Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa

Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa

bookshop.europa.eu
from bookshop.europa.eu More from this publisher
14.12.2012 Views

Is-suq uniku 38 Is-suq uniku huwa wieħed mill-akbar kisbiet tal-Unjoni Ewropea. Ir-restrizzjonijiet bejn l-Istati Membri fuq il-kummerċ u fuq il-kompetizzjoni ħielsa gradwalment tneħħew, bir-riżultat li l-livelli tal-għajxien bdew jiżdiedu. Is-suq uniku għadu ma sarx ekonomija unika: uħud mis-setturi (partikolarment is-servizzi ta’ interess ġenerali) għadhom suġġetti għal-liġijiet nazzjonali. Illibertà li wieħed jipprovdi s-servizzi hija ta’ benefiċċju, billi tistimula l-attività ekonomika. Il-kriżi finanzjarja ta’ bejn l-2008 u l-2009 wasslet lill-UE biex tagħmel il-leġiżlazzjoni finanzjarja tagħha iktar stretta. Tul is-snin l-UE introduċiet għadd ta’ politiki (dwar it-trasport, il-kompetizzjoni, eċċ.) biex tgħin tiżgura li għadd kbir kemm jista’ jkun ta’ negozji u konsumaturi jibbenefikaw mill-ftuħ tas-suq uniku.

I. IL-KISBA TAL-GĦAN TAL-1993 (a) Il-limiti tas-suq komuni It-Trattat tal-1957 li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE) għamilha possibbli li jitneħħew l-ostakli doganali bejn il-pajjiżi membri u li tiġi stabbilita tariffa doganali komuni għall-prodotti mill-pajjiżi mhux tal-KEE. Dan l-għan intlaħaq fl-1 ta’ Lulju 1968. Madankollu, id-dazji doganali huma biss aspett wieħed tal-protezzjoniżmu. Fissnin 70 tas-seklu l-ieħor, ostakli kummerċjali oħra fixklu l-kisba kompluta tassuq komuni. Normi tekniċi, standards sanitarji u tas-sigurtà, kontrolli tal-kambju u regolamenti nazzjonali dwar id-dritt li jiġu prattikati ċerti professjonijiet ilkoll kienu jillimitaw il-moviment liberu tal-persuni, tal-oġġetti u tal-kapital. (b) L-għan tal-1993 F’Ġunju 1985, il-Kummissjoni, dak iż-żmien taħt il-President tagħha, Jacques Delors, ippubblikat White Paper bi pjanijiet biex fi żmien seba’ snin tabolixxi l-ostakli kollha fiżiċi, tekniċi u relatati mat-taxxi, għall-moviment ħieles fi ħdan il- KEE. L-għan kien l-istimulazzjoni tat-tkabbir tal-attività kummerċjali u industrijali fi ħdan is-“suq uniku” — żona ekonomika kbira u unifikata li tikkompeti mal-Istati Uniti. Negozjati bejn il-gvernijiet tal-Istati Membri wasslu għal trattat ġdid — l-Att Uniku Ewropew li daħal fis-seħħ f’Lulju 1987. Id-dispożizzjonijiet tiegħu jinkludu: l-estensjoni tas-setgħat tal-KEE f’ċerti oqsma politiċi (pereżempju, il-politika soċjali, ir-riċerka u l-ambjent); it-twaqqif tas-suq uniku sal-aħħar tal-1992; l-użu iktar frekwenti tal-votazzjoni b’maġġoranza fil-Kunsill tal-Ministri, biex ikun iktar faċli li jittieħdu deċiżjonijiet dwar is-suq uniku. II. IL-PROGRESS FIR-RIGWARD TAL-BINI TAS-SUQ UNIKU (a) L-ostakli fiżiċi Il-kontrolli kollha fil-fruntieri fuq l-oġġetti fl-UE tneħħew, flimkien mal-kontrolli doganali fuq il-persuni, iżda l-pulizija għandhom iwettqu kontrolli għal għarrieda bħala parti mill-ġlieda kontra l-kriminalità u d-drogi. F’Ġunju 1985, ħamsa mill-10 Stati Membri ffirmaw il-Ftehim ta’ Schengen li bih il-forzi tal-pulizija nazzjonali tagħhom qablu li jaħdmu flimkien, u ġiet stabbilita politika komuni dwar l-ażil u l-viżi. Dan għamilha possibbli li l-kontrolli fuq il-persuni fil-fruntieri jitneħħew għalkollox fost il-pajjiżi tax-Schengen (ara l-Kapitolu 10). Illum, iż-żona Schengen hija magħmula minn 25 pajjiż Ewropew, inklużi tlieta (l-Islanda, in-Norveġja u l-Isvizzera) li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea. 39

