14.12.2012 Views

Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa

Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa

Ewropa ta' lib ertà, sigurtà u ġustizzja - EU Bookshop - Europa

SHOW MORE
SHOW LESS

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

L-Unjoni Ewropea

ta’ Pascal Fontaine

Tista’ ssib dan il-fuljett flimkien ma’ spjegazzjonijiet oħra qosra u ċari dwar l-UE, onlajn fuq

ec.europa.eu/publications

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni

Pubblikazzjonijiet

1049 Brussell

IL-BELĠJU

Manuskritt li tlesta f’Lulju 2010

L-illustrazzjoni ta’ fuq il-qoxra: Lou Wall/Corbis

Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

2010 — 80 pp. — 16.2 x 22.9 ċm

ISBN 978-92-79-17493-3

doi:10.2775/63455

© L-Unjoni Ewropea, 2010

Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata. Għal kwalunkwe użu jew riproduzzjoni ta’ ritratti individwali, għandu

jinġieb il-permess direttament mid-detenturi tad-dritt tal-awtur.

Printed in Germany

STAMPAT FUQ KARTA BAJDA ĦIELSA MILL-KLORUR ELEMENTARI (ECF)

L-Ewropa fi 12-il lezzjoni

ta’ Pascal Fontaine

2

paġna 4

Għaliex l-Unjoni

Ewropea?

paġna 44

L-ewro

Werrej

paġna 10

10 passi storiċi

paġna 48

Insejsu fuq l-għerf

u l-innovazzjoni

paġna 14

It-tkabbir tal-UE

u relazzjonijiet

tajbin mal-ġirien

paġna 52

Xi jfisser li

tkun ċittadin

Ewropew?

paġna 20

Kif taħdem l-UE?

paġna 58

Ewropa ta’ libertà,

sigurtà u ġustizzja

paġna 28

X’tagħmel l-UE?

paġna 64

L-UE fuq

il-palk dinji

paġna 74

Dati ewlenin fl-istorja tal-integrazzjoni Ewropea

paġna 38

Is-suq uniku

paġna 70

X’futur

għandha

l-Ewropa?

3

Għaliex l-Unjoni Ewropea?

4

Il-missjoni tal-UE fis-seklu 21 hija li:

iżżomm il-paċi li ġiet stabbilita bejn l-Istati Membri

tagħha u tkompli tibni fuqha;

tqarreb lill-pajjiżi Ewropej lejn xulxin f’kooperazzjoni

prattika;

tiżgura li ċ-ċittadini Ewropej ikunu jistgħu jgħixu fissigurtà;

tippromwovi s-solidarjetà ekonomika u soċjali;

tippreserva l-identità u d-diversità Ewropea f’dinja

globalizzata;

tippromulga l-valuri li jħaddnu l-Ewropej.

I. IL-PAĊI

Qabel ma saret għan politiku reali, l-idea li l-Ewropa tingħaqad kienet biss ħolma

fl-imħuħ tal-filosfi u tal-viżjonarji. Victor Hugo, pereżempju, kien jimmaġina “Stati

Uniti tal-Ewropa” paċifiċi ispirati minn ideali umanistiċi. Il-ħolma spiċċat fix-xejn

minħabba l-gwerer terribbli li ħarbtu l-kontinent matul l-ewwel nofs tas-seklu 20.

Madankollu, mit-tifrik tat-Tieni Gwerra Dinjija, xiref tip ġdid ta’ tama. Dawk li

kienu rreżistew ir-reġimi totalitarji matul il-gwerra kienu ddeterminati li jtemmu

l-mibegħda u r-rivalità internazzjonali fl-Ewropa u joħolqu l-kundizzjonijiet għal

paċi dejjiema. Bejn l-1945 u l-1950, grupp ta’ statisti kuraġġużi, inklużi Robert

Schuman, Konrad Adenauer, Alcide de Gasperi u Winston Churchill, ippruvaw

jipperswadu lill-popli tagħhom biex jidħlu f’era ġdida. Fl-Ewropa tal-Punent

kellhom jinħolqu strutturi ġodda, ibbażati fuq interessi komuni u mibnija fuq

trattati li jiggarantixxu l-istat tad-dritt u l-ugwaljanza bejn il-pajjiżi kollha.

