Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa

Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa

bookshop.europa.eu
from bookshop.europa.eu More from this publisher
14.12.2012 Views

18 III. KEMM TISTA’ TIKBER L-UE? (a) Il-fruntieri ġeografiċi F’ħafna mill-pajjiżi tal-UE, id-diskussjonijiet dwar it-Trattat Kostituzzjonali proponut urew li ħafna Ewropej huma mħassba dwar sa fejn għandhom jestendu l-fruntieri tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll dwar l-identità tal-Ewropa. Ma hemmx tweġiba sempliċi għal dawn il-mistoqsijiet, partikolarment billi kull pajjiż iqis l-interessi ġeopolitiċi jew ekonomiċi tiegħu b’mod differenti. Il-pajjiżi Baltiċi u l-Polonja huma favur is-sħubija tal-Ukraina mal-UE, iżda xi ngħidu għall-ġirien tal-Ukraina? Is-sitwazzjoni politika fil-Belarus u l-pożizzjoni strateġika tal-Moldova jagħtu lok għal diffikultajiet. U jekk it-Turkija tissieħeb mal-UE, anki l-Armenja, il- Ġeorġja u pajjiżi oħra fil-Kawkasu jikkwalifikaw għas-sħubija? L-UE tagħti għajnuna finanzjarja biex tgħin lill-pajjiżi ġirien tagħha jibnu l-ekonomiji tagħhom. Minkejja li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tas-sħubija, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea għaliex l-opinjoni pubblika f’dawn il-pajjiżi bħalissa hija kontra s-sħubija. F’pajjiżi differenti tal-UE, l-opinjoni pubblika hija ftit jew wisq maqsuma dwar il-kwistjoni tal-fruntieri finali tal-Unjoni Ewropea. Jekk jiġu applikati l-kriterji ġeografiċi biss, bla ma jitqiesu l-valuri demokratiċi, l-UE tista’ — bħall-Kunsill tal- Ewropa (li mhux korp tal-UE) — tispiċċa b’47 Stat Membru inkluża r-Russja. Jidher ċar li s-sħubija tar-Russja kieku toħloq żbilanċi inaċċettabbli fl-Unjoni Ewropea, kemm politikament kif ukoll ġeografikament. © L-Unjoni Ewropea

L-approċċ sensibbli huwa li jiġi ddikjarat li kwalunkwe pajjiż Ewropew huwa intitolat li japplika għal sħubija fl-UE sakemm ikun kapaċi jaderixxi mal-korp leġiżlattiv sħiħ tal-UE u jkun lest jadotta l-ewro. L-integrazzjoni Ewropea ilha għaddejja bħala proċess kontinwu sa mill-1950, u kwalunkwe attentat biex jiġu stabbiliti darba għal dejjem il-fruntieri tal-UE se jaħdem kontra dak il-proċess. (b) Il-politika tal-viċinat It-tkabbir tal-2004 u l-2007 mexxa l-fruntiera tal-Unjoni Ewropea iktar lejn il-Lvant u lejn in-Nofsinhar, u b’hekk tqajmet il-kwistjoni dwar kif l-UE għandha tittratta r-relazzjonijiet tagħha mal-ġirien il-ġodda tagħha. L-istabbiltà u s-sigurtà huma kwistjonijiet ta’ tħassib fir-reġjuni lil hinn mill-fruntieri tagħha, u l-Unjoni Ewropea xtaqet tevita li jinħolqu linji ġodda li jiddividu bejnha u bejn dawn ir-reġjuni ġirien. Pereżempju, kien hemm bżonn li tittieħed azzjoni biex tittratta t-theddidiet emerġenti għas-sigurtà bħall-immigrazzjoni illegali, il-qtugħ fil-provvista talenerġija, id-degradazzjoni ambjentali, il-kriminalità transkonfinali organizzata u t-terroriżmu. Għalhekk, l-UE żviluppat politika Ewropea ġdida tal-viċinat (ENP), li tirregola r-relazzjonijiet mal-ġirien tagħha lejn il-Lvant (l-Armenja, l-Azerbajġan, il-Belarus, il-Ġeorġja, il-Moldova u l-Ukraina), u lejn in-Nofsinhar (l-Alġerija, l-Eġittu, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Marokk, it-territorju Palestinjan okkupat, is-Sirja u t-Tuneżija). Dawn il-pajjiżi kważi kollha għandhom ftehimiet bilaterali ta’ “sħubija u kooperazzjoni” jew ftehimiet ta’ assoċjazzjoni mal-UE, li bihom ħadu l-impenn li jirrispettaw valuri komuni (bħad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt) u li jagħmlu progress lejn ekonomija tas-suq, żvilupp sostenibbli u tnaqqis fil-faqar. L-UE, min-naħa tagħha, toffri għajnuna finanzjarja, teknika u makroekonomika, aċċess aħjar għall-viżi u firxa ta’ miżuri biex tgħin lil dawn ilpajjiżi jiżviluppaw. Il-pajjiżi Mediterranji tan-Nofsinhar ilhom marbuta mal-Unjoni Ewropea sa mill- 1995 permezz ta’ rabtiet politiċi, ekonomiċi u diplomatiċi magħrufa bħala l-“proċess ta’ Barċellona”, li iktar tard ingħata l-isem ta’ Sħubija Ewro-Mediterranja. Waqt summit f’Pariġi f’Lulju 2008, din is-sħubija tnediet mill-ġdid bħala l-Unjoni għall- Mediterran u għaqqdet flimkien is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u 16-il pajjiż imsieħeb mifruxa man-Nofsinhar tal-Mediterran u l-Lvant Nofsani. L-għajnuna finanzjarja tal-UE liż-żewġ gruppi ta’ pajjiżi hija amministrata mill- Istrument Ewropew għall-Viċinat u s-Sħubija (ENPI). Il-baġit totali tiegħu għal bejn l-2007 u l-2013 huwa ta’ madwar € 12-il biljun. 19

