Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa

Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa

bookshop.europa.eu
from bookshop.europa.eu More from this publisher
14.12.2012 Views

60 I. IL-MOVIMENT LIBERU FL-UE U L-ĦARSIEN TAL-FRUNTIERI ESTERNI TAGĦHA Il-moviment liberu tal-persuni fl-UE jqajjem kwistjonijiet ta’ sigurtà għall-Istati Membri, ladarba ma għadhomx jikkontrollaw il-fruntieri interni tal-UE. Bħala kumpens għal dan, għandhom ikunu stabbiliti miżuri addizzjonali ta’ sigurtà malfruntieri esterni tal-UE. Barra minn hekk, billi l-kriminali jistgħu jisfruttaw il-libertà tal-movimenti fl-UE, il-forzi nazzjonali tal-pulizija u l-awtoritajiet ġudizzjarji għandhom jaħdmu flimkien biex jiġġieldu l-kriminalità transkonfinali. Waħda mill-azzjonijiet l-aktar importanti biex dawk li jivvjaġġjaw ikollhom ħajja aktar faċli fl-Unjoni Ewropea saret fl-1985, meta l-gvernijiet tal-Belġju, ta’ Franza, tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, tal-Lussemburgu u tal-Pajjiżi l-Baxxi ffirmaw ftehim f’belt żgħira fuq il-fruntieri tal-Lussemburgu, bl-isem ta’ Schengen. Huma qablu li jabolixxu l-kontrolli kollha fuq il-persuni, tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom, fil-fruntieri komuni tagħhom, li jarmonizzaw il-kontrolli fil-fruntieri tagħhom ma’ pajjiżi li mhumiex tal-UE u li jintroduċu politika komuni dwar il-viżi. B’hekk iffurmaw żona mingħajr fruntieri interni magħrufa bħala ż-Żona Schengen. Minn dakinhar l-arranġamenti ta’ Schengen saru parti prinċipali mit-Trattati tal-UE, u ż-żona Schengen bdiet tespandi gradwalment. Fl-2010 ir-regoli ta’ Schengen ġew implimentati għalkollox mill-pajjiżi kollha tal-UE barra l-Bulgarija, Ċipru, l-Irlanda, ir-Rumanija u r-Renju Unit. Tliet pajjiżi li mhumiex membri tal-UE — l-Islanda, in- Norveġja u l-Isvizzera — huma wkoll membri taż-żona Schengen. Bit-tkabbir tal-UE fl-2004 u l-2007, kontrolli iktar stretti fil-fruntieri saru prijorità. Aġenzija tal-UE magħrufa bħala Frontex, li hija bbażata f’Varsavja, hija responsabbli mill-immaniġġjar tal-kooperazzjoni tal-UE fir-rigward tas-sigurtà fil-fruntieri esterni. L-Istati Membri jistgħu jsellfulha dgħajjes, ħelikopters u ajruplani għallġarr ta’ gruppi ta’ nies konġunti li jagħmlu l-għassa, pereżempju, f’żoni sensittivi fil-Mediterran. L-UE qed tikkunsidra wkoll li twaqqaf servizz ta’ gwardja fil-fruntieri Ewropej.