Robert Schuman (il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Franċiż) kompla jibni fuq

idea li oriġinarjament kienet ta’ Jean Monnet u, fid-9 ta’ Mejju 1950, ippropona

li tiġi stabbilita l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA). F’pajjiżi li darba

kienu jiġġieldu kontra xulxin, il-produzzjoni tal-faħam u tal-azzar kellha tinġabar

flimkien taħt Awtorità Għolja komuni. B’mod prattiku imma wkoll ferm simboliku,

il-materja prima tal-gwerra kienet qed titbiddel fi strumenti ta’ rikonċiljazzjoni u

ta’ paċi.

II. NGĦAQQDU LILL-EWROPA FLIMKIEN

L-Unjoni Ewropea ħeġġet l-unifikazzjoni tal-Ġermanja wara l-waqgħa tal-Ħajt ta’

Berlin fl-1989. Meta l-imperu Sovjetiku sfaxxa fl-1991, il-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali

u tal-Lvant, li għal deċennji sħaħ kienu ssaportew il-ħajja ta’ wara l-“purtiera talħadid”,

għal darba oħra kienu liberi li jagħżlu d-destin tagħhom. Ħafna ddeċidew

li l-futur tagħhom kien fil-familja tan-nazzjonijiet demokratiċi Ewropej. Tmienja

minnhom ingħaqdu mal-UE fl-2004, segwiti minn tnejn oħra fl-2007.

Il-proċess tat-tkabbir tal-UE għadu għaddej. In-negozjati dwar l-adeżjoni mat-

Turkija u l-Kroazja nfetħu fl-2005. L-Islanda applikat fl-2009 u diversi pajjiżi tal-

Balkani bdew il-vjaġġ li xi darba jista’ jwassalhom għal sħubija mal-UE. Huwa

mistenni li l-Kroazja ssir it-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

5

6

III. IS-SIGURTÀ

Il-waqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin fl-1989 wasslet għat-tneħħija

gradwali ta’ diviżjonijiet qodma madwar il-kontinent Ewropew.

L-Ewropa, fis-seklu 21, għadha taffaċċja kwistjonijiet ta’ sigurtà. L-UE trid tieħu

azzjoni effettiva biex tiżgura s-sigurtà tal-Istati Membri tagħha. Trid taħdem b’mod

kostruttiv mar-reġjuni li jmissu mal-fruntieri tagħha: il-Balkani, l-Afrika ta’ Fuq, il-

Kawkasu u l-Lvant Nofsani. Trid tħares ukoll l-interessi militari u strateġiċi tagħha

billi taħdem mal-alleati tagħha, speċjalment fi ħdan in-NATO, u billi tiżviluppa

politika ġenwina u komuni għas-sigurtà u għad-difiża tal-Ewropa.

Is-sigurtà interna u dik esterna huma żewġ naħat tal-istess munita. Il-ġlieda kontra

t-terroriżmu u kontra l-kriminalità organizzata tirrikjedi li l-forzi tal-pulizija talpajjiżi

kollha tal-UE jaħdmu flimkien mill-qrib. Li l-UE ssir “żona ta’ libertà, sigurtà u

ġustizzja” fejn kulħadd ikollu aċċess indaqs għall-ġustizzja u jkun imħares bl-istess

mod mil-liġi hija sfida ġdida li tirrikjedi kooperazzjoni mill-qrib bejn il-gvernijiet.

Entitajiet bħall-Europol, l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija, u l-Eurojust (li jippromwovi

l-kooperazzjoni bejn il-prosekuturi, l-imħallfin u l-uffiċjali tal-pulizija f’pajjiżi

differenti tal-UE) ukoll għandhom rwol attiv u effettiv x’jaqdu.

IV. IS-SOLIDARJETÀ EKONOMIKA U SOĊJALI

L-Unjoni Ewropea twaqqfet biex jintlaħqu għanijiet politiċi, u mmirat li tilħaqhom

permezz tal-kooperazzjoni ekonomika.

Il-pajjiżi Ewropej jikkontribwixxu għal perċentwali iżgħar tal-popolazzjoni dinjija.

Għalhekk il-pajjiżi Ewropej iridu jkomplu jaħdmu flimkien jekk iridu jiżguraw

tkabbir ekonomiku u li jkunu jistgħu jikkompetu ma’ ekonomiji ewlenin oħrajn fiddinja.

