Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa

Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa

bookshop.europa.eu
from bookshop.europa.eu More from this publisher
14.12.2012 Views

X’tagħmel l-UE? 28 L-Unjoni Ewropea taġixxi f’firxa wiesgħa ta’ oqsma tal-politika fejn l-azzjoni tagħha hija ta’ benefiċċju għall-Istati Membri. Dawn jinkludu: • politiki ta’ innovazzjoni, li jwasslu t-teknoloġiji l-aktar avvanzati f’oqsma bħall-ħarsien ambjentali, ir-riċerka u l-iżvilupp (R&D) u l-enerġija; • il-politiki ta’ solidarjetà (magħrufa wkoll bħala politiki ta’ koeżjoni) fi kwistjonijiet reġjonali, agrikoli u soċjali. L-Unjoni tiffinanzja dawn il-politiki permezz ta’ baġit annwali li jippermettilha li tikkumplimenta u żżid il-valur mal-azzjonijiet meħuda mill-gvernijiet nazzjonali. Il-baġit tal-UE huwa żgħir meta mqabbel mal-ġid kollettiv tal-Istati Membri tagħha: dan jirrappreżenta mhux iktar minn 1.23 % tad-dħul nazzjonali gross tagħhom kollha.

I. IL-POLITIKI TA’ INNOVAZZJONI L-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea għandhom impatt fuq il-ħajja ta’ kuljum taċċittadini tagħha billi jindirizzaw l-isfidi reali li qed taffaċċja s-soċjetà: il-ħarsien ambjentali, is-saħħa, l-innovazzjoni teknoloġika, l-enerġija, eċċ. (a) L-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli L-UE timmira li tgħin fil-prevenzjoni tat-tibdil fil-klima billi tilħaq tnaqqis kbir fl-emissjonijiet tagħha tal-gassijiet b’effett ta’ serra. F’Diċembru 2008, il-Kunsill Ewropew qabel li, sal-2020, l-Unjoni Ewropea għandha tnaqqas l-emissjonijiet tagħha b’tal-inqas 20 % (meta mqabbla mal-livelli tal-1990), iżżid il-proporzjon tal-enerġija rinnovabbli fis-suq għal 20 % u tnaqqas il-konsum ġenerali talenerġija b’20 %. Kien hemm qbil ukoll li 10 % tal-fjuwil għat-trasport għandu jiġi mill-bijofjuwils, mill-elettriku jew mill-idroġenu. Fis-samit ta’ Kopenħagen fid-19 ta’ Diċembru 2009, l-UE ppruvat tipperswadi lis-setgħat il-kbar l-oħra biex jadottaw l-istess miri — iżda rnexxielha biss parzjalment. Il-partijiet kollha qablu dwar il-bżonn li t-tisħin globali jiġi llimitat għal żieda medja ta’ 2 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali, iżda sa issa għad ma hemm l-ebda garanzija ta’ impenn kollettiv lejn il-kisba ta’ din il-mira. Madankollu, l-Unjoni Ewropea rnexxielha tiżgura patt li skontu l-pajjiżi żviluppati se jipprovdu € 20 biljun f’finanzi għall-azzjoni tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fir-rigward tal-bidla fil-klima. L-UE hija fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u fl-inkoraġġiment tal-iżvilupp sostenibbli. L-UE qed tittratta wkoll firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet ambjentali oħra li jinkludi l-ħsejjes, l-iskart, il-protezzjoni tal-ħabitats naturali, il-gassijiet tal-egżost, issustanzi kimiċi, l-aċċidenti industrijali u l-indafa tal-ilmijiet tajbin għall-għawm. Qed tħejji wkoll approċċ kollettiv lejn il-prevenzjoni tad-diżastri naturali jew dawk ikkawżati mill-bniedem bħat-tixrid taż-żejt jew in-nirien fil-foresti. © Matthias Kulka/Corbis 29

X’tagħmel l-UE?

28

L-Unjoni Ewropea taġixxi f’firxa wiesgħa ta’ oqsma

tal-politika fejn l-azzjoni tagħha hija ta’ benefiċċju

għall-Istati Membri. Dawn jinkludu:

• politiki ta’ innovazzjoni, li jwasslu t-teknoloġiji l-aktar

avvanzati f’oqsma bħall-ħarsien ambjentali, ir-riċerka

u l-iżvilupp (R&D) u l-enerġija;

• il-politiki ta’ solidarjetà (magħrufa wkoll bħala politiki

ta’ koeżjoni) fi kwistjonijiet reġjonali, agrikoli u soċjali.

L-Unjoni tiffinanzja dawn il-politiki permezz ta’

baġit annwali li jippermettilha li tikkumplimenta u

żżid il-valur mal-azzjonijiet meħuda mill-gvernijiet

nazzjonali. Il-baġit tal-UE huwa żgħir meta mqabbel

mal-ġid kollettiv tal-Istati Membri tagħha: dan

jirrappreżenta mhux iktar minn 1.23 % tad-dħul

nazzjonali gross tagħhom kollha.

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!