Hekk kif il-popolazzjoni tal-UE qed tixjieħ, immigranti legali bi kwalifiki tajba qed jgħinu biex jimlew il-lakuni fis-suq tax-xogħol. II. IL-POLITIKA DWAR L-AŻIL U L-IMMIGRAZZJONI L-Ewropa hija kburija bit-tradizzjoni umanitarja tagħha li tilqa’ lill-barranin u li toffri ażil lir-rifuġjati li jkunu qed jaħarbu l-periklu u l-persekuzzjoni. Illum, madankollu, il-gvernijiet tal-UE qed jaffaċċjaw il-kwistjoni urġenti ta’ kif għandhom jittrattaw in-numri dejjem akbar ta’ immigranti, kemm legali kif ukoll illegali, f’żona mingħajr fruntieri interni. Il-gvernijiet tal-UE qablu li jarmonizzaw ir-regoli tagħhom sabiex, sal-2012, l-applikazzjonijiet għall-ażil ikunu jistgħu jiġu pproċessati skont sett ta’ prinċipji bażiċi li jkunu rikonoxxuti b’mod uniformi mal-Unjoni Ewropea kollha. Ġew adottati xi miżuri tekniċi, bħal standards minimi biex jiddaħħlu dawk li jkunu qed ifittxu l-ażil u biex jingħata l-istatus ta’ rifuġjat. Reċentement, ix-xtajtiet Ewropej qed jaraw il-wasla ta’ ħafna immigranti illegali, u waħda mill-prijoritajiet prinċipali tal-UE hija li tiġi trattata din il-problema. Il-gvernijiet tal-Istati Membri qed jaħdmu id f’id biex jikkontrollaw it-traffikar tal-persuni u biex jaqblu dwar arranġamenti komuni biex l-immigranti illegali jintbagħtu lura lejn pajjiżhom. Fl-istess ħin, l-immigrazzjoni illegali qed tiġi kkoordinata aħjar bir-regoli tal-UE dwar ir-riunifikazzjoni mal-familja, l-istatus ta’ residenti għal tul ta’ żmien, u l-aċċettazzjoni ta’ persuni li mhumiex ċittadini tal-UE li jixtiequ jiġu l-Ewropa biex jistudjaw jew iwettqu riċerka. © Tim Pannell/Corbis 61

Hekk kif il-popolazzjoni tal-UE qed tixjieħ, immigranti legali bi

kwalifiki tajba qed jgħinu biex jimlew il-lakuni fis-suq tax-xogħol.

II. IL-POLITIKA DWAR L-AŻIL

U L-IMMIGRAZZJONI

L-Ewropa hija kburija bit-tradizzjoni umanitarja tagħha li tilqa’ lill-barranin u li toffri

ażil lir-rifuġjati li jkunu qed jaħarbu l-periklu u l-persekuzzjoni. Illum, madankollu,

il-gvernijiet tal-UE qed jaffaċċjaw il-kwistjoni urġenti ta’ kif għandhom jittrattaw

in-numri dejjem akbar ta’ immigranti, kemm legali kif ukoll illegali, f’żona mingħajr

fruntieri interni.

Il-gvernijiet tal-UE qablu li jarmonizzaw ir-regoli tagħhom sabiex, sal-2012,

l-applikazzjonijiet għall-ażil ikunu jistgħu jiġu pproċessati skont sett ta’ prinċipji

bażiċi li jkunu rikonoxxuti b’mod uniformi mal-Unjoni Ewropea kollha. Ġew adottati

xi miżuri tekniċi, bħal standards minimi biex jiddaħħlu dawk li jkunu qed ifittxu

l-ażil u biex jingħata l-istatus ta’ rifuġjat.

Reċentement, ix-xtajtiet Ewropej qed jaraw il-wasla ta’ ħafna immigranti illegali,

u waħda mill-prijoritajiet prinċipali tal-UE hija li tiġi trattata din il-problema.

Il-gvernijiet tal-Istati Membri qed jaħdmu id f’id biex jikkontrollaw it-traffikar

tal-persuni u biex jaqblu dwar arranġamenti komuni biex l-immigranti illegali

jintbagħtu lura lejn pajjiżhom. Fl-istess ħin, l-immigrazzjoni illegali qed tiġi

kkoordinata aħjar bir-regoli tal-UE dwar ir-riunifikazzjoni mal-familja, l-istatus ta’

residenti għal tul ta’ żmien, u l-aċċettazzjoni ta’ persuni li mhumiex ċittadini tal-UE

li jixtiequ jiġu l-Ewropa biex jistudjaw jew iwettqu riċerka.

© Tim Pannell/Corbis

61

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!