Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa

Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa

bookshop.europa.eu
from bookshop.europa.eu More from this publisher
14.12.2012 Views

46 It-tielet stadju kien il-proċess tat-twelid tal-ewro. Mill-1 ta’ Jannar 1999 sal- 1 ta’ Jannar 2002, l-ewro ġiet introdotta gradwalment bħala l-munita komuni talpajjiżi tal-UE li pparteċipaw (l-Awstrija, il-Belġju, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall u Spanja). Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ħa x-xogħol tal-IME u sar responsabbli mill-politika monetarja, li sa issa kienet ġiet definita u implimentata fil-munita l-ġdida. Tliet pajjiżi (id-Danimarka, l-Isvezja u r-Renju Unit) iddeċidew, għal raġunijiet politiċi u tekniċi, li ma jadottawx l-ewro meta tnediet. Is-Slovenja ssieħbet mażżona fl-2007, segwita minn Ċipru u Malta fl-2008, is-Slovakkja fl-2009 u l-Estonja fl-2011. Iż-żona tal-ewro għalhekk tħaddan 17-il pajjiż tal-UE, u kull wieħed mill-Istati Membri l-ġodda se jissieħeb ladarba jissodisfa l-kundizzjonijiet neċessarji. (b) Il-kriterji ta’ konverġenza Sabiex jissieħeb fiż-żona tal-ewro, kull pajjiż tal-UE jrid jissodisfa l-ħames kriterji ta’ konverġenza li ġejjin. L-istabbiltà tal-prezzijiet ir-rata tal-inflazzjoni ma tistax taqbeż ir-rati medji tal-inflazzjoni tat-tliet Stati Membri bl-aktar inflazzjoni baxxa b’aktar minn 1.5 %. Ir-rati ta’ interess: ir-rati ta’ interess tul perjodu twil ta’ żmien ma jistgħux ivarjaw b’aktar minn 2 % meta mqabbla mar-rati medji ta’ interess tat-tliet Stati Membri bl-aktar rati ta’ interess baxxi. Id-defiċits: id-defiċits baġitarji nazzjonali jridu jkunu taħt it-3 % tal-PDG. Id-dejn pubbliku: dan ma jistax jaqbeż is-60 % tal-PDG. L-istabbiltà tar-rati tal-kambju: ir-rati tal-kambju ma jridux ikunu qabżu l-marġni awtorizzat ta’ flutwazzjoni għas-sentejn ta’ qabel. (ċ) Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir F’Ġunju 1997, il-Kunsill Ewropew ta’ Amsterdam adotta Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Dan kien impenn permanenti għall-istabbiltà baġitarja, u għamilha possibbli li jkunu imposti penali fi kwalunkwe pajjiż fiż-żona tal-ewro li d-defiċit baġitarju tiegħu kien jaqbeż it-3 % tal-PDG. Aktar tard, il-Patt tqies li kien strett wisq u f’Marzu 2005, saritlu riforma. (d) Il-Grupp tal-Ewro Il-Grupp tal-Ewro huwa magħmul mill-ministri tal-finanzi mill-pajjiżi membri tażżona tal-ewro. Huma jiltaqgħu biex jikkoordinaw il-politiki ekonomiċi tagħhom u biex jimmonitorjaw il-politiki baġitarji u finanzjarji tal-pajjiżi tagħhom. Il-Grupp tal-Ewro jirrappreżenta wkoll l-interessi tal-ewro f’fora internazzjonali.

Talinn, il-kapitali tal-Estonja, fejn l-ewro ħa post il-“kroon” f’Jannar 2011. It-Trattat ta’ Lisbona ta lill-Grupp tal-Ewro l-istatus formali tiegħu. F’Jannar 2010, il-Prim Ministru tal-Lussemburgu, Jean-Claude Juncker, reġa’ ġie elett President tal-Grupp tal- Ewro għal perjodu ta’ sentejn u nofs. (e) Konverġenza makroekonomika sa mill-2007: l-effetti tal-kriżi finanzjarja Il-kriżi finanzjarja tal-2008 żiedet konsiderevolment id-dejn pubbliku f’ħafna millpajjiżi tal-UE. Madankollu, l-ewro pproteġiet lill-ekonomiji l-iktar vulnerabbli mirriskju ta’ żvalutazzjoni hekk kif affaċċjaw il-kriżi u l-attakki mill-ispekulaturi. Uħud mill-pajjiżi li kellhom ħafna djun u defiċits baġitarji li kienu qed jaggravaw, b’mod partikolari, sfaw fil-mira ta’ attakki bħal dawn bejn l-2009 u l-2010. Huwa għalhekk li, fuq proposta tal-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri tal-UE ddeċidew fl-2010 li jistabbilixxu mekkaniżmu temporanju, biex jgħin lill-pajjiżi taż-żona talewro jippreżervaw l-istabbiltà finanzjarja. Dan il-mekkaniżmu għandu fondi li jlaħħqu sa € 750 biljun. Fl-istess waqt, l-Istati Membri tal-UE u l-istituzzjonijiet implimentaw dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Lisbona maħsuba biex isaħħu t-tmexxija ekonomika tal-UE. Dawn jinkludu diskussjonijiet minn qabel dwar il-pjanijiet baġitarji nazzjonali; monitoraġġ tal-ekonomiji nazzjonali u regoli iktar stretti dwar il-kompetittività kif ukoll l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet jekk il-pajjiżi ma josservawx l-istrateġiji li jkun sar qbil dwarhom. Fl-2011, din il-kooperazzjoni kompliet tissaħħaħ bl-inkorporazzjoni tagħha fil-“Patt Euro Plus” u bit-twaqqif ta’ “Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà” permanenti permezz ta’ bidla fit-trattati. Dan il-mekkaniżmu permanenti huwa mistenni li jidħol fis-seħħ fl-2013 wara ratifikazzjoni mill-Istati Membri kollha. Għalhekk, fir-rigward tal-bidla finanzjarja u ekonomika globali, L-Unjoni Ewropea qed ikollha tieħu azzjoni iktar ħarxa biex tiżgura li l-Istati Membri jamministraw il-baġits tagħhom b’mod responsabbli u jappoġġjaw lil xulxin finanzjarjament. Dan huwa l-uniku mod kif jiġi żgurat li l-ewro tibqa’ kredibbli bħala munita unika u li l-Istati Membri jkunu jistgħu, flimkien, jaffaċċjaw l-isfidi ekonomiċi tal-globalizzazzjoni. Kemm il-Kummissjoni Ewropea u kemm il-Parlament Ewropew jenfasizzaw l-importanza ta’ koordinazzjoni talpolitiki ekonomiċi u soċjali nazzjonali, billi — fil-medda twila taż-żmien — il-munita komuni Ewropea mhix vijabbli mingħajr xi forma ta’ governanza ekonomika komuni. © Jon Arnold/JAI/Corbis 47

