17.12.2012 Views

Gozo College Skola Sekondarja tas-Subien Ninu Cremona L-Eżami ...

Gozo College Skola Sekondarja tas-Subien Ninu Cremona L-Eżami ...

Gozo College Skola Sekondarja tas-Subien Ninu Cremona L-Eżami ...

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

SILTA GĦALL-ISTĦARRIĠ

Aqra s-silta li ġejja u wara wieġeb il-mistoqsijiet dwarha:

Kull pajjiż għandu dak li nistgħu ngħidulu l-leħen

partikulari tiegħu li jinstema’ fid-daqq, fl-għana, u flistrumenti

mużikali ta’ niesu. Il-Maltin, xejn inqas minnies

ta’ pajjiżi oħra, għandhom it-tradizzjonijiet mużikali

tagħhom u l-leħen tagħhom. Ftit mill-istrumenti Maltin

insibuhom fi bnadi oħra tal-Mediterran, iżda xi wħud ma

nsibu bħalhom mkien. Jekk nieħdu ż-żaqq Maltija,

għalkemm din tixbah xi ftit lil strumenti barranin ta’ din ixxorta,

f’ebda pajjiż ma nsibu waħda bħalha eżatt. (Par. 1)

Il-Maltin, bħal kull ġens ieħor, għandhom ukoll l-għana jew

il-kant tipiku tagħhom. L-ewwel għanja li nafu biha hija l-

Kantilena ta’ Pietru Caxaru, miktuba qabel l-1485. Iżda

min jaf kemm kienu ilhom jgħannu l-Maltin! Nistgħu

ngħidu li saħansitra l-għajjat tal-bejjiegħa huwa għana

għalkemm qasir. (Par. 2)

In-nisa kienu jgħannu xi taħnina lit-tarbija tagħhom biex forsi jraqqduha. Kienu jgħannu wkoll

waqt li jaħslu l-ħwejjeġ, waqt li jaħdmu l-bizzilla jew waqt li jballtu l-bjut. Spiss kienu wkoll

jitgħallmu bl-amment xi taqbiliet antiki, magħrufa bħala għana tal-banju, u dawn kienu

jgħannuhom waqt li flimkien kienu jkunu jaħslu l-ħwejjeġ f’xi għajn tal-ħasselin. (Par. 3)

Mill-banda l-oħra, l-irġiel Maltin kienu ta’ sikwit jgħannu waqt ix-xogħol tagħhom fl-għelieqi,

fuq il-baħar jew fil-ħin tal-mistrieħ tagħhom fil-ħwienet. Ma kinux jonqsu wkoll xi għanjiet talimħabba

li spiss kienu jgħannuhom taħt il-gallarija tal-maħbuba. (Par. 4)

L-għana u d-daqq kienu popolari wkoll fil-festi Maltin. Għall-festi ta’ San Girgor u ta’ Lapsi

familji sħaħ kienu jinġabru jdoqqu u jgħannu fuq xi dgħajsa waqt li fil-festa tal-Imnarja, in-nies

kienu jinġabru jdoqqu u jgħannu l-lejl kollu taħt is-siġar tal-Buskett. Bħala poplu għandna biex

niftaħru b’dak kollu li ħallewlna missirijietna. Iżda l-ewwel u qabel kollox irridu nkunu nafu

x’ħallewlna biex napprezzaw dak li għandna. (Par. 5)

(addattament minn Daqq, Għana u Żfin Malti, ta’Anna Borg Cardona)

A. FEHIM IT-TEST (10 marki)

1. Liema minn dawn jista’ jkun titlu addattat ħafna għas-silta? Agħmel sinjal taħtu. (1)

Il-Festi ta’ Dari, Daqq u Għana fl-Imgħoddi, In-Nisa fl-Antik

Il-MALTI – It-Tielet Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2012 Paġna 2 minn 8

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!