Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa

Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa

bookshop.europa.eu
from bookshop.europa.eu More from this publisher
14.12.2012 Views

40 (b) L-ostakli tekniċi Il-pajjiżi tal-UE qablu li jirrikonoxxu r-regoli ta’ xulxin fir-rigward tal-bejgħ ta’ ħafna mill-prodotti. Wara d-deċiżjoni famuża tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-każ Cassis de Dijon fl-1979, kull prodott immanifatturat legalment u li jinbiegħ fi Stat Membru wieħed għandu jitħalla jitqiegħed fis-suq fl-Istati Membri l-oħra kollha. Fir-rigward tas-servizzi, il-pajjiżi tal-UE jirrikonoxxu b’mod reċiproku jew jikkoordinaw ir-regoli nazzjonali tagħhom filwaqt li jħallu lin-nies jipprattikaw professjonijiet f’oqsma bħal-liġi, il-mediċina, it-turiżmu, is-settur bankarju jew l-assigurazzjoni. Madankollu, il-libertà tal-moviment għall-persuni għadha ’l bogħod minn realizzazzjoni sħiħa. Minkejja d-direttiva tal-2005 dwar irrikonoxximent tal-kwalifiki professjonali, għad hemm ostakli li jwaqqfu lin-nies milli jiċċaqilqu f’pajjiż ieħor tal-UE jew milli jagħmlu ċertu tip ta’ xogħol hemm. Madankollu, persuni kwalifikati (sew jekk avukati jew tobba, u sew jekk bennejja jew plamers) dejjem qed ikunu iktar liberi li jipprattikaw il-professjoni tagħhom fi kwalunkwe pajjiż fl-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea ħadet azzjoni biex tittejjeb il-mobbiltà tal-ħaddiema, u b’mod partikolari biex jiġi żgurat li d-diplomi edukattivi u l-kwalifiki għall-impjiegi miksuba f’pajjiż wieħed tal-UE jkunu rikonoxxuti fl-oħra kollha. (ċ) L-ostakli fiskali L-ostakli fiskali tnaqqsu parzjalment permezz tal-allinjament tar-rati tal-VAT nazzjonali, li għandu jkun hemm qbil dwarhom mill-Istati Membri kollha tal-UE. Barra minn hekk, f’Lulju 2005, daħal fis-seħħ ftehim bejn l-Istati Membri tal-UE u xi pajjiżi oħra (inkluża l-Isvizzera) dwar it-taxxa fuq id-dħul mill-investimenti. (d) Il-kuntratti pubbliċi Irrispettivament minn min jagħti l-kuntratti, il-kuntratti pubbliċi fi kwalunkwe pajjiż tal-UE huma miftuħa għal offerenti minn kwalunkwe parti tal-UE. Dan kollu bis-saħħa tad-direttivi tal-UE li jkopru s-servizzi, il-provvisti u x-xogħol f’ħafna setturi inklużi dak tal-ilma, tal-enerġija u tat-telekomunikazzjoni. © Rolf Bruderer/Corbis Bil-ftuħ tas-suq tat-telekomunikazzjonijiet għall-kompetizzjoni, l-UE kisbet tnaqqis radikali fl-ispejjeż.

Mis-suq uniku jibbenefikaw il-konsumaturi kollha. Pereżempju, il-ftuħ tas-swieq nazzjonali għas-servizzi waqqa’ l-prezz tat-telefonati nazzjonali għal frazzjoni ta’ dak li kienu 10 snin ilu. Megħjun mit-teknoloġija l-ġdida, kulma jmur l-Internet qiegħed jintuża dejjem aktar għat-telefonati. Il-pressjoni mill-kompetizzjoni naqqset ukoll b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-vjaġġi bl-ajru fl-Ewropa. III. X’QED ISIR BĦALISSA (a) Is-servizzi finanzjarji Fl-2008, wara l-kriżi tal-ipoteki sub-prime fl-Istati Uniti, kriżi finanzjarja kbira tat daqqa ta’ ħarta lis-sistemi tal-banek u lill-ekonomiji dinjin u tefgħet lill-Unjoni Ewropea f’reċessjoni fl-2009. Bl-inizjattiva tal-UE, il-G-20 iltaqa’ f’Londra fit-2 ta’ April 2009. Il-membri tiegħu ħadu l-impenn li jirriformaw is-sistema finanzjarja biex jagħmluha iktar trasparenti u kontabbli. Awtoritajiet superviżorji madwar l-Ewropa se jingħataw ir-responsabbiltà li jissorveljaw il-hedge funds, jipprovdu iktar protezzjoni għaddepożiti fil-banek, jillimitaw il-profitti tal-kummerċjanti, u jieħdu passi iktar effettivi lejn il-prevenzjoni u l-kontroll tal-kriżijiet. (b) Il-piraterija u l-falsifikazzjoni Il-prodotti tal-UE jeħtieġu protezzjoni mill-piraterija u l-falsifikazzjoni. Il- Kummissjoni Ewropea tikkalkula li dawn ir-reati jiswew lill-UE eluf ta’ impjiegi kull sena. Huwa għalhekk li l-Kummissjoni u l-gvernijiet nazzjonali qed jaħdmu biex jestendu l-ħarsien tad-drittijiet tal-awtur u tal-privattivi. IV. IL-POLITIKI LI HUMA L-PEDAMENT TAS-SUQ UNIKU (a) It-trasport L-attivitajiet tal-UE ffukaw prinċipalment fuq l-iżgurar tal-libertà li wieħed jipprovdi servizzi fit-trasport bit-toroq. B’mod partikolari, dan ifisser li l-kumpaniji tat-trasport jingħataw aċċess ħieles għas-suq internazzjonali tat-trasport u li d-ditti tat-trasport minn kwalunkwe pajjiż tal-UE jitħallew joperaw fil-pajjiżi l-oħra kollha tal-UE. L-UE qed taħdem ukoll biex tiżgura li jkun hemm kompetizzjoni ġusta fit-trasport bit-triq, pereżempju, permezz tal-armonizzazzjoni tar-regoli dwar ilkwalifiki tal-ħaddiema u l-aċċess għas-suq, il-libertà li wieħed jiftaħ negozju u li jipprovdi s-servizzi, il-ħinijiet tas-sewqan u s-sigurtà fit-toroq. It-trasport bl-ajru fl-Ewropa fil-imgħoddi kien iddominat minn kumpaniji tal-ajru rreġistrati f’pajjiż partikolari u minn ajruporti tal-istat. Bis-suq uniku dan kollu nbidel. Il-linji tal-ajru tal-UE issa jistgħu joperaw servizzi tal-ajru fi kwalunkwe rotta fl-UE u jistabbilixxu rati fi kwalunkwe livell li jagħżlu huma. Konsegwentement, fetħu ħafna rotot ġodda u l-prezzijiet waqgħu drammatikament. Il-passiġġieri, illinji tal-ajru u l-impjegati kollha bbenefikaw. 41

