Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa

Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa

bookshop.europa.eu
from bookshop.europa.eu More from this publisher
14.12.2012 Views

62 Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tad-dwana Ewropej qed tgħin biex tnaqqas it-traffikar u l-kriminalità. III. IL-ĠLIEDA KONTRA L-KRIMINALITÀ INTERNAZZJONALI Huwa meħtieġ sforz ikkoordinat biex jiġu miġġielda l-gruppi kriminali li jmexxu n-netwerks tat-traffikar tal-persuni u li jisfruttaw lill-bnedmin vulnerabbli, partikolarment in-nisa u t-tfal. Il-kriminalità organizzata qed issir dejjem aktar sofistikata u b’mod regolari tuża netwerks Ewropej jew internazzjonali għall-attivitajiet tagħha. It-terroriżmu wera b’mod ċar li jista’ jolqot, bi brutalità kbira, kwalunkwe post fid-dinja. Huwa għalhekk li ġiet stabbilita s-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen (SIS). Din hija database kumplessa li tippermetti lill-forzi tal-pulizija u lill-awtoritajiet ġudizzjarji jiskambjaw informazzjoni dwar persuni li għalihom ikun ħareġ mandat ta’ arrest jew talba ta’ estradizzjoni, u dwar proprjetà misruqa bħal pereżempju vetturi jew xogħlijiet ta’ arti. Database tal-ġenerazzjoni l-ġdida magħrufa bħala SIS II se jkollha kapaċità ikbar u se tagħmel possibbli l-ħżin ta’ tipi ġodda ta’ dejta. Wieħed mill-aħjar modi kif jinqabdu l-kriminali huwa billi jiġu ttraċċati l-flus li jagħmlu b’mod diżonest. Għal din ir-raġuni, u biex jinqata’ l-finanzjament talorganizzazzjonijiet kriminali u terroristiċi, l-UE ppreżentat leġiżlazzjoni għallprevenzjoni tal-ħasil tal-flus. L-akbar avvanz li sar f’dawn l-aħħar snin fil-qasam tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kien il-ħolqien tal-Europol, entità tal-UE bbażata fl-Aja u li magħha jaħdmu uffiċjali tal-pulizija u uffiċjali tad-dwana. Tittratta firxa wiesgħa ta’ kriminalità internazzjonali: it-traffikar tad-drogi, il-kummerċ ta’ vetturi misruqa, in-netwerks tat-traffikar tal-persuni u tal-immigrazzjoni illegali, l-isfruttatment sesswali tan-nisa u tat-tfal, il-pornografija tat-tfal, il-falsifikazzjoni, it-traffikar ta’ materjal radjuattiv u nukleari, it-terroriżmu, il-ħasil tal-flus u l-falsifikazzjoni tal-ewro. © George Steinmetz/Corbis

IV. LEJN “ŻONA ĠUDIZZJARJA EWROPEA” Bħalissa fl-Unjoni Ewropea, fl-istess ħin, joperaw ħafna sistemi ġudizzjarji differenti kull waħda fi ħdan il-fruntieri nazzjonali. Iżda l-kriminalità u t-terroriżmu internazzjonali ma jiqfux mal-fruntieri nazzjonali. Huwa għalhekk li l-UE teħtieġ qafas komuni biex tiġġieled it-terroriżmu, it-traffikar tad-drogi u l-falsifikazzjoni, sabiex tiggarantixxi livell għoli ta’ ħarsien għaċ-ċittadini tagħha u żżid ilkooperazzjoni internazzjonali f’dan il-qasam. L-UE teħtieġ ukoll politika komuni talġustizzja kriminali, biex tiżgura li l-kooperazzjoni bejn il-qrati f’pajjiżi differenti ma ssibx ostakli minħabba d-definizzjonijiet differenti tagħhom ta’ ċerti atti kriminali. L-aktar eżempju sinifikanti ta’ kooperazzjoni prattika f’dan il-qasam huwa x-xogħol li qed isir mill-Eurojust, struttura ċentrali ta’ koordinazzjoni li ġiet stabbilita fl- Aja fl-2003. L-iskop tagħha huwa li l-awtoritajiet nazzjonali ta’ investigazzjoni u ta’ prosekuzzjoni jkunu jistgħu jaħdmu flimkien f’investigazzjonijiet kriminali li jinvolvu diversi pajjiżi tal-UE. Jista’ jkun li jitwaqqaf Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, abbażi tal-Eurojust — jekk il-Kunsill (jew grupp ta’ mill-inqas disa’ Stati Membri) jiddeċiedi li jsir dan. Ir-rwol tal-prosekutur ikun l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ offiżi kontra l-interessi finanzjarji tal-UE. Għodda oħra għall-kooperazzjoni transkonfinali prattika hija l-mandat ta’ arrest Ewropew, li ilu jintuża minn Jannar 2004. L-għan wara dan huwa li jissostitwixxi proċeduri twal ta’ estradizzjoni. Fil-qasam tal-liġi ċivili, l-UE adottat leġiżlazzjoni biex tgħin fl-applikazzjoni tassentenzi tal-qrati f’każijiet transkonfinali li jinvolvu d-divorzju, is-separazzjoni, ilkustodja tal-ulied u t-talbiet ta’ manteniment. L-għan huwa li jiġi żgurat li s-sentenzi f’pajjiż wieħed ikunu applikabbli fil-pajjiżi l-oħra. L-UE stabbilixxiet proċeduri komuni biex tiġi ssimplifikata u mħaffa s-soluzzjoni ta’ kawżi transkonfinali f’talbiet ċivili żgħar u mhux ikkontestati bħall-irkupru tad-djun u l-falliment. 63

