Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa

Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa

bookshop.europa.eu
from bookshop.europa.eu More from this publisher
14.12.2012 Views

32 Il-fondi mwarrba għall-għajnuna reġjonali għal bejn l-2007 u l-2013 huma mmirati lejn tliet għanijiet. Il-konverġenza. L-għan huwa li tingħata għajnuna lill-pajjiżi u lir-reġjuni l-inqas żviluppati sabiex ilaħħqu aktar malajr mal-medja tal-UE billi jtejbu l-kundizzjonijiet għat-tkabbir u għall-impjieg. Dan isir permezz ta’ investiment fil-kapital fiżiku u dak uman, fl-innovazzjoni, fis-soċjetà tal-għerf, fl-adattament għall-bidla, fl-ambjent u fl-effiċjenza amministrattiva. Il-kompetittività reġjonali u l-impjieg. L-għan huwa li jiżdiedu l-kompetittività, il-livelli tal-impjieg u l-attrazzjoni tar-reġjuni barra dawk l-inqas żviluppati. Il-mod kif dan jista’ jseħħ huwa billi jiġu antiċipati l-bidliet ekonomiċi u soċjali u jiġu promossi l-innovazzjoni, l-intraprenditorija, ilħarsien ambjentali, l-aċċessibbiltà, l-adattabbiltà u l-iżvilupp ta’ swieq taxxogħol inklużivi. Il-kooperazzjoni territorjali Ewropea. Hawnhekk l-għan huwa li tiżdied il-kooperazzjoni transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali, filwaqt li l-awtoritajiet tal-viċinat jingħataw għajnuna biex isibu soluzzjonijiet konġunti għall-problemi komuni fis-setturi bħall-iżvilupp urban, rurali u tal-kosta. Pereżempju, il-pajjiżi u l-awtoritajiet reġjonali tul ix-xmara Danubju u malbaħar Baltiku għandhom strateġiji komuni għall-iżvilupp sostenibbli f’dawk ir-reġjuni. Dawn l-għanijiet huma ffinanzjati permezz ta’ fondi speċifiċi tal-UE, magħrufa bħala l-“Fondi Strutturali”, li jiżdiedu mal-investimenti mis-settur privat u millgvernijiet nazzjonali u reġjonali jew jistimulawhom. Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) jintuża biex jiffinanzja proġetti ta’ żvilupp reġjonali u biex jagħti spinta lill-ekonomija f’reġjuni li għadhom lura. Dan jinkludi l-iżvilupp mill-ġdid ta’ żoni industrijali li qed jesperjenzaw it-tnaqqis. Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) jintuża biex jiffinanzja t-taħriġ vokazzjonali u biex jgħin lin-nies isibu xogħol. Minbarra l-Fondi Strutturali, hemm Fond ta’ Koeżjoni, li jintuża biex ikunu ffinanzjati proġetti tal-infrastruttura tat-trasport u proġetti ambjentali fil-pajjiżi tal-UE fejn il- PDG minn ras għal ras huwa aktar baxx minn 90 % tal-medja tal-UE.