18

III. KEMM TISTA’ TIKBER L-UE?

(a) Il-fruntieri ġeografiċi

F’ħafna mill-pajjiżi tal-UE, id-diskussjonijiet dwar it-Trattat Kostituzzjonali

proponut urew li ħafna Ewropej huma mħassba dwar sa fejn għandhom jestendu

l-fruntieri tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll dwar l-identità tal-Ewropa. Ma hemmx

tweġiba sempliċi għal dawn il-mistoqsijiet, partikolarment billi kull pajjiż iqis

l-interessi ġeopolitiċi jew ekonomiċi tiegħu b’mod differenti. Il-pajjiżi Baltiċi u

l-Polonja huma favur is-sħubija tal-Ukraina mal-UE, iżda xi ngħidu għall-ġirien

tal-Ukraina? Is-sitwazzjoni politika fil-Belarus u l-pożizzjoni strateġika tal-Moldova

jagħtu lok għal diffikultajiet. U jekk it-Turkija tissieħeb mal-UE, anki l-Armenja, il-

Ġeorġja u pajjiżi oħra fil-Kawkasu jikkwalifikaw għas-sħubija?

L-UE tagħti għajnuna finanzjarja biex tgħin lill-pajjiżi ġirien tagħha jibnu l-ekonomiji tagħhom.

Minkejja li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tas-sħubija, il-Liechtenstein, in-Norveġja

u l-Isvizzera mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea għaliex l-opinjoni pubblika

f’dawn il-pajjiżi bħalissa hija kontra s-sħubija.

F’pajjiżi differenti tal-UE, l-opinjoni pubblika hija ftit jew wisq maqsuma dwar

il-kwistjoni tal-fruntieri finali tal-Unjoni Ewropea. Jekk jiġu applikati l-kriterji

ġeografiċi biss, bla ma jitqiesu l-valuri demokratiċi, l-UE tista’ — bħall-Kunsill tal-

Ewropa (li mhux korp tal-UE) — tispiċċa b’47 Stat Membru inkluża r-Russja. Jidher

ċar li s-sħubija tar-Russja kieku toħloq żbilanċi inaċċettabbli fl-Unjoni Ewropea,

kemm politikament kif ukoll ġeografikament.

© L-Unjoni Ewropea

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!