Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa

Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa

bookshop.europa.eu
from bookshop.europa.eu More from this publisher
14.12.2012 Views

L-ewro 44 L-ewro hija l-munita unika li tintuża minn 17 mis- 27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. Fl-1999, bdiet tintuża għal tranżazzjonijiet mhux bil-flus u mbagħad bdiet tintuża għal kull tip ta’ pagament fl-2002, meta nħarġu l-karti u l-muniti tal-ewro. Kull wieħed mill-Istati l-Membri l-ġodda tal-UE huwa mistenni li jadotta l-ewro ladarba jissodisfa l-kriterji neċessarji. Fil-futur, prattikament il-pajjiżi kollha tal- UE għandhom jidħlu fiż-żona tal-ewro. L-ewro tagħti vantaġġi konsiderevoli lill-konsumaturi fl-Ewropa. Dawk li jivvjaġġjaw, jiffrankaw l-ispejjeż u l-inkonvenjenza tal-kambju tal-muniti. Ix-xerrejja jistgħu jqabblu l-prezzijiet b’mod dirett fil-pajjiżi differenti. Il-prezzijiet jinżammu stabbli bis-saħħa tal-Bank Ċentrali Ewropew, li x-xogħol tiegħu hu li jżomm din l-istabbiltà. Barra minn hekk, l-ewro issa saret munita ewlenija għar-riżervi flimkien maddollaru Amerikan. Tul il-kriżi finanzjarja tal-2008, il-munita komuni pproteġiet lill-pajjiżi li jużaw l-ewro minn żvalutazzjoni kompetittiva u minn attakki millispekulaturi. Id-dgħufijiet strutturali tal-ekonomiji ta’ xi wħud mill-Istati Membri tassew jesponu lill-ewro għal attakki spekulattivi. Biex jiġi bbilanċjat dan ir-riskju, l-istituzzjonijiet tal-UE u s-27 Stat Membru ddeċidew, fid-9 ta’ Mejju 2010, li jwaqqfu “mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja” li jqum € 750 biljun. Ilkwistjoni prinċipali għall-futur hija kif jistgħu jintlaħqu koordinazzjoni iktar mill-qrib u solidarjetà ekonomika ikbar bejn l-Istati Membri, li hemm bżonn li jiżguraw amministrazzjoni tajba tal-finanzi pubbliċi tagħhom u li jnaqqsu d-defiċit baġitarju tagħhom.

I. KIF INĦOLQOT L-EWRO (a) Is-sistema monetarja Ewropea (EMS) Fl-1971, l-Istati Uniti ddeċidew li jabolixxu l-konnessjoni fissa bejn id-dollaru u l-prezz uffiċjali tad-deheb, li kienet żgurat stabbiltà monetarja dinjija wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Dan ġab fi tmiemha s-sistema ta’ rati tal-kambju fissi. Il-gvernaturi tal-banek ċentrali tal-pajjiżi tal-KEE ddeċidew li jillimitaw il-flutwazzjonijiet fir-rati tal-kambju bejn il-muniti tagħhom għal mhux iktar minn 2.25 %, u b’hekk inħolqot is-“sistema monetarja Ewropea” (EMS) li bdiet topera f’Marzu 1979. (b) Mill-EMS għall-EMU Fil-Kunsill Ewropew f’Madrid f’Ġunju 1989, il-mexxejja tal-UE adottaw pjan bi tliet stadji għal unjoni ekonomika u monetarja (EMU). Dan il-pjan sar parti mit- Trattat ta’ Maastricht dwar l-Unjoni Ewropea li kien adottat mill-Kunsill Ewropew f’Diċembru 1991. II. UNJONI EKONOMIKA U MONETARJA (a) It-tliet stadji L-ewwel stadju, li nbeda fl-1 ta’ Lulju 1990, kien jinvolvi: moviment ħieles għalkollox tal-kapital fl-UE (l-abolizzjoni tal-kontrolli fuq ilkambju); żieda fil-Fondi Strutturali biex b’hekk jiżdiedu l-isforzi fir-rigward tat-tneħħija tal-inugwaljanzi bejn ir-reġjuni Ewropej; konverġenza ekonomika permezz ta’ sorveljanza multilaterali tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri. It-tieni stadju nbeda fl-1 ta’ Jannar 1994. Dan kien jinvolvi: it-twaqqif tal-Istitut Monetarju Ewropew (IME) fi Frankfurt; l-IME kien magħmul mill-gvernaturi tal-banek ċentrali tal-pajjiżi tal-UE; li l-banek ċentrali nazzjonali jsiru (jew jinżammu) indipendenti mill-kontroll tal-gvern; l-introduzzjoni ta’ regoli biex jitrażżnu d-defiċits tal-baġits nazzjonali. 45

L-ewro

44

L-ewro hija l-munita unika li tintuża minn 17 mis-

27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. Fl-1999, bdiet

tintuża għal tranżazzjonijiet mhux bil-flus u mbagħad

bdiet tintuża għal kull tip ta’ pagament fl-2002, meta

nħarġu l-karti u l-muniti tal-ewro.

Kull wieħed mill-Istati l-Membri l-ġodda tal-UE huwa

mistenni li jadotta l-ewro ladarba jissodisfa l-kriterji

neċessarji. Fil-futur, prattikament il-pajjiżi kollha tal-

UE għandhom jidħlu fiż-żona tal-ewro.

L-ewro tagħti vantaġġi konsiderevoli lill-konsumaturi

fl-Ewropa. Dawk li jivvjaġġjaw, jiffrankaw l-ispejjeż

u l-inkonvenjenza tal-kambju tal-muniti. Ix-xerrejja

jistgħu jqabblu l-prezzijiet b’mod dirett fil-pajjiżi

differenti. Il-prezzijiet jinżammu stabbli bis-saħħa

tal-Bank Ċentrali Ewropew, li x-xogħol tiegħu hu li

jżomm din l-istabbiltà. Barra minn hekk, l-ewro issa

saret munita ewlenija għar-riżervi flimkien maddollaru

Amerikan. Tul il-kriżi finanzjarja tal-2008,

il-munita komuni pproteġiet lill-pajjiżi li jużaw l-ewro

minn żvalutazzjoni kompetittiva u minn attakki millispekulaturi.

Id-dgħufijiet strutturali tal-ekonomiji ta’ xi wħud

mill-Istati Membri tassew jesponu lill-ewro għal

attakki spekulattivi. Biex jiġi bbilanċjat dan ir-riskju,

l-istituzzjonijiet tal-UE u s-27 Stat Membru ddeċidew,

fid-9 ta’ Mejju 2010, li jwaqqfu “mekkaniżmu ta’

stabbilizzazzjoni finanzjarja” li jqum € 750 biljun. Ilkwistjoni

prinċipali għall-futur hija kif jistgħu jintlaħqu

koordinazzjoni iktar mill-qrib u solidarjetà ekonomika

ikbar bejn l-Istati Membri, li hemm bżonn li jiżguraw

amministrazzjoni tajba tal-finanzi pubbliċi tagħhom u

li jnaqqsu d-defiċit baġitarju tagħhom.

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!