Mis-suq uniku jibbenefikaw il-konsumaturi kollha. Pereżempju, il-ftuħ tas-swieq

nazzjonali għas-servizzi waqqa’ l-prezz tat-telefonati nazzjonali għal frazzjoni ta’

dak li kienu 10 snin ilu. Megħjun mit-teknoloġija l-ġdida, kulma jmur l-Internet

qiegħed jintuża dejjem aktar għat-telefonati. Il-pressjoni mill-kompetizzjoni

naqqset ukoll b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-vjaġġi bl-ajru fl-Ewropa.

III. X’QED ISIR BĦALISSA

(a) Is-servizzi finanzjarji

Fl-2008, wara l-kriżi tal-ipoteki sub-prime fl-Istati Uniti, kriżi finanzjarja kbira tat daqqa

ta’ ħarta lis-sistemi tal-banek u lill-ekonomiji dinjin u tefgħet lill-Unjoni Ewropea

f’reċessjoni fl-2009. Bl-inizjattiva tal-UE, il-G-20 iltaqa’ f’Londra fit-2 ta’ April 2009.

Il-membri tiegħu ħadu l-impenn li jirriformaw is-sistema finanzjarja biex jagħmluha

iktar trasparenti u kontabbli. Awtoritajiet superviżorji madwar l-Ewropa se jingħataw

ir-responsabbiltà li jissorveljaw il-hedge funds, jipprovdu iktar protezzjoni għaddepożiti

fil-banek, jillimitaw il-profitti tal-kummerċjanti, u jieħdu passi iktar effettivi

lejn il-prevenzjoni u l-kontroll tal-kriżijiet.

(b) Il-piraterija u l-falsifikazzjoni

Il-prodotti tal-UE jeħtieġu protezzjoni mill-piraterija u l-falsifikazzjoni. Il-

Kummissjoni Ewropea tikkalkula li dawn ir-reati jiswew lill-UE eluf ta’ impjiegi kull

sena. Huwa għalhekk li l-Kummissjoni u l-gvernijiet nazzjonali qed jaħdmu biex

jestendu l-ħarsien tad-drittijiet tal-awtur u tal-privattivi.

IV. IL-POLITIKI LI HUMA L-PEDAMENT

TAS-SUQ UNIKU

(a) It-trasport

L-attivitajiet tal-UE ffukaw prinċipalment fuq l-iżgurar tal-libertà li wieħed

jipprovdi servizzi fit-trasport bit-toroq. B’mod partikolari, dan ifisser li l-kumpaniji

tat-trasport jingħataw aċċess ħieles għas-suq internazzjonali tat-trasport u li

d-ditti tat-trasport minn kwalunkwe pajjiż tal-UE jitħallew joperaw fil-pajjiżi l-oħra

kollha tal-UE. L-UE qed taħdem ukoll biex tiżgura li jkun hemm kompetizzjoni ġusta

fit-trasport bit-triq, pereżempju, permezz tal-armonizzazzjoni tar-regoli dwar ilkwalifiki

tal-ħaddiema u l-aċċess għas-suq, il-libertà li wieħed jiftaħ negozju u li

jipprovdi s-servizzi, il-ħinijiet tas-sewqan u s-sigurtà fit-toroq.

It-trasport bl-ajru fl-Ewropa fil-imgħoddi kien iddominat minn kumpaniji tal-ajru

rreġistrati f’pajjiż partikolari u minn ajruporti tal-istat. Bis-suq uniku dan kollu

nbidel. Il-linji tal-ajru tal-UE issa jistgħu joperaw servizzi tal-ajru fi kwalunkwe rotta

fl-UE u jistabbilixxu rati fi kwalunkwe livell li jagħżlu huma. Konsegwentement,

fetħu ħafna rotot ġodda u l-prezzijiet waqgħu drammatikament. Il-passiġġieri, illinji

tal-ajru u l-impjegati kollha bbenefikaw.

41

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!