L-ebda pajjiż individwali tal-UE mhu b’saħħtu biżżejjed biex jirnexxi waħdu

fil-kummerċ dinji. Il-kumpaniji Ewropej jeħtieġu bażi usa’ minn sempliċement issuq

lokali nazzjonali tagħhom, biex jilħqu ekonomiji tal-kobor u jattiraw klijenti

ġodda, u s-suq uniku Ewropew jipprovdi dan. Biex tiżgura li għadd kemm jista’

jkun kbir ta’ nies jibbenefikaw minn dan is-suq mifrux mal-Ewropa ta’ 500 miljun

konsumatur, l-UE qed tistinka biex tneħħi l-ostakli għall-kummerċ u qed taħdem

biex tneħħi l-burokrazija żejda għan-negozji.

© Robert Maass/Corbis

Imma kompetizzjoni ħielsa mal-Ewropa kollha trid tkun ibbilanċjata minn

solidarjetà mifruxa mal-Ewropa kollha. Dan għandu benefiċċji tanġibbli u viżibbli

għaċ-ċittadini Ewropej: meta jisfaw vittmi ta’ għargħar u ta’ diżastri naturali

oħra, huma jirċievu għajnuna mill-baġit tal-UE. Il-“Fondi Strutturali”, li huma

mmaniġġjati mill-Kummissjoni Ewropea, jinkoraġġixxu u jissupplimentaw l-isforzi

tal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali tal-UE biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi bejn ilpartijiet

differenti tal-Ewropa. Il-flus mill-baġit tal-UE u s-self mill-Bank Ewropew

tal-Investiment (BEI) jintużaw biex tittejjeb l-infrastruttura Ewropea tat-trasport

(pereżempju, biex ikun estiż in-netwerk tal-awtostradi u tal-binarji tal-ferroviji

b’veloċità għolja), biex b’hekk ikun provdut aċċess aħjar għar-reġjuni l-aktar

imbiegħda u tingħata spinta lill-kummerċ trans-Ewropew.

Il-kriżi finanzjarja globali tal-2008 tat bidu għall-agħar tnaqqis ekonomiku fl-istorja

tal-UE. Il-gvernijiet u l-istituzzjonijiet tal-UE kellhom jaġixxu minnufih biex isalvaw

il-banek, u l-UE pprovdiet l-għajnuna finanzjarja lill-pajjiżi li ntlaqtu l-agħar. L-użu

ta’ munita waħda serva ta’ protezzjoni għaż-żona tal-ewro mill-ispekulazzjoni u

l-iżvalutazzjoni. Imbagħad, fl-2010, l-UE u l-Istati Membri tagħha għamlu sforz

konġunt biex inaqqsu d-dejn pubbliku tagħhom. L-isfida l-kbira għall-pajjiżi

Ewropej fis-snin li ġejjin se tkun li jibqgħu magħqudin flimkien biex jaffaċċjaw ilkriżijiet

globali u biex flimkien isibu mod kif jegħlbu r-reċessjoni u jidħlu fi żmien

ta’ tkabbir sostenibbli.

V. L-IDENTITÀ U D-DIVERSITÀ

EWROPEA F’DINJA GLOBALIZZATA

Is-soċjetajiet postindustrijali tal-Ewropa qed isiru dejjem aktar kumplessi.

L-istandards tal-għajxien għolew b’mod stabbli, imma għad hemm distakki

sinifikanti bejn is-sinjuri u l-foqra. Dawn id-distakki jistgħu jitwessgħu minħabba

fatturi bħar-reċessjoni ekonomika, ir-rilokazzjoni industrijali, it-tixjiħ talpopolazzjoni

u problemi fir-rigward tal-finanzi pubbliċi. Huwa importanti li l-pajjiżi

tal-UE jaħdmu flimkien biex jindirizzaw dawn il-problemi.

Li l-pajjiżi jaħdmu flimkien ma jfissirx it-telf tal-identità kulturali u lingwistika

distinta tal-pajjiżi individwali. Għall-kuntrarju ta’ dan, ħafna attivitajiet tal-UE

jgħinu fil-promozzjoni tal-ispeċjalitajiet reġjonali u tad-diversità rikka tattradizzjonijiet

u l-kulturi tal-Ewropa.

Fiż-żmien fit-tul, il-pajjiżi kollha tal-UE se jibbenefikaw. 60 sena ta’ integrazzjoni

Ewropea wrew li l-UE kollha hija akbar mis-somma tal-partijiet tagħha. Għandha

influwenza ekonomika, soċjali, teknoloġika, kummerċjali u politika ħafna akbar

milli kieku l-Istati Membri tagħha kellhom jaġixxu b’mod individwali. Hemm valur

miżjud meta dawn jaġixxu flimkien u jitkellmu b’leħen wieħed.

