Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa

Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa

bookshop.europa.eu
from bookshop.europa.eu More from this publisher
14.12.2012 Views

Kif taħdem l-UE? 20 Il-Kapijiet tal-Istat u/jew tal-Gvern tal-UE jiltaqgħu, bħala l-Kunsill Ewropew, biex jistabbilixxu d-direzzjoni politika ġenerali tal-UE u biex jieħdu deċiżjonijiet importanti dwar kwistjonijiet prinċipali. Il-Kunsill, li hu magħmul minn ministri mill-Istati Membri tal-UE, jiltaqa’ regolarment biex jieħu deċiżjonijiet politiċi u jfassal il-liġijiet tal-UE. Il-Parlament Ewropew, li jirrappreżenta lill-poplu, jaqsam is-setgħa leġiżlattiva u baġitarja mal-Kunsill. Il-Kummissjoni Ewropea, li tirrappreżenta l-interess komuni tal-UE, hija l-entità eżekuttiva ewlenija. Din tipproponi l-leġiżlazzjoni u tiżgura li l-politiki tal-UE jiġu implimentati kif suppost.

I. L-ISTITUZZJONIJIET LI JIEĦDU D-DEĊIŻJONIJIET L-Unjoni Ewropea hija aktar minn sempliċi konfederazzjoni ta’ pajjiżi, imma mhix stat federali. Fil-fatt, l-istruttura tagħha ma taqa’ taħt l-ebda kategorija legali tradizzjonali. Hija unika storikament, u s-sistema tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħha ilha tevolvi kostantament għal madwar l-aħħar 60 sena. It-Trattati (magħrufa bħala l-leġiżlazzjoni “primarja”), huma l-bażi ta’ korp kbir ta’ leġiżlazzjoni “sekondarja” li għandha impatt dirett fuq il-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini tal-UE. Il-leġiżlazzjoni sekondarja tikkonsisti prinċipalment minn regolamenti, direttivi u rakkomandazzjonijiet li jiġu adottati mill-istituzzjonijiet tal-UE. Dawn il-liġijiet, flimkien mal-politiki tal-UE b’mod ġenerali, huma r-riżultat ta’ deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Kunsill (li jirrappreżenta lill-gvernijiet nazzjonali), mill-Parlament Ewropew (li jirrappreżenta lill-poplu) u mill-Kummissjoni Ewropea (entità indipendenti mill-gvernijiet tal-UE li tiġġieled għall-interess kollettiv Ewropew). Istituzzjonijiet u entitajiet oħra wkoll għandhom rwol, kif se naraw hawn taħt. (a) Il-Kunsill Ewropew Il-Kunsill Ewropew huwa l-istituzzjoni politika tal-UE l-iktar importanti. Dan huwa magħmul mill-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern — il-president u/jew ilprim ministri — tal-Istati Membri kollha tal-UE, flimkien mal-President tal- Kummissjoni Ewropea (ara hawn taħt). Il-Kumitat normalment jiltaqa’ erba’ darbiet fis-sena fi Brussell. Huwa għandu President permanenti, li xogħlu huwa li jikkoordina x-xogħol tal-Kunsill Ewropew u jiżgura l-kontinwità tiegħu. Il-President permanenti jiġi elett (permezz ta’ votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata tal-membri tiegħu) għal perjodu ta’ sentejn u nofs u jista’ jerġa’ jiġi elett darba. Herman Von Rompuy, li kien Prim Ministru tal-Belġju, ilu jokkupa l-kariga ta’ President tal-UE mill-1 ta’ Diċembru 2009. Il-Kunsill Ewropew jistabbilixxi l-għanijiet tal-UE u jfassal pjan ta’ kif għandhom jintlaħqu. Huwa jipprovdi l-impetu għall-inizjattivi politiċi prinċipali tal-UE u jieħu deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet jaħarqu li l-Kunsill tal-Ministri ma jkunx irnexxielu jilħaq qbil dwarhom. Il-Kunsill Ewropew jittratta wkoll problemi internazzjonali attwali permezz tal-“politika komuni barranija u tas-sigurtà” — li hija mekkaniżmu għall-koordinazzjoni tal-politiki barranin tal-Istati Membri tal-UE. 21

Kif taħdem l-UE?

20

Il-Kapijiet tal-Istat u/jew tal-Gvern tal-UE jiltaqgħu,

bħala l-Kunsill Ewropew, biex jistabbilixxu d-direzzjoni

politika ġenerali tal-UE u biex jieħdu deċiżjonijiet

importanti dwar kwistjonijiet prinċipali.

Il-Kunsill, li hu magħmul minn ministri mill-Istati

Membri tal-UE, jiltaqa’ regolarment biex jieħu

deċiżjonijiet politiċi u jfassal il-liġijiet tal-UE.

Il-Parlament Ewropew, li jirrappreżenta lill-poplu,

jaqsam is-setgħa leġiżlattiva u baġitarja mal-Kunsill.

Il-Kummissjoni Ewropea, li tirrappreżenta l-interess

komuni tal-UE, hija l-entità eżekuttiva ewlenija. Din

tipproponi l-leġiżlazzjoni u tiżgura li l-politiki tal-UE

jiġu implimentati kif suppost.

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!