Gozo College Skola Sekondarja tas-Subien Ninu Cremona L-Eżami ...
Gozo College Skola Sekondarja tas-Subien Ninu Cremona L-Eżami ... Gozo College Skola Sekondarja tas-Subien Ninu Cremona L-Eżami ...
Gozo College Skola Sekondarja tas-Subien Ninu Cremona L-Eżami ta’ Nofs is-Sena 2012 IT-TIELET SENA IL-MALTI IL-ĦIN:SAGĦTEJN L-Isem : ______________________________ Il-Klassi : ___________________ L-ISTRUZZJONIJIET LILL-ISTUDENTI: 1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a. 2. Ortografija, punteġġjatura, sintassi, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex tikseb riżultat aħjar. GĦALL-UŻU TAL-GĦALLIEMA: KUMMENTI L-ISKEMA TAL-MARKI Il-Mistoqsija A B Ċ D E F TOTAL Il-Marki 10 24 6 10 30 20 100 Il-Marki tal- istudent/a Rotta 2 ____________________________________________________________________________ ____________________________________________________________________________ ____________________________________________________________________________ ____________________________________________________________________________ Il-MALTI – It-Tielet Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2012 Paġna 1 minn 8
- Page 2 and 3: SILTA GĦALL-ISTĦARRIĠ Aqra s-sil
- Page 4 and 5: 2. Oħroġ verb skont il-forma mitl
- Page 6 and 7: D. MALTI KOMUNIKATTIV (10 marki) Ag
- Page 8: iii) PROŻA: JINQABAD BID-DROGI Mit
Gozo College

Skola Sekondarja tas-Subien

Ninu Cremona

L-Eżami ta’ Nofs is-Sena 2012

IT-TIELET SENA IL-MALTI IL-ĦIN:SAGĦTEJN

L-Isem : ______________________________ Il-Klassi : ___________________

L-ISTRUZZJONIJIET LILL-ISTUDENTI:

1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a.

2. Ortografija, punteġġjatura, sintassi, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex tikseb

riżultat aħjar.

GĦALL-UŻU TAL-GĦALLIEMA:

KUMMENTI

L-ISKEMA TAL-MARKI

Il-Mistoqsija A B Ċ D E F TOTAL

Il-Marki 10 24 6 10 30 20 100

Il-Marki tal-

istudent/a

Rotta 2

Il-MALTI – It-Tielet Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2012 Paġna 1 minn 8
SILTA GĦALL-ISTĦARRIĠ

Aqra s-silta li ġejja u wara wieġeb il-mistoqsijiet dwarha:

Kull pajjiż għandu dak li nistgħu ngħidulu l-leħen

partikulari tiegħu li jinstema’ fid-daqq, fl-għana, u flistrumenti

mużikali ta’ niesu. Il-Maltin, xejn inqas minnies

ta’ pajjiżi oħra, għandhom it-tradizzjonijiet mużikali

tagħhom u l-leħen tagħhom. Ftit mill-istrumenti Maltin

insibuhom fi bnadi oħra tal-Mediterran, iżda xi wħud ma

nsibu bħalhom mkien. Jekk nieħdu ż-żaqq Maltija,

għalkemm din tixbah xi ftit lil strumenti barranin ta’ din ixxorta,

f’ebda pajjiż ma nsibu waħda bħalha eżatt. (Par. 1)

Il-Maltin, bħal kull ġens ieħor, għandhom ukoll l-għana jew

il-kant tipiku tagħhom. L-ewwel għanja li nafu biha hija l-

Kantilena ta’ Pietru Caxaru, miktuba qabel l-1485. Iżda

min jaf kemm kienu ilhom jgħannu l-Maltin! Nistgħu

ngħidu li saħansitra l-għajjat tal-bejjiegħa huwa għana

għalkemm qasir. (Par. 2)

In-nisa kienu jgħannu xi taħnina lit-tarbija tagħhom biex forsi jraqqduha. Kienu jgħannu wkoll

waqt li jaħslu l-ħwejjeġ, waqt li jaħdmu l-bizzilla jew waqt li jballtu l-bjut. Spiss kienu wkoll

jitgħallmu bl-amment xi taqbiliet antiki, magħrufa bħala għana tal-banju, u dawn kienu

jgħannuhom waqt li flimkien kienu jkunu jaħslu l-ħwejjeġ f’xi għajn tal-ħasselin. (Par. 3)

