Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa

Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa

bookshop.europa.eu
from bookshop.europa.eu More from this publisher
14.12.2012 Views

68 II. POLITIKA KUMMERĊJALI LI HIJA MIFTUĦA GĦAD-DINJA L-importanza tal-Unjoni Ewropea bħala setgħa kummerċjali tagħtiha influwenza internazzjonali konsiderevoli. L-UE tappoġġja s-sistema bbażata fuq ir-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), li għandha 153 pajjiż membru. Din is-sistema tipprovdi ċerta trasparenza u ċertezza legali waqt li jkun qed isir il-kummerċ internazzjonali. Id-WTO tiffissa kundizzjonijiet fejn il-membri tagħha jkunu jistgħu jiddefendu rwieħhom minn prattiki inġusti bħad-dumping (bejgħ inqas minn kemm jiswa l-oġġett) li permezz tagħhom l-esportaturi jikkompetu kontra r-rivali tagħhom. Tipprovdi wkoll proċedura għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim li jinqala’ bejn żewġ imsieħba kummerċjali jew aktar. L-UE ilha tfittex li tiftaħ il-kummerċ dinji mill-2001, permezz ta’ taħdidiet dwar ilkummerċ fir-“Round ta’ Doha”. Dawn huma negozjati iebsa iżda l-UE tibqa’ konvinta li wara l-kriżi finanzjarja u ekonomika, tnaqqis fil-kummerċ dinji jibdel ir-reċessjoni f’depressjoni mill-agħar. Il-politika kummerċjali tal-UE hija marbuta mill-qrib mal-politika ta’ żvilupp tagħha. Skont is-“sistema ġenerali ta’ preferenzi” (GSP) tagħha, l-UE tat aċċess mingħajr dazji jew preferenzjali b’rata mraħħsa għas-suq tagħha għall-parti l-kbira tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u mill-ekonomiji li qegħdin fi tranżizzjoni. Għamlet saħansitra aktar minn hekk għall-ifqar 49 pajjiż tad-dinja. L-esportazzjonijiet kollha tagħhom, bl-unika eċċezzjoni tal-armi, igawdu minn dħul mingħajr dazji fis-suq tal-UE. Madankollu, l-UE ma għandhiex ftehimiet kummerċjali speċifiċi mal-imsieħba kummerċjali ewlenin tagħha fost il-pajjiżi żviluppati bħall-Istati Uniti u l-Ġappun. Hawnhekk, ir-relazzjonijiet kummerċjali jiġu amministrati permezz tal-mekkaniżmi tad-WTO. L-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea qed ifittxu li jiżviluppaw relazzjonijiet imsejsa fuq l-ugwaljanza u s-sħubija. Wara l-elezzjoni ta’ Barack Obama bħala President tal-Istati Uniti, il-mexxejja tal-UE bdew iħeġġu rabtiet trans-Atlantiċi iktar mill-qrib. Fil-laqgħa tal-G-20 f’Londra f’April 2009, l-UE u l-Istati Uniti qablu dwar il-ħtieġa li jkun hemm regolazzjoni aħjar tas-sistema finanzjarja globali. © Andy Aitchison/In Pictures/Corbis L-UE tippromwovi l-ftuħ tas-swieq u l-iżvilupp tal-kummerċ fi ħdan il-qafas multilaterali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

L-Unjoni Ewropea qed iżżid il-kummerċ tagħha mas-setgħat emerġenti f’partijiet oħra tad-dinja, miċ-Ċina u mill-Indja sal-Amerika Ċentrali u dik t’Isfel. Il-ftehimiet kummerċjali ma’ dawn il-pajjiżi jinvolvu wkoll kooperazzjoni teknika u kulturali. Iċ-Ċina saret it-tieni l-iktar imsieħeb kummerċjali importanti tal-UE (wara l-Istati Uniti) u l-ikbar fornitur tal-importazzjonijiet. (Fl-2009 iktar minn 17 % tal-importazzjonijiet tal-UE ġew miċ-Ċina). L-Unjoni Ewropea hija l-imsieħba kummerċjali prinċipali tar-Russja u l-ikbar sors ta’ investiment barrani tagħha. Barra mill-kummerċ, il-kwistjonijiet prinċipali fir-relazzjonijiet ta’ bejn l-UE u r-Russja jikkonċernaw kwistjonijiet transkonfinali bħas-sikurezza tal-provvisti talenerġija, partikolarment tal-gass. III. L-AFRIKA Ir-relazzjonijiet bejn l-Ewropa u l-Afrika sub-Saħarjana ilhom jeżistu żmien twil. Skont it-Trattat ta’ Ruma tal-1957, dawk li kienu l-kolonji u t-territorji lil hinn mixxtut tal-Istati Membri saru assoċjati tal-Komunità. Id-dekolonjalizzazzjoni, li bdiet kmieni fis-snin 60 tas-seklu li għadda, bidlet din ir-rabta f’assoċjazzjoni differenti, waħda bejn pajjiżi sovrani. Il-Ftehim ta’ Cotonou, li kien iffirmat fis-sena 2000 f’Cotonou, il-belt kapitali tal- Benin, immarka stadju ġdid fil-politika tal-iżvilupp tal-UE. Dan il-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) huwa l-aktar ftehim kummerċjali u ta’ għajnuna ambizzjuż u b’ambitu wiesa’ li qatt ġie konkluż bejn il-pajjiżi żviluppati u dawk li qed jiżviluppaw. Dan sar wara l-Konvenzjoni ta’ Lomé, li kienet iffirmata fl-1975 f’Lomé, il-belt kapitali tat-Togo, u wara ġiet aġġornata f’intervalli regolari. Dan il-ftehim il-ġdid imur ferm lil hinn mill-ftehimiet ta’ qabel, billi għamel avvanz minn relazzjonijiet kummerċjali bbażati fuq aċċess għas-suq għal relazzjonijiet kummerċjali f’sens usa’. Jintroduċi wkoll proċeduri ġodda biex ikunu ttrattati l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem. L-Unjoni Ewropea tat konċessjonijiet kummerċjali speċjali lill-pajjiżi l-inqas żviluppati, li minnhom 39 huma firmatarji tal-Ftehim ta’ Cotonou. Sa mill-2005 setgħu jesportaw prattikament kwalunkwe tip ta’ prodott lejn l-UE, bla dazju. Fl- 2009, l-UE qablet li tagħti lis-77 pajjiż tal-AKP € 2.7 biljun bħala għajnuna fl-oqsma tas-saħħa, tal-ilma, tal-bidla fil-klima u ż-żamma tal-paċi. 69