I. IL-KISBA TAL-GĦAN TAL-1993

(a) Il-limiti tas-suq komuni

It-Trattat tal-1957 li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE) għamilha

possibbli li jitneħħew l-ostakli doganali bejn il-pajjiżi membri u li tiġi stabbilita

tariffa doganali komuni għall-prodotti mill-pajjiżi mhux tal-KEE. Dan l-għan

intlaħaq fl-1 ta’ Lulju 1968.

Madankollu, id-dazji doganali huma biss aspett wieħed tal-protezzjoniżmu. Fissnin

70 tas-seklu l-ieħor, ostakli kummerċjali oħra fixklu l-kisba kompluta tassuq

komuni. Normi tekniċi, standards sanitarji u tas-sigurtà, kontrolli tal-kambju

u regolamenti nazzjonali dwar id-dritt li jiġu prattikati ċerti professjonijiet ilkoll

kienu jillimitaw il-moviment liberu tal-persuni, tal-oġġetti u tal-kapital.

(b) L-għan tal-1993

F’Ġunju 1985, il-Kummissjoni, dak iż-żmien taħt il-President tagħha, Jacques

Delors, ippubblikat White Paper bi pjanijiet biex fi żmien seba’ snin tabolixxi

l-ostakli kollha fiżiċi, tekniċi u relatati mat-taxxi, għall-moviment ħieles fi ħdan il-

KEE. L-għan kien l-istimulazzjoni tat-tkabbir tal-attività kummerċjali u industrijali

fi ħdan is-“suq uniku” — żona ekonomika kbira u unifikata li tikkompeti mal-Istati

Uniti.

Negozjati bejn il-gvernijiet tal-Istati Membri wasslu għal trattat ġdid — l-Att

Uniku Ewropew li daħal fis-seħħ f’Lulju 1987. Id-dispożizzjonijiet tiegħu jinkludu:

l-estensjoni tas-setgħat tal-KEE f’ċerti oqsma politiċi (pereżempju, il-politika

soċjali, ir-riċerka u l-ambjent);

it-twaqqif tas-suq uniku sal-aħħar tal-1992;

l-użu iktar frekwenti tal-votazzjoni b’maġġoranza fil-Kunsill tal-Ministri, biex

ikun iktar faċli li jittieħdu deċiżjonijiet dwar is-suq uniku.

II. IL-PROGRESS FIR-RIGWARD

TAL-BINI TAS-SUQ UNIKU

(a) L-ostakli fiżiċi

Il-kontrolli kollha fil-fruntieri fuq l-oġġetti fl-UE tneħħew, flimkien mal-kontrolli

doganali fuq il-persuni, iżda l-pulizija għandhom iwettqu kontrolli għal għarrieda

bħala parti mill-ġlieda kontra l-kriminalità u d-drogi.

F’Ġunju 1985, ħamsa mill-10 Stati Membri ffirmaw il-Ftehim ta’ Schengen li bih

il-forzi tal-pulizija nazzjonali tagħhom qablu li jaħdmu flimkien, u ġiet stabbilita

politika komuni dwar l-ażil u l-viżi. Dan għamilha possibbli li l-kontrolli fuq il-persuni

fil-fruntieri jitneħħew għalkollox fost il-pajjiżi tax-Schengen (ara l-Kapitolu 10).

Illum, iż-żona Schengen hija magħmula minn 25 pajjiż Ewropew, inklużi tlieta

(l-Islanda, in-Norveġja u l-Isvizzera) li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea.

39

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!