Mill-banda l-oħra, l-irġiel Maltin kienu ta’ sikwit jgħannu waqt ix-xogħol tagħhom fl-għelieqi,

fuq il-baħar jew fil-ħin tal-mistrieħ tagħhom fil-ħwienet. Ma kinux jonqsu wkoll xi għanjiet talimħabba

li spiss kienu jgħannuhom taħt il-gallarija tal-maħbuba. (Par. 4)

L-għana u d-daqq kienu popolari wkoll fil-festi Maltin. Għall-festi ta’ San Girgor u ta’ Lapsi

familji sħaħ kienu jinġabru jdoqqu u jgħannu fuq xi dgħajsa waqt li fil-festa tal-Imnarja, in-nies

kienu jinġabru jdoqqu u jgħannu l-lejl kollu taħt is-siġar tal-Buskett. Bħala poplu għandna biex

niftaħru b’dak kollu li ħallewlna missirijietna. Iżda l-ewwel u qabel kollox irridu nkunu nafu

x’ħallewlna biex napprezzaw dak li għandna. (Par. 5)

(addattament minn Daqq, Għana u Żfin Malti, ta’Anna Borg Cardona)

A. FEHIM IT-TEST (10 marki)

1. Liema minn dawn jista’ jkun titlu addattat ħafna għas-silta? Agħmel sinjal taħtu. (1)

Il-Festi ta’ Dari, Daqq u Għana fl-Imgħoddi, In-Nisa fl-Antik

Il-MALTI – It-Tielet Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2012 Paġna 2 minn 8
2. Fiex jista’ jinstema’ l-leħen partikulari ta’ pajjiż? (1)

3. Liema strument mużikali Malti ma ssib bħalu fl-ebda pajjiż? (1)

4. Liema hi l-ewwel għanja Maltija li nafu biha? (1)

5. Semmi eżempju wieħed meta kienu jgħannu n-nisa Maltin. (1)

6. X’kien l-għana tal-banju u għaliex taħseb li kienu jgħidulu hekk? (2)

7. Semmi post fejn kienu jgħannu l-irġiel Maltin. (1)

8. Semmi żewġ festi partikolari li fihom kien ikun hemm ħafna daqq u għana. (2)

B. GĦARFIEN IL-LINGWA (24 marka)

GRAMMATIKA/MORFOLOĠIJA

1. Aqta’ sinjal taħt it-tajba: (3)

a) Il-verb jinstema’ hu verb (tal-5 forma, tas-6 forma, tas-7 forma).

b) Il-verbi (tat-2 , tat-3, tar-4) forma jkollhom doppja konsonanti fin-nofs.

ċ) Il-verb daqq hu verb (moħfi, nieqes, trux).

Il-MALTI – It-Tielet Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2012 Paġna 3 minn 8
2. Oħroġ verb skont il-forma mitluba bħal fl-eżempju: (5)

raqad (2) raqqad ra (4) _____________________

ħasel (7) ____________________ għallem (5) _____________________

qasir (9) ____________________ għaġeb (10) _____________________

3. Imla l-vojt bil-Partiċipju Attiv bħal fl-eżempju: (3)

(a) Il-ġerrej saq iż-żiemel u rebaħ. (Partiċipju Attiv minn ġ-r-j)

(b) L-______________ nġabru jgħannu fil-misraħ. (Partiċipju Attiv minn għ-n-j)

(ċ) L-istatwa ______________ lura fil-knisja. (Partiċipju Attiv minn d-ħ-l)

(d) Il- ____________ telaq kmieni għax-xogħol. (Partiċipju Attiv minn ħ-d-m)

4. Imla l-vojt bil-Partiċipju Passiv bħal fl-eżempju: (6)

VERB PARTIĊIPJU PASSIV

MASKIL

PARTIĊIPJU PASSIV

FEMMINIL

PARTIĊIPJU PASSIV

PLURAL

ħadem maħdum maħduma maħdumin

ħasel

kiteb

ANALIŻI TESTWALI

5. ... għandhom it-tradizzjonijiet mużikali (par. 1)

Għal min qiegħed jirreferi l-pronom mehmuż b’sinjal taħtu? (1)

6. Spiss (par. 3) tfisser: (1)

(a) ta’ sikwit ___; (b) qatt ___; (ċ) xi darba kultant___.

Il-MALTI – It-Tielet Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2012 Paġna 4 minn 8
LESSIKU / VOKABULARU

7. Il-kelma xogħol ġejja (a) mis-Semitiku __; (b) mir-Rumanz __; (ċ) mill-Ingliż __. (1)

8. Liema kelma minn paragrafu 3 tirreferi għal għanja lit-tfal? _______________ (1)

9. Agħti kelma oħra minflok napprezzaw (par. 5). ______________________ (1)

SINTASSI

10. Ikteb din is-sentenza mod ieħor bla ma tbiddel it-tifsira tagħha. (2)

L-ewwel għanja li nafu biha hija l-kantalena ta’ Pietru Caxaru, miktuba qabel l-1485.

