14.12.2012 Views

Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa

Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa

Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

I. L-ISTITUZZJONIJIET LI JIEĦDU

D-DEĊIŻJONIJIET

L-Unjoni Ewropea hija aktar minn sempliċi konfederazzjoni ta’ pajjiżi, imma mhix

stat federali. Fil-fatt, l-istruttura tagħha ma taqa’ taħt l-ebda kategorija legali

tradizzjonali. Hija unika storikament, u s-sistema tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħha

ilha tevolvi kostantament għal madwar l-aħħar 60 sena.

It-Trattati (magħrufa bħala l-leġiżlazzjoni “primarja”), huma l-bażi ta’ korp kbir ta’

leġiżlazzjoni “sekondarja” li għandha impatt dirett fuq il-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini

tal-UE. Il-leġiżlazzjoni sekondarja tikkonsisti prinċipalment minn regolamenti,

direttivi u rakkomandazzjonijiet li jiġu adottati mill-istituzzjonijiet tal-UE.

Dawn il-liġijiet, flimkien mal-politiki tal-UE b’mod ġenerali, huma r-riżultat ta’

deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Kunsill (li jirrappreżenta lill-gvernijiet nazzjonali),

mill-Parlament Ewropew (li jirrappreżenta lill-poplu) u mill-Kummissjoni Ewropea

(entità indipendenti mill-gvernijiet tal-UE li tiġġieled għall-interess kollettiv

Ewropew). Istituzzjonijiet u entitajiet oħra wkoll għandhom rwol, kif se naraw

hawn taħt.

(a) Il-Kunsill Ewropew

Il-Kunsill Ewropew huwa l-istituzzjoni politika tal-UE l-iktar importanti. Dan

huwa magħmul mill-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern — il-president u/jew ilprim

ministri — tal-Istati Membri kollha tal-UE, flimkien mal-President tal-

Kummissjoni Ewropea (ara hawn taħt). Il-Kumitat normalment jiltaqa’ erba’

darbiet fis-sena fi Brussell. Huwa għandu President permanenti, li xogħlu huwa li

jikkoordina x-xogħol tal-Kunsill Ewropew u jiżgura l-kontinwità tiegħu. Il-President

permanenti jiġi elett (permezz ta’ votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata tal-membri

tiegħu) għal perjodu ta’ sentejn u nofs u jista’ jerġa’ jiġi elett darba. Herman Von

Rompuy, li kien Prim Ministru tal-Belġju, ilu jokkupa l-kariga ta’ President tal-UE

mill-1 ta’ Diċembru 2009.

Il-Kunsill Ewropew jistabbilixxi l-għanijiet tal-UE u jfassal pjan ta’ kif għandhom

jintlaħqu. Huwa jipprovdi l-impetu għall-inizjattivi politiċi prinċipali tal-UE u jieħu

deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet jaħarqu li l-Kunsill tal-Ministri ma jkunx irnexxielu

jilħaq qbil dwarhom. Il-Kunsill Ewropew jittratta wkoll problemi internazzjonali

attwali permezz tal-“politika komuni barranija u tas-sigurtà” — li hija mekkaniżmu

għall-koordinazzjoni tal-politiki barranin tal-Istati Membri tal-UE.

21

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!