Talinn, il-kapitali tal-Estonja, fejn l-ewro ħa post il-“kroon” f’Jannar 2011.

It-Trattat ta’ Lisbona ta lill-Grupp tal-Ewro l-istatus formali tiegħu. F’Jannar 2010, il-Prim

Ministru tal-Lussemburgu, Jean-Claude Juncker, reġa’ ġie elett President tal-Grupp tal-

Ewro għal perjodu ta’ sentejn u nofs.

(e) Konverġenza makroekonomika sa mill-2007:

l-effetti tal-kriżi finanzjarja

Il-kriżi finanzjarja tal-2008 żiedet konsiderevolment id-dejn pubbliku f’ħafna millpajjiżi

tal-UE. Madankollu, l-ewro pproteġiet lill-ekonomiji l-iktar vulnerabbli mirriskju

ta’ żvalutazzjoni hekk kif affaċċjaw il-kriżi u l-attakki mill-ispekulaturi.

Uħud mill-pajjiżi li kellhom ħafna djun u defiċits baġitarji li kienu qed jaggravaw,

b’mod partikolari, sfaw fil-mira ta’ attakki bħal dawn bejn l-2009 u l-2010. Huwa

għalhekk li, fuq proposta tal-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri tal-UE ddeċidew

fl-2010 li jistabbilixxu mekkaniżmu temporanju, biex jgħin lill-pajjiżi taż-żona talewro

jippreżervaw l-istabbiltà finanzjarja. Dan il-mekkaniżmu għandu fondi li jlaħħqu

sa € 750 biljun. Fl-istess waqt, l-Istati Membri tal-UE u l-istituzzjonijiet implimentaw

dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Lisbona maħsuba biex isaħħu t-tmexxija ekonomika

tal-UE. Dawn jinkludu diskussjonijiet minn qabel dwar il-pjanijiet baġitarji nazzjonali;

monitoraġġ tal-ekonomiji nazzjonali u regoli iktar stretti dwar il-kompetittività kif

ukoll l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet jekk il-pajjiżi ma josservawx l-istrateġiji li jkun sar

qbil dwarhom. Fl-2011, din il-kooperazzjoni kompliet tissaħħaħ bl-inkorporazzjoni

tagħha fil-“Patt Euro Plus” u bit-twaqqif ta’ “Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà”

permanenti permezz ta’ bidla fit-trattati. Dan il-mekkaniżmu permanenti huwa

mistenni li jidħol fis-seħħ fl-2013 wara ratifikazzjoni mill-Istati Membri kollha.

Għalhekk, fir-rigward tal-bidla finanzjarja u ekonomika globali, L-Unjoni Ewropea qed

ikollha tieħu azzjoni iktar ħarxa biex tiżgura li l-Istati Membri jamministraw il-baġits

tagħhom b’mod responsabbli u jappoġġjaw lil xulxin finanzjarjament. Dan huwa l-uniku

mod kif jiġi żgurat li l-ewro tibqa’ kredibbli bħala munita unika u li l-Istati Membri jkunu

jistgħu, flimkien, jaffaċċjaw l-isfidi ekonomiċi tal-globalizzazzjoni. Kemm il-Kummissjoni

Ewropea u kemm il-Parlament Ewropew jenfasizzaw l-importanza ta’ koordinazzjoni talpolitiki

ekonomiċi u soċjali nazzjonali, billi — fil-medda twila taż-żmien — il-munita

komuni Ewropea mhix vijabbli mingħajr xi forma ta’ governanza ekonomika komuni.

© Jon Arnold/JAI/Corbis

47

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!