Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa

Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa

bookshop.europa.eu
from bookshop.europa.eu More from this publisher
14.12.2012 Views

74 Dati ewlenin fl-istorja tal-integrazzjoni Ewropea

1950 Id-9 ta’ Mejju – Robert Schuman, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Franċiż, jagħmel diskors importanti fejn jippreżenta proposti bbażati fuq l-ideat ta’ Jean Monnet. Jipproponi li Franza u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja jgħaqqdu r-riżorsi tal-faħam u tal-azzar tagħhom f’organizzazzjoni ġdida li jistgħu jissieħbu fiha pajjiżi Ewropej oħra. 1951 It-18 ta’ April – F’Pariġi, sitt pajjiżi — il-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu u l-Pajjiżi l-Baxxi — jiffirmaw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA). Dan jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Lulju 1952, għal perjodu ta’ 50 sena. 1955 Mill-1 sat-2 ta’ Ġunju – F’laqgħa f’Messina, il-ministri tal-affarijiet barranin tas-sitt pajjiżi jiddeċiedu li jestendu l-integrazzjoni Ewropea għall-ekonomija ġenerali. 1957 Il-25 ta’ Marzu – F’Ruma, is-sitt pajjiżi jiffirmaw it-Trattati li jistabbilixxu l-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE) u l-Komunità Ewropea għall- Enerġija Atomika (Euratom). Dawn jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1958. 1960 L-4 ta’ Jannar – Fuq l-istigazzjoni tar-Renju Unit, il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma tistabbilixxi l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles (EFTA), li tinkludi numru ta’ pajjiżi Ewropej li mhumiex parti mill-KEE. 1963 L-20 ta’ Lulju – F’Yaoundé jiġi ffirmat ftehim ta’ assoċjazzjoni bejn il-KEE u 18-il pajjiż Afrikan. 1965 It-8 ta’ April – Jiġi ffirmat trattat li jamalgama l-entitajiet eżekuttivi tattliet Komunitajiet (il-KEFA, il-KEE u l-Euratom) u li joħloq Kunsill wieħed u Kummissjoni waħda. Dan jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1967. 1966 Id-29 ta’ Jannar – Il-“kompromess tal-Lussemburgu”: wara kriżi politika, Franza taqbel li għal darb’oħra tieħu sehem fil-laqgħat tal-Kunsill, b’kundizzjoni li jitfassal ftehim biex tinżamm ir-regola tal-unanimità meta jkun hemm fin-nofs “interessi vitali nazzjonali”. 1968 L-1 ta’ Lulju – Id-dazji doganali bejn l-Istati Membri fuq il-merkanzija industrijali jiġu aboliti għalkollox, 18-il xahar qabel ma kien skedat li jsir dan, u tiġi introdotta trariffa esterna komuni. 1969 L-1 u t-2 ta’ Diċembru – Fis-Samit tal-Aja, il-mexxejja politiċi tal-KEE jiddeċiedu li jkomplu jaħdmu għall-integrazzjoni Ewropea. 1970 It-22 ta’ April – Fil-Lussemburgu jiġi ffirmat trattat li jippermetti li l-Komunitajiet Ewropej ikunu ffinanzjati dejjem aktar mir-“riżorsi tal-UE stess” u li jagħti setgħat superviżorji akbar lill-Parlament Ewropew. 1973 L-1 ta’ Jannar – Id-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit jissieħbu fil- Komunitajiet Ewropej, biex b’hekk is-sħubija titla’ għal disa’ pajjiżi. Wara li jsir referendum, in-Norveġja ma tisseħibx. 75

74<br />

Dati ewlenin fl-istorja<br />

tal-integrazzjoni<br />

Ewropea

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!