7

8

Fid-dinja tal-lum, huwa maħsub li l-ekonomiji emerġenti bħaċ-Ċina, l-Indja u

l-Brażil se jingħaqdu mal-Istati Uniti bħala superpotenzi globali. Għalhekk huwa

iktar kruċjali minn qatt qabel għall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li jingħaqdu

flimkien biex jibnu “massa kritika”, u b’hekk iżommu l-influwenza tagħhom fix-xena

dinjija.

L-UE, kif teżerċita din l-influwenza?

Magħqudin fid-diversità: kollaborazzjoni għal riżultati aħjar.

L-Unjoni Ewropea hija s-setgħa kummerċjali prinċipali tad-dinja u għalhekk

għandha rwol deċiżiv f’organizzazzjonijiet internazzjonali, bħal dawk fost

il-153 pajjiż membru tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), jew filkonferenzi

tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-tibdil fil-klima.

L-UE tistabbilixxi pożizzjoni ċara dwar kwistjonijiet sensittivi li jaffettwaw

lill-persuni normali, bħall-ħarsien ambjentali, ir-riżorsi rinnovabbli talenerġija,

il-“prinċipju ta’ prekawzjoni” fis-sikurezza tal-ikel, l-aspetti etiċi talbijoteknoloġija,

il-ħtieġa li jitħarsu l-ispeċijiet li qegħdin fil-periklu li jinqerdu,

eċċ.

L-UE tibqa’ fuq quddiem nett fl-isforzi globali biex tinstab soluzzjoni għattisħin

globali. F’Diċembru 2008, ħadet impenn unilaterali li sal-2020 jkun

intlaħaq tnaqqis sa 20 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra.

Missirijietna kienu jgħidu li “fl-għaqda hemm is-saħħa” u dan għadu rilevanti iktar

minn qatt qabel għall-Ewropej ta’ llum.

© Lewis/In Pictures/Corbis

VI. IL-VALURI

L-UE tixtieq tippromwovi valuri umanitarji u progressivi, u tiżgura li l-bnedmin

ikunu l-benefiċjarji, u mhux il-vittmi, tal-bidliet globali kbar li qed iseħħu. Ilħtiġijiet

tan-nies ma jistgħux jiġu sodisfatti, sempliċement, mill-forzi tas-suq jew

minn pajjiżi individwali li jieħdu azzjoni unilaterali.

Għalhekk, l-UE tirrappreżenta idea tal-umanità u mudell tas-soċjetà li l-maġġoranza

l-kbira taċ-ċittadini tagħha jappoġġjaw. L-Ewropej jgħożżu l-wirt rikk ta’ valuri

tagħhom, li jinkludi twemmin fid-drittijiet tal-bniedem, fis-solidarjetà soċjali, flintrapriżi

ħielsa, f’distribuzzjoni ġusta tar-riżultati tat-tkabbir ekonomiku, fid-dritt

għal ambjent imħares, fir-rispett għal diversità kulturali, lingwistika u reliġjuża, u

f’taħlita armonjuża ta’ tradizzjoni u progress.

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ġiet ipproklamata f’Nizza

f’Diċembru 2000. Illum din hija legalment vinkolanti permezz tat-Trattat ta’

Lisbona, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009. Il-Karta tistabbilixxi d-drittijiet

kollha li llum huma rikonoxxuti mill-Istati Membri tal-UE u ċ-ċittadini tagħhom.

Drittijiet u valuri komuni joħolqu sens ta’ familja bejn l-Ewropej. Biex nieħdu biss

eżempju wieħed, il-pajjiżi kollha tal-UE abolixxew il-piena tal-mewt.

9

10 passi storiċi

10

1951: Tiġi stabbilita l-Komunità Ewropea tal-Faħam u

l-Azzar mis-sitt membri fundaturi.

1957: F’Ruma, dawn l-istess sitt pajjiżi jiffirmaw it-

Trattati ta’ Ruma, li jistabbilixxu l-Komunità Ekonomika

Ewropea (KEE) u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija

Atomika (Euratom).

1973: Il-Komunitajiet jespandu għal disa’ Stati Membri

u jintroduċu iktar politiki komuni.

1979: Isiru l-ewwel elezzjonijiet diretti tal-Parlament

Ewropew.

1981: Isir l-ewwel tkabbir Mediterranju.

1992: Is-suq uniku Ewropew isir realtà.

1993: It-Trattat ta’ Maastricht jistabbilixxi l-Unjoni

Ewropea (UE).

2002: Jibdew jiċċirkolaw il-muniti tal-ewro.

