Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa

Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa

bookshop.europa.eu
from bookshop.europa.eu More from this publisher
14.12.2012 Views

24 In-numru ta’ siġġijiet fil-Parlament Ewropew skont il-pajjiż fl-2009 L-Awstrija 17 Il-Litwanja 12 Il-Belġju 22 Il-Lussemburgu 6 Il-Bulgarija 17 Malta 5 Ċipru 6 Il-Pajjiżi l-Baxxi 25 Id-Danimarka 13 Il-Polonja 50 L-Estonja 6 Il-Portugall 22 Il-Finlandja 13 Ir-Renju Unit 72 Franza 72 Ir-Repubblika Ċeka 22 Il-Ġermanja 99 Ir-Rumanija 33 Il-Greċja 22 Is-Slovakkja 13 L-Irlanda 12 Is-Slovenja 7 L-Isvezja 18 Spanja 50 L-Italja 72 L-Ungerija 22 Il-Latvja 8 TOTAL 736 NB: Deċiżjoni skont Protokoll Nru 36 mat-Trattat ta’ Lisbona se żżid temporanjament l-għadd totali ta’ MPE għal 754 sal-elezzjonijiet li jmiss fl-2014. Il-Parlament jieħu sehem fix-xogħol leġiżlattiv tal-UE b’żewġ modi: Permezz tal-“kodeċiżjoni”, li hija l-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-Parlament jaqsam responsabbiltà ndaqs mal-Kunsill biex jilleġiżla fl-oqsma politiċi kollha li jirrikjedu votazzjoni b’“maġġoranza kwalifikata” fil-Kunsill. Minn meta daħal fis-seħħ it-Trattat ta’ Lisbona, dawn l-oqsma bdew ikopru madwar 95 % talleġiżlazzjoni tal-UE. Il-Kunsill u l-Parlament jistgħu jilħqu qbil anki fl-ewwel qari. Jekk ma jkunux jistgħu jilħqu qbil wara t-tieni qari, il-proposta titressaq quddiem kumitat ta’ konċiljazzjoni. Permezz tal-proċedura ta’ “kunsens”, il-Parlament irid jirratifika l-ftehimiet internazzjonali tal-UE (innegozjati mill-Kummissjoni), inkluż kwalunkwe trattat ġdid li jkabbar l-Unjoni Ewropea.

Il-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew L-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi 184 Ix-Xellug Ewropew Magħqud — Ix-Xellug Nordiku Aħdar 35 Is-sitwazzjoni f’Lulju 2010 Il-Ħodor/Alleanza Ħielsa Ewropea 55 L-Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi għall- Ewropa 85 TOTAL 736 Il-Partit Popolari Ewropew (Demokratiċi Kristjani)) 265 Il-Konservattivi u r-Riformisti Ewropej 54 L-Ewropa tal-Libertà u tad-Demokrazija 30 Membri Indipendenti 28 Il-Parlament Ewropew jaqsam ukoll mal-Kunsill responsabbiltà ndaqs għalladozzjoni tal-baġit tal-UE (proponut mill-Kummissjoni Ewropea). Il-Parlament jista’ jirrifjuta l-baġit propost, u diġà għamel dan f’diversi okkażjonijiet. Meta jiġri dan, il-proċedura baġitarja kollha jkollha tinbeda mill-ġdid. Permezz tas-setgħat baġitarji tiegħu, il-Parlament jeżerċita influwenza kunsiderevoli fuq it-tfassil talpolitika tal-UE. Fl-aħħar, imma mhux l-inqas, il-Parlament Ewropew jeżerċita superviżjoni demokratika fuq l-Unjoni, u partikolarment fuq il-Kummissjoni Ewropea. Kull ħames snin, meta jasal il-waqt li tintgħażel Kummissjoni ġdida, il-Parlament li jkun għadu kemm ġie elett jista’ — permezz ta’ votazzjoni b’maġġoranza sempliċi — japprova jew jirrifjuta in-nomina tal-Kunsill Ewropew għall-kariga ta’ President tal- Kummissjoni. Ovvjament, din il-votazzjoni tirrifletti r-riżultati tal-elezzjoni reċenti tal-PE. Il-Parlament jintervista wkoll kull membru proponut tal-Kummissjoni qabel jivvota biex japprova l-Kummissjoni l-ġdida kollha kemm hi. Fi kwalunkwe ħin, il-Parlament jista’ jkeċċi lill-Kummissjoni kollha billi jadotta mozzjoni ta’ ċensura. Din teħtieġ maġġoranza ta’ żewġ terzi. Il-Parlament jissorvelja wkoll l-amministrazzjoni minn jum għal jum tal-politiki tal-UE billi jippreżenta mistoqsijiet bil-fomm u bil-miktub lill-Kummissjoni u lill-Kunsill. (d) Il-Kummissjoni Ewropea Il-Kummissjoni hija istituzzjoni prinċipali tal-UE. Il-Kummissjoni biss għandha d-dritt li tfassal proposti ġodda għal leġiżlazzjoni ġdida tal-UE, li mbagħad tibgħat lill-Kunsill u lill-Parlament għad-diskussjoni u l-adozzjoni. Il-membri tagħha jinħatru għal perjodu ta’ ħames snin bi ftehim bejn l-Istati Membri, suġġett għall-approvazzjoni mill-Parlament Ewropew (kif deskritt fuq). 25

24

In-numru ta’ siġġijiet fil-Parlament Ewropew skont il-pajjiż fl-2009

L-Awstrija 17 Il-Litwanja 12

Il-Belġju 22 Il-Lussemburgu 6

Il-Bulgarija 17 Malta 5

Ċipru 6 Il-Pajjiżi l-Baxxi 25

Id-Danimarka 13 Il-Polonja 50

L-Estonja 6 Il-Portugall 22

Il-Finlandja 13 Ir-Renju Unit 72

Franza 72 Ir-Repubblika Ċeka 22

Il-Ġermanja 99 Ir-Rumanija 33

Il-Greċja 22 Is-Slovakkja 13

L-Irlanda 12 Is-Slovenja 7

L-Isvezja 18 Spanja 50

L-Italja 72 L-Ungerija 22

Il-Latvja 8

TOTAL 736

NB: Deċiżjoni skont Protokoll Nru 36 mat-Trattat ta’ Lisbona se żżid temporanjament l-għadd

totali ta’ MPE għal 754 sal-elezzjonijiet li jmiss fl-2014.

Il-Parlament jieħu sehem fix-xogħol leġiżlattiv tal-UE b’żewġ modi:

Permezz tal-“kodeċiżjoni”, li hija l-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-Parlament

jaqsam responsabbiltà ndaqs mal-Kunsill biex jilleġiżla fl-oqsma politiċi kollha

li jirrikjedu votazzjoni b’“maġġoranza kwalifikata” fil-Kunsill. Minn meta daħal

fis-seħħ it-Trattat ta’ Lisbona, dawn l-oqsma bdew ikopru madwar 95 % talleġiżlazzjoni

tal-UE. Il-Kunsill u l-Parlament jistgħu jilħqu qbil anki fl-ewwel

qari. Jekk ma jkunux jistgħu jilħqu qbil wara t-tieni qari, il-proposta titressaq

quddiem kumitat ta’ konċiljazzjoni.

Permezz tal-proċedura ta’ “kunsens”, il-Parlament irid jirratifika l-ftehimiet

internazzjonali tal-UE (innegozjati mill-Kummissjoni), inkluż kwalunkwe

trattat ġdid li jkabbar l-Unjoni Ewropea.

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!