Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa

Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa

bookshop.europa.eu
from bookshop.europa.eu More from this publisher
14.12.2012 Views

26 Il-Kummissjoni trid tiġġustifika l-azzjonijiet tagħha quddiem il-Parlament, u l-Kummissjoni kollha jkollha tirriżenja jekk il-Parlament jgħaddi mozzjoni ta’ ċensura kontra tagħha. Fil-Kummissjoni hemm membru (Kummissarju) minn kull pajjiż tal-UE, inkluż il-President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, li jkun wieħed mill-viċi presidenti tal-Kummissjoni. Fid-9 ta’ Frar 2010, il-Parlament Ewropew ivvota biex japprova l-Kummissjoni l-ġdida. José Manuel Barroso, li kien il-Prim Ministru tal-Portugall, reġa’ nħatar President tal-Kummissjoni għat-tieni perjodu ta’ ħames snin. Il-Kummissjoni għandha grad sostanzjali ta’ indipendenza fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha. Xogħolha huwa li tiġġieled għall-interess komuni, li jfisser li ma tistax tieħu struzzjonijiet mingħand l-ebda gvern nazzjonali. Bħala “Gwardjana tat-Trattati”, trid tiżgura li r-regolamenti u d-direttivi li jiġu adottati mill-Kunsill u mill-Parlament jiġu implimentati fl-Istati Membri. Jekk dan ma jkunx qed isir, il-Kummissjoni tista’ tiftaħ kawża kontra min qed jikser il-liġi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja biex tobbligah jikkonforma mal-liġi tal-UE. Bħala l-fergħa eżekuttiva tal-UE, il-Kummissjoni timplimenta d-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Kunsill f’oqsma bħall-politika agrikola komuni. Hija għandha poteri estensivi biex timmaniġġja l-politiki komuni tal-UE, bħar-riċerka u t-teknoloġija, l-għajnuna li tingħata lil pajjiżi barranin u l-iżvilupp reġjonali. Hi timmaniġġja wkoll il-baġit għal dawn il-politiki. Il-Kummissarji jiġu megħjuna minn servizz pubbliku bbażat prinċipalment fi Brussell u l-Lussemburgu u maqsum fi 43 dipartiment u servizz. Hemm ukoll għadd ta’ aġenziji li twaqqfu biex iwettqu kompiti speċifiċi għall-Kummissjoni u li jinsabu prinċipalment fi bliet Ewropej oħra. (e) Il-Qorti tal-Ġustizzja Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li tinsab fil-Lussemburgu, hija magħmula minn imħallef wieħed minn kull pajjiż tal-UE, megħjuna minn tmien avukati ġenerali. Dawn jinħatru bi ftehim konġunt tal-gvernijiet tal-Istati Membri għal perjodu ta’ sitt snin li jista’ jiġġedded. L-indipendenza tagħhom hija ggarantita. Ir-rwol tal-Qorti huwa li tiżgura konformità mal-liġi tal-UE u li t-Trattati jiġu interpretati u applikati b’mod korrett. (f) Il-Bank Ċentrali Ewropew Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), li huwa bbażat fi Frankfurt, huwa responsabbli millimmaniġġjar tal-ewro u mill-politika monetarja tal-UE (ara l-Kapitolu 7). Il-kompitu prinċipali tiegħu huwa li jżomm stabbiltà fil-prezzijiet fiż-żona tal-ewro. Il-Bank Ċentrali kiseb l-istatus ta’ istituzzjoni tal-UE permezz tat-Trattat ta’ Lisbona.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tiżgura li l-liġi Ewropea tiġi rrispettata għalkollox. Fost l-oħrajn, ikkonfermat li d-diskriminazzjoni ta’ ħaddiema b’diżabbiltà hija projbita. (g) Il-Qorti tal-Awdituri Il-Qorti tal-Awdituri, li tinsab fil-Lussemburgu, kienet stabbilita fl-1975. Għandha membru wieħed minn kull pajjiż tal-UE, li jinħatar għal perjodu ta’ sitt snin bi ftehim bejn l-Istati Membri wara li jiġi kkonsultat il-Parlament Ewropew. Din tikkontrolla li d-dħul kollu tal-Unjoni Ewropea jkun wasal u li n-nefqa kollha tagħha ssir b’mod legali u regolari u li l-baġit tal-UE jkun ġie mmaniġġjat sew. II. ENTITAJIET OĦRAJN (a) Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew Meta jittieħdu deċiżjonijiet f’għadd ta’ oqsma politiċi, il-Kunsill u l-Kummissjoni jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE). Il-membri tiegħu jirrappreżentaw lid-diversi gruppi ta’ interess ekonomiku u soċjali li b’mod kollettiv jiffurmaw “is-soċjetà ċivili organizzata”, u jinħatru mill-Kunsill għal perjodu ta’ ħames snin. (b) Il-Kumitat tar-Reġjuni Il-Kumitat tar-Reġjuni (KtR) jikkonsisti minn rappreżentanti tal-gvern reġjonali u lokali. Dawn jiġu proponuti mill-Istati Membri u maħtura mill-Kunsill għal perjodu ta’ ħames snin. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jikkonsultaw lill-KtR dwar kwistjonijiet ta’ rilevanza għar-reġjuni, u l-KtR jista’ joħroġ opinjonijiet bl-inizjattiva tiegħu stess. (ċ) Il-Bank Ewropew tal-Investiment Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), li huwa bbażat fil-Lussemburgu, jipprovdi self u garanziji biex jgħin lir-reġjuni inqas żviluppati tal-UE u biex jgħin ħalli n-negozji jsiru aktar kompetittivi. © HBSS/Corbis 27