2007: L-UE jkollha 27 Stat Membru.

2009: Jidħol fis-seħħ it-Trattat ta’ Lisbona li jibdel ilmod

kif tiffunzjona l-UE.

1.

Fid-9 ta’ Mejju 1950, id-Dikjarazzjoni Schuman ipproponiet it-twaqqif ta’

Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA), li saret realtà bit-Trattat ta’ Pariġi

tat-18 ta’ April 1951. Dan stabbilixxa suq komuni fil-faħam u fl-azzar fost is-sitt

pajjiżi fundaturi (il-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Franza, l-Italja,

il-Lussemburgu u l-Pajjiżi l-Baxxi). Fis-snin ta’ wara t-Tieni Gwerra Dinjija, l-għan

kien li tiġi żgurata l-paċi fost in-nazzjonijiet rebbieħa u telliefa tal-Ewropa u li dawn

jinġiebu flimkien bħala pajjiżi ndaqs, fejn jikkooperaw f’istituzzjonijiet komuni.

2.

Is-“Sitta” mbagħad iddeċidew, permezz tat-Trattati ta’ Ruma tal-25 ta’ Marzu 1957,

li jwaqqfu l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (Euratom) u Komunità

Ekonomika Ewropea (KEE). Din tal-aħħar kienet se tinvolvi t-twaqqif ta’ suq komuni

usa’ li jkopri firxa sħiħa ta’ prodotti u servizzi. Id-dazji doganali bejn is-sitt pajjiżi

kienu aboliti għalkollox fl-1 ta’ Lulju 1968 u matul is-snin 60 tas-seklu l-ieħor ġew

stabbiliti wkoll politiki komuni, prinċipalment dwar il-kummerċ u l-agrikoltura.

3.

Dan is-sogru tant irnexxa li d-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit iddeċidew li

jissieħbu. L-ewwel tkabbir, minn sitt membri għal disgħa, seħħ fl-1973. Fl-istess

ħin, ġew introdotti politiki soċjali u ambjentali ġodda, u fl-1975 kien stabbilit il-

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR).

Fid-9 ta’ Mejju 1950, il-Ministru Franċiż tal-Affarijiet Barranin Robert Schuman

ippreżenta pubblikament għall-ewwel darba l-ideat li wasslu għall-Unjoni Ewropea. Għalhekk,

id-9 ta’ Mejju huwa mfakkar bħala għeluq snin l-UE.

© L-Unjoni Ewropea

11

12

4.

F’Ġunju 1979 sar pass deċiżiv ’il quddiem, bl-ewwel elezzjonijiet għall-Parlament

Ewropew b’votazzjoni diretta ta’ dawk kollha li kellhom jedd jivvutaw. Dawn

l-elezzjonijiet isiru kull ħames snin.

5.

Fl-1981, il-Greċja ssieħbet fil-Komunità, segwita minn Spanja u l-Portugall fl-1986.

Minħabba din l-espansjoni tal-Komunità san-Nofsinhar tal-Ewropa inħass il-bżonn,

iktar minn qatt qabel, li jiġu implimentati programmi ta’ għajnuna reġjonali.

6.

Ir-reċessjoni ekonomika dinjija fil-bidu tas-snin 80 tas-seklu li għadda, ġabet

magħha mewġa ta’ pessimiżmu fil-konfront tal-Ewropa. Madankollu, fl-1985

reġgħet feġġet tama ġdida meta l-Kummissjoni Ewropea, taħt il-President tagħha

Jacques Delors, ippubblikat White Paper li ffissat skeda biex jiġi kkompletat is-suq

uniku Ewropew sal-1 ta’ Jannar 1993. Din il-mira ambizzjuża kienet inkluża fl-Att

Uniku Ewropew, li kien iffirmat fi Frar 1986 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1987.

7.

Is-sura politika tal-Ewropa nbidlet drammatikament bil-waqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin

fl-1989. Dan wassal għall-unifikazzjoni tal-Ġermanja f’Ottubru 1990 u l-wasla taddemokrazija

fil-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant hekk kif dawn ma baqgħux

aktar taħt il-kontroll Sovjetiku. L-Unjoni Sovjetika nnifisha ma baqgħetx teżisti

aktar wara Diċembru 1991.