L-Unjoni Ewropea qed iżżid il-kummerċ tagħha mas-setgħat emerġenti f’partijiet

oħra tad-dinja, miċ-Ċina u mill-Indja sal-Amerika Ċentrali u dik t’Isfel. Il-ftehimiet

kummerċjali ma’ dawn il-pajjiżi jinvolvu wkoll kooperazzjoni teknika u kulturali.

Iċ-Ċina saret it-tieni l-iktar imsieħeb kummerċjali importanti tal-UE (wara

l-Istati Uniti) u l-ikbar fornitur tal-importazzjonijiet. (Fl-2009 iktar minn 17 %

tal-importazzjonijiet tal-UE ġew miċ-Ċina). L-Unjoni Ewropea hija l-imsieħba

kummerċjali prinċipali tar-Russja u l-ikbar sors ta’ investiment barrani tagħha.

Barra mill-kummerċ, il-kwistjonijiet prinċipali fir-relazzjonijiet ta’ bejn l-UE u

r-Russja jikkonċernaw kwistjonijiet transkonfinali bħas-sikurezza tal-provvisti talenerġija,

partikolarment tal-gass.

III. L-AFRIKA

Ir-relazzjonijiet bejn l-Ewropa u l-Afrika sub-Saħarjana ilhom jeżistu żmien twil.

Skont it-Trattat ta’ Ruma tal-1957, dawk li kienu l-kolonji u t-territorji lil hinn mixxtut

tal-Istati Membri saru assoċjati tal-Komunità. Id-dekolonjalizzazzjoni, li bdiet

kmieni fis-snin 60 tas-seklu li għadda, bidlet din ir-rabta f’assoċjazzjoni differenti,

waħda bejn pajjiżi sovrani.

Il-Ftehim ta’ Cotonou, li kien iffirmat fis-sena 2000 f’Cotonou, il-belt kapitali tal-

Benin, immarka stadju ġdid fil-politika tal-iżvilupp tal-UE. Dan il-ftehim bejn

l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) huwa l-aktar

ftehim kummerċjali u ta’ għajnuna ambizzjuż u b’ambitu wiesa’ li qatt ġie konkluż

bejn il-pajjiżi żviluppati u dawk li qed jiżviluppaw. Dan sar wara l-Konvenzjoni

ta’ Lomé, li kienet iffirmata fl-1975 f’Lomé, il-belt kapitali tat-Togo, u wara ġiet

aġġornata f’intervalli regolari.

Dan il-ftehim il-ġdid imur ferm lil hinn mill-ftehimiet ta’ qabel, billi għamel avvanz

minn relazzjonijiet kummerċjali bbażati fuq aċċess għas-suq għal relazzjonijiet

kummerċjali f’sens usa’. Jintroduċi wkoll proċeduri ġodda biex ikunu ttrattati

l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem.

L-Unjoni Ewropea tat konċessjonijiet kummerċjali speċjali lill-pajjiżi l-inqas

żviluppati, li minnhom 39 huma firmatarji tal-Ftehim ta’ Cotonou. Sa mill-2005

setgħu jesportaw prattikament kwalunkwe tip ta’ prodott lejn l-UE, bla dazju. Fl-

2009, l-UE qablet li tagħti lis-77 pajjiż tal-AKP € 2.7 biljun bħala għajnuna fl-oqsma

tas-saħħa, tal-ilma, tal-bidla fil-klima u ż-żamma tal-paċi.

69

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!