Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa

Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa

bookshop.europa.eu
from bookshop.europa.eu More from this publisher
14.12.2012 Views

10 passi storiċi 10 1951: Tiġi stabbilita l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar mis-sitt membri fundaturi. 1957: F’Ruma, dawn l-istess sitt pajjiżi jiffirmaw it- Trattati ta’ Ruma, li jistabbilixxu l-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE) u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (Euratom). 1973: Il-Komunitajiet jespandu għal disa’ Stati Membri u jintroduċu iktar politiki komuni. 1979: Isiru l-ewwel elezzjonijiet diretti tal-Parlament Ewropew. 1981: Isir l-ewwel tkabbir Mediterranju. 1992: Is-suq uniku Ewropew isir realtà. 1993: It-Trattat ta’ Maastricht jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea (UE). 2002: Jibdew jiċċirkolaw il-muniti tal-ewro. 2007: L-UE jkollha 27 Stat Membru. 2009: Jidħol fis-seħħ it-Trattat ta’ Lisbona li jibdel ilmod kif tiffunzjona l-UE.

1. Fid-9 ta’ Mejju 1950, id-Dikjarazzjoni Schuman ipproponiet it-twaqqif ta’ Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA), li saret realtà bit-Trattat ta’ Pariġi tat-18 ta’ April 1951. Dan stabbilixxa suq komuni fil-faħam u fl-azzar fost is-sitt pajjiżi fundaturi (il-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu u l-Pajjiżi l-Baxxi). Fis-snin ta’ wara t-Tieni Gwerra Dinjija, l-għan kien li tiġi żgurata l-paċi fost in-nazzjonijiet rebbieħa u telliefa tal-Ewropa u li dawn jinġiebu flimkien bħala pajjiżi ndaqs, fejn jikkooperaw f’istituzzjonijiet komuni. 2. Is-“Sitta” mbagħad iddeċidew, permezz tat-Trattati ta’ Ruma tal-25 ta’ Marzu 1957, li jwaqqfu l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (Euratom) u Komunità Ekonomika Ewropea (KEE). Din tal-aħħar kienet se tinvolvi t-twaqqif ta’ suq komuni usa’ li jkopri firxa sħiħa ta’ prodotti u servizzi. Id-dazji doganali bejn is-sitt pajjiżi kienu aboliti għalkollox fl-1 ta’ Lulju 1968 u matul is-snin 60 tas-seklu l-ieħor ġew stabbiliti wkoll politiki komuni, prinċipalment dwar il-kummerċ u l-agrikoltura. 3. Dan is-sogru tant irnexxa li d-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit iddeċidew li jissieħbu. L-ewwel tkabbir, minn sitt membri għal disgħa, seħħ fl-1973. Fl-istess ħin, ġew introdotti politiki soċjali u ambjentali ġodda, u fl-1975 kien stabbilit il- Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR). Fid-9 ta’ Mejju 1950, il-Ministru Franċiż tal-Affarijiet Barranin Robert Schuman ippreżenta pubblikament għall-ewwel darba l-ideat li wasslu għall-Unjoni Ewropea. Għalhekk, id-9 ta’ Mejju huwa mfakkar bħala għeluq snin l-UE. © L-Unjoni Ewropea 11

1.

Fid-9 ta’ Mejju 1950, id-Dikjarazzjoni Schuman ipproponiet it-twaqqif ta’

Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA), li saret realtà bit-Trattat ta’ Pariġi

tat-18 ta’ April 1951. Dan stabbilixxa suq komuni fil-faħam u fl-azzar fost is-sitt

pajjiżi fundaturi (il-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Franza, l-Italja,

il-Lussemburgu u l-Pajjiżi l-Baxxi). Fis-snin ta’ wara t-Tieni Gwerra Dinjija, l-għan

kien li tiġi żgurata l-paċi fost in-nazzjonijiet rebbieħa u telliefa tal-Ewropa u li dawn

jinġiebu flimkien bħala pajjiżi ndaqs, fejn jikkooperaw f’istituzzjonijiet komuni.

2.

Is-“Sitta” mbagħad iddeċidew, permezz tat-Trattati ta’ Ruma tal-25 ta’ Marzu 1957,

li jwaqqfu l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (Euratom) u Komunità

Ekonomika Ewropea (KEE). Din tal-aħħar kienet se tinvolvi t-twaqqif ta’ suq komuni

usa’ li jkopri firxa sħiħa ta’ prodotti u servizzi. Id-dazji doganali bejn is-sitt pajjiżi

kienu aboliti għalkollox fl-1 ta’ Lulju 1968 u matul is-snin 60 tas-seklu l-ieħor ġew

stabbiliti wkoll politiki komuni, prinċipalment dwar il-kummerċ u l-agrikoltura.

3.

Dan is-sogru tant irnexxa li d-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit iddeċidew li

jissieħbu. L-ewwel tkabbir, minn sitt membri għal disgħa, seħħ fl-1973. Fl-istess

ħin, ġew introdotti politiki soċjali u ambjentali ġodda, u fl-1975 kien stabbilit il-

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR).

Fid-9 ta’ Mejju 1950, il-Ministru Franċiż tal-Affarijiet Barranin Robert Schuman

ippreżenta pubblikament għall-ewwel darba l-ideat li wasslu għall-Unjoni Ewropea. Għalhekk,

id-9 ta’ Mejju huwa mfakkar bħala għeluq snin l-UE.

© L-Unjoni Ewropea

11

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!