26

Il-Kummissjoni trid tiġġustifika l-azzjonijiet tagħha quddiem il-Parlament, u

l-Kummissjoni kollha jkollha tirriżenja jekk il-Parlament jgħaddi mozzjoni ta’

ċensura kontra tagħha.

Fil-Kummissjoni hemm membru (Kummissarju) minn kull pajjiż tal-UE, inkluż

il-President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet

Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, li jkun wieħed mill-viċi presidenti tal-Kummissjoni.

Fid-9 ta’ Frar 2010, il-Parlament Ewropew ivvota biex japprova l-Kummissjoni

l-ġdida. José Manuel Barroso, li kien il-Prim Ministru tal-Portugall, reġa’ nħatar

President tal-Kummissjoni għat-tieni perjodu ta’ ħames snin.

Il-Kummissjoni għandha grad sostanzjali ta’ indipendenza fl-eżerċizzju tas-setgħat

tagħha. Xogħolha huwa li tiġġieled għall-interess komuni, li jfisser li ma tistax tieħu

struzzjonijiet mingħand l-ebda gvern nazzjonali. Bħala “Gwardjana tat-Trattati”, trid

tiżgura li r-regolamenti u d-direttivi li jiġu adottati mill-Kunsill u mill-Parlament

jiġu implimentati fl-Istati Membri. Jekk dan ma jkunx qed isir, il-Kummissjoni

tista’ tiftaħ kawża kontra min qed jikser il-liġi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja biex

tobbligah jikkonforma mal-liġi tal-UE.

Bħala l-fergħa eżekuttiva tal-UE, il-Kummissjoni timplimenta d-deċiżjonijiet li

jittieħdu mill-Kunsill f’oqsma bħall-politika agrikola komuni. Hija għandha poteri

estensivi biex timmaniġġja l-politiki komuni tal-UE, bħar-riċerka u t-teknoloġija,

l-għajnuna li tingħata lil pajjiżi barranin u l-iżvilupp reġjonali. Hi timmaniġġja

wkoll il-baġit għal dawn il-politiki.

Il-Kummissarji jiġu megħjuna minn servizz pubbliku bbażat prinċipalment fi

Brussell u l-Lussemburgu u maqsum fi 43 dipartiment u servizz. Hemm ukoll għadd

ta’ aġenziji li twaqqfu biex iwettqu kompiti speċifiċi għall-Kummissjoni u li jinsabu

prinċipalment fi bliet Ewropej oħra.

(e) Il-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li tinsab fil-Lussemburgu, hija magħmula

minn imħallef wieħed minn kull pajjiż tal-UE, megħjuna minn tmien avukati

ġenerali. Dawn jinħatru bi ftehim konġunt tal-gvernijiet tal-Istati Membri għal

perjodu ta’ sitt snin li jista’ jiġġedded. L-indipendenza tagħhom hija ggarantita.

Ir-rwol tal-Qorti huwa li tiżgura konformità mal-liġi tal-UE u li t-Trattati jiġu

interpretati u applikati b’mod korrett.

(f) Il-Bank Ċentrali Ewropew

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), li huwa bbażat fi Frankfurt, huwa responsabbli millimmaniġġjar

tal-ewro u mill-politika monetarja tal-UE (ara l-Kapitolu 7). Il-kompitu

prinċipali tiegħu huwa li jżomm stabbiltà fil-prezzijiet fiż-żona tal-ewro. Il-Bank

Ċentrali kiseb l-istatus ta’ istituzzjoni tal-UE permezz tat-Trattat ta’ Lisbona.

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!