IV. LEJN “ŻONA ĠUDIZZJARJA EWROPEA”

Bħalissa fl-Unjoni Ewropea, fl-istess ħin, joperaw ħafna sistemi ġudizzjarji

differenti kull waħda fi ħdan il-fruntieri nazzjonali. Iżda l-kriminalità u t-terroriżmu

internazzjonali ma jiqfux mal-fruntieri nazzjonali. Huwa għalhekk li l-UE teħtieġ

qafas komuni biex tiġġieled it-terroriżmu, it-traffikar tad-drogi u l-falsifikazzjoni,

sabiex tiggarantixxi livell għoli ta’ ħarsien għaċ-ċittadini tagħha u żżid ilkooperazzjoni

internazzjonali f’dan il-qasam. L-UE teħtieġ ukoll politika komuni talġustizzja

kriminali, biex tiżgura li l-kooperazzjoni bejn il-qrati f’pajjiżi differenti ma

ssibx ostakli minħabba d-definizzjonijiet differenti tagħhom ta’ ċerti atti kriminali.

L-aktar eżempju sinifikanti ta’ kooperazzjoni prattika f’dan il-qasam huwa x-xogħol

li qed isir mill-Eurojust, struttura ċentrali ta’ koordinazzjoni li ġiet stabbilita fl-

Aja fl-2003. L-iskop tagħha huwa li l-awtoritajiet nazzjonali ta’ investigazzjoni u

ta’ prosekuzzjoni jkunu jistgħu jaħdmu flimkien f’investigazzjonijiet kriminali li

jinvolvu diversi pajjiżi tal-UE. Jista’ jkun li jitwaqqaf Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku

Ewropew, abbażi tal-Eurojust — jekk il-Kunsill (jew grupp ta’ mill-inqas disa’

Stati Membri) jiddeċiedi li jsir dan. Ir-rwol tal-prosekutur ikun l-investigazzjoni u

l-prosekuzzjoni ta’ offiżi kontra l-interessi finanzjarji tal-UE.

Għodda oħra għall-kooperazzjoni transkonfinali prattika hija l-mandat ta’ arrest

Ewropew, li ilu jintuża minn Jannar 2004. L-għan wara dan huwa li jissostitwixxi

proċeduri twal ta’ estradizzjoni.

Fil-qasam tal-liġi ċivili, l-UE adottat leġiżlazzjoni biex tgħin fl-applikazzjoni tassentenzi

tal-qrati f’każijiet transkonfinali li jinvolvu d-divorzju, is-separazzjoni, ilkustodja

tal-ulied u t-talbiet ta’ manteniment. L-għan huwa li jiġi żgurat li s-sentenzi

f’pajjiż wieħed ikunu applikabbli fil-pajjiżi l-oħra. L-UE stabbilixxiet proċeduri

komuni biex tiġi ssimplifikata u mħaffa s-soluzzjoni ta’ kawżi transkonfinali f’talbiet

ċivili żgħar u mhux ikkontestati bħall-irkupru tad-djun u l-falliment.

63

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!