Ċ. L-ASPETT SIMBOLIKU FL-ISFOND LINGWISTIKU POPOLARI (6 marki)

1. Imla l-vojt b’idjomi relatati mal-annimali: (4)

a) Mark dejjem għaddej minn xogħol għal ieħor, jaħdem ___________________________

b) Marija l-ħin kollu tiekol u saret _____________________________________________

ċ) In-nannu miet _______________________________________ mingħajr ħadd ma nduna.

d) Ħuti dejjem jiġġieldu, qishom ______________________________________________

2. Daħħal din l-idjoma f’sentenza: Ibati b’tal-ħmar. (2)

Il-MALTI – It-Tielet Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2012 Paġna 5 minn 8
D. MALTI KOMUNIKATTIV (10 marki)

Agħżel a jew b. Ikteb madwar 50 kelma:

a. Fir-raħal tiegħek ser issir lejla folkloristika. Ikteb avviż għal dan l-avveniment.

Jew

b. Ikteb reklam biex tbigħ xi tip ta’ karozza.

E. LETTERATURA (30 marka)

(i) POEZIJA – NADRIET 3 (15-il marka)

1. Agħmel sinjal taħt it-tajba: (8 marki)

a. Fil-poezija Il-Bejjiegħ tal-Gazzetti, omm il-poeta ma kinetx (toħroġ, tara, tisma’).

b. Fl-istess poezija naraw li għall-poeta ommu tfisser (firda, dwejjaq, kollox).

ċ. Fil-poezija Qasba Mario Azzopardi jqabbel il-qasba ma’ (armla, siġra, tifla).

d. Qasba hi poezija (patrijottika, reliġjuża, drammatika).

e. Fil-poezija Arizona, il-poeta jgħid ‘Jiena d-dezert għatxan tal-Arizona’. Din il-figura

tad-diskors hi (metafora, similitudni, personifikazzjoni).

f. ‘Xtieli muxgħara jriegħxu bit-tixwik’ hi eżempju ta’ (onomatopea, alliterazzjoni, rima).

ġ. Fil-poezija Poeta Dun Karm isejjaħ lil Ruzar Briffa (xwejjaħ, tifel, żagħżugħ) poeta.

g. Dun Karm jitlob li jġibulu (l-fjuri, r-rand, l-ħaxix ) ħalli jpoġġih fuq ras il-poeta.

Il-MALTI – It-Tielet Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2012 Paġna 6 minn 8
2. Agħzel poeżija minn dawn li ġejjin u ikteb madwar 30 kelma dwarha: (6 marki)

Pitirross ta’ Victor Fenech JEW Arizona ta’ Achille Mizzi

ii) PROŻA: STEJJER GĦAL QABEL JIDLAM

1. Wieġeb dawn il-mistoqsijiet: (4

marki)

a. Fin-novella L-Ewwel Telefonata, Kostanzu kien bniedem (ħali, modern, sempliċi).

b. Kostanza għamlet l-ewwel telefonata lil (tat-telefon, bintha, tat-Tarzna).

ċ. F’Ix-Xemx fuq it-Tieqa, Oskar kien jitkellem (ma’ missieru, mas-sħab, max-xemx).

d. Oskar xtaq imur (fuq il-qamar, fuq il-muntanji, l-Amerika).

2. Ikteb madwar 30 kelma dwar Bertu, it-tifel tal-baħar. (6 marki)

Il-MALTI – It-Tielet Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2012 Paġna 7 minn 8
iii) PROŻA: JINQABAD BID-DROGI

Mit-tliet stejjer li studjajt (Ċinzja, Imħabba tal-Biċċiet, Monologu: l-aħħar waqtiet ta’ Simon

ir-Raggae) liema l-aktar li għoġbitek u għaliex? Ikteb madwar 30 kelma. (6 marki)

F. KOMPONIMENT (20 marka)

Agħżel wieħed u ikteb madwar 250 kelma fuq karta separata.

1. Ikteb djalogu bejn siġra u fjura

2. Il-vantaġġi u l-izvantaġġi tal-kompjuter

3. Issa li sirt teenager ikteb dwar ir-relazzjoni tiegħek mal-ġenituri

4. Kont qed naqra ktieb meta ...

5. Immaġina li għandek il-ġwienaħ u kapaċi ttir. Kieku x’tagħmel?

Il-MALTI – It-Tielet Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2012 Paġna 8 minn 8