning agreement with three

cities, each having a different culture and

offering different good practices. Through the

Europe for Citizens Programme, we realised

an opportunity through which Mellieħa and our

community could further benefit.

Telephone Number: 21521333 Fax Number: 21521666 Website: www.mellieha.gov.mt Email: customercare.mellieha.lc@gov.mt

Opening Hours: Monday to Friday 8.00 a.m. - 3.30 p.m; and Saturday 8.00 a.m. - 11.00 a.m

The mayor receives residents every Saturday. To make an appointment please call on 21521333.

24 Mill-Qieg˙a | Lulju 2011 | Óar©a Nru. 45

Continued on page 19

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!