(b) Il-politika agrikola komuni (PAK) u l-politika komuni tas-sajd (PKS) L-għanijiet tal-PKS, kif inhuma stabbiliti fit-Trattat oriġinali ta’ Ruma tal-1957, kienu li jiġi żgurat livell ta’ għajxien xieraq għall-bdiewa, li jiġu stabbilizzati s-swieq, li l-provvisti jaslu għand il-konsumatur bi prezzijiet raġonevoli u li l-infrastruttura tal-biedja tiġi mmodernizzata. Ħafna minn dawn l-għanijiet intlaħqu. Barra minn hekk, illum il-konsumaturi jgawdu minn provvisti sikuri u prezzijiet stabbli talprodotti agrikoli, imħarsa mill-varjazzjonijiet fis-suq dinji. Il-politika hija ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), u l-Fond Agrikolu Ewropew għall- Iżvilupp Rurali (FAEŻR). Madankollu, il-PAK sfat vittma tas-suċċess tagħha stess. Il-produzzjoni kibret b’rata ferm aktar mgħaġġla mill-konsum, u tqiegħed piż kbir fuq il-baġit tal-UE. Sabiex tinstab soluzzjoni għal din il-problema, il-politika agrikola kellha tiġi ddefinita millġdid. Din ir-riforma qed tibda tagħti r-riżultati: il-produzzjoni trażżnet. L-agrikoltura għandha tipprovdi ikel sikur ta’ kwalità għolja. Ir-rwol il-ġdid tal-komunità tal-biedja hu li jkun żgurat ċertu ammont ta’ attività ekonomika f’kull żona rurali u li titħares id-diversità tal-kampanja tal-Ewropa. Din id-diversità u r-rikonoxximent ta’ “mod ta’ għajxien rurali” — in-nies jgħixu f’armonija mar-raba’ — huma parti importanti mill-identità tal-Ewropa. Barra minn hekk, l-agrikoltura Ewropea għandha rwol importanti fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima, fil-ħarsien tal-annimali selvaġġi u fil-forniment tal-ikel madwar id-dinja. Il-Kummissjoni Ewropea tirrappreżenta lill-UE f’negozjati internazzjonali fl- Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO). L-UE tixtieq li d-WTO tagħmel enfasi ikbar fuq il-kwalità tal-ikel, il-prinċipju ta’ prekawzjoni (aħjar uff inkella aħħ) u l-benessri tal-annimali. © C. Thiriet/Phone/Reporters 33

32

Il-fondi mwarrba għall-għajnuna reġjonali għal bejn l-2007 u l-2013 huma mmirati

lejn tliet għanijiet.

Il-konverġenza. L-għan huwa li tingħata għajnuna lill-pajjiżi u lir-reġjuni

l-inqas żviluppati sabiex ilaħħqu aktar malajr mal-medja tal-UE billi

jtejbu l-kundizzjonijiet għat-tkabbir u għall-impjieg. Dan isir permezz ta’

investiment fil-kapital fiżiku u dak uman, fl-innovazzjoni, fis-soċjetà tal-għerf,

fl-adattament għall-bidla, fl-ambjent u fl-effiċjenza amministrattiva.

Il-kompetittività reġjonali u l-impjieg. L-għan huwa li jiżdiedu

l-kompetittività, il-livelli tal-impjieg u l-attrazzjoni tar-reġjuni barra dawk

l-inqas żviluppati. Il-mod kif dan jista’ jseħħ huwa billi jiġu antiċipati l-bidliet

ekonomiċi u soċjali u jiġu promossi l-innovazzjoni, l-intraprenditorija, ilħarsien

ambjentali, l-aċċessibbiltà, l-adattabbiltà u l-iżvilupp ta’ swieq taxxogħol

inklużivi.

Il-kooperazzjoni territorjali Ewropea. Hawnhekk l-għan huwa li tiżdied

il-kooperazzjoni transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali, filwaqt li

l-awtoritajiet tal-viċinat jingħataw għajnuna biex isibu soluzzjonijiet konġunti

għall-problemi komuni fis-setturi bħall-iżvilupp urban, rurali u tal-kosta.

Pereżempju, il-pajjiżi u l-awtoritajiet reġjonali tul ix-xmara Danubju u malbaħar

Baltiku għandhom strateġiji komuni għall-iżvilupp sostenibbli f’dawk

ir-reġjuni.

Dawn l-għanijiet huma ffinanzjati permezz ta’ fondi speċifiċi tal-UE, magħrufa

bħala l-“Fondi Strutturali”, li jiżdiedu mal-investimenti mis-settur privat u millgvernijiet

nazzjonali u reġjonali jew jistimulawhom.

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) jintuża biex jiffinanzja

proġetti ta’ żvilupp reġjonali u biex jagħti spinta lill-ekonomija f’reġjuni li

għadhom lura. Dan jinkludi l-iżvilupp mill-ġdid ta’ żoni industrijali li qed

jesperjenzaw it-tnaqqis.

Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) jintuża biex jiffinanzja t-taħriġ vokazzjonali u

biex jgħin lin-nies isibu xogħol.

Minbarra l-Fondi Strutturali, hemm Fond ta’ Koeżjoni, li jintuża biex ikunu ffinanzjati

proġetti tal-infrastruttura tat-trasport u proġetti ambjentali fil-pajjiżi tal-UE fejn il-

PDG minn ras għal ras huwa aktar baxx minn 90 % tal-medja tal-UE.

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!