Fl-istess ħin, l-Istati Membri tal-KEE kienu qed jinnegozjaw trattat ġdid, li kien

adottat mill-Kunsill Ewropew (magħmul mill-presidenti u/jew mill-prim ministri)

f’Maastricht f’Diċembru 1991. Biż-żieda tal-kooperazzjoni intergovernattiva

(f’oqsma bħall-politika barranija u s-sigurtà interna) mas-sistema Komunitarja

eżistenti, it-Trattat ta’ Maastricht waqqaf l-Unjoni Ewropea (UE). Dan daħal fis-seħħ

fl-1 ta’ Novembru 1993.

8.

Tliet pajjiżi oħra — l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvizzera — ingħaqdu mal-Unjoni

Ewropea fl-1995, u b’hekk il-pajjiżi membri telgħu għal 15. Sa dakinhar, l-Ewropa

kienet bdiet taffaċċja l-isfidi li dejjem jiżdiedu tal-globalizzazzjoni. It-teknoloġiji

l-ġodda u l-użu dejjem akbar tal-Internet kienu qed jimmodernizzaw lill-ekonomiji,

imma kienu qed joħolqu wkoll tensjonijiet soċjali u kulturali. Fl-istess ħin, ilqgħad

u n-nefqa dejjem akbar għall-pensjonijiet kienu qed jagħmlu pressjoni

fuq l-ekonomiji nazzjonali, biex b’hekk ir-riforma kienet qed issir dejjem aktar

meħtieġa. Dawk li kellhom il-vot kienu qegħdin jitolbu dejjem aktar lill-gvernijiet

tagħhom biex isibu soluzzjonijiet prattiċi għal dawn il-problemi.

Għalhekk, f’Marzu 2000, il-mexxejja tal-UE adottaw l-“istrateġija ta’ Lisbona”.

Din tfasslet biex l-Unjoni Ewropea tkun tista’ tikkompeti fis-suq dinji ma’ atturi

prinċipali oħra bħall-Istati Uniti u l-pajjiżi li kienu ġew industrijalizzati reċentement.

L-għan kien li tinkoraġġixxi l-innovazzjoni u l-investiment fin-negozji, u li tiżgura

li s-sistemi edukattivi tal-Ewropa kienu jissodisfaw il-bżonnijiet tas-soċjetà talinformazzjoni.

Sadanittant, l-UE kienet qed taħdem fuq l-iktar proġett spettakolari tagħha

sal-lum — il-ħolqien ta’ munita unika biex tiffaċilita l-ħajja tan-negozji,

il-konsumaturi u dawk li jivvjaġġjaw. Fl-1 ta’ Jannar 2002, l-ewro ħadet post

il-muniti l-antiki ta’ 12-il pajjiż Ewropew, li flimkien kienu jiffurmaw iż-“żona

tal-ewro”. L-ewro issa hija munita dinjija ewlenija flimkien mad-dollaru Amerikan.

9.

F’nofs is-snin 90 tas-seklu l-ieħor bdew it-tħejjijiet għall-ikbar tkabbir tal-UE sallum.

Ġew sottomessi applikazzjonijiet għas-sħubija minn dawk il-pajjiżi li kienu

mal-blokk Sovjetiku (il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Polonja, ir-

Rumanija u s-Slovakkja), it-tliet Stati Baltiċi li kienu parti mill-Unjoni Sovjetika

(l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja), waħda mir-repubbliki ta’ Dik li kienet il-Jugoslavja

(is-Slovenja) u żewġ pajjiżi Mediterranji (Ċipru u Malta).

L-UE laqgħet din l-opportunità li tgħin biex tistabbilizza l-kontintent Ewropew u

biex testendi l-benefiċċji tal-integrazzjoni Ewropea għad-demokraziji friski. Innegozjati

nbdew f’Diċembru 1997 u 10 mill-pajjiżi kandidati ssieħbu fl-Unjoni

Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004. Il-Bulgarija u r-Rumanija ssieħbu fl-1 ta’ Jannar 2007,

u b’hekk l-Istati Membri tal-UE saru 27.

10.

Biex tkun tista’ taffaċċja l-isfidi kumplessi tas-seklu 21, l-UE mkabbra kellha bżonn

metodu iktar sempliċi u effiċjenti biex tieħu d-deċiżjonijiet konġunti tagħha.

Kienu ġew proposti regoli ġodda f’abbozz tal-Kostituzzjoni tal-UE, li ġiet iffirmata

f’Ottubru 2004 u li kellha tissostitwixxi t-trattati eżistenti kollha. Madankollu, it-test

ġie rrifjutat wara żewġ referendi nazzjonali fl-2005. Għalhekk it-Trattat ta’ Lisbona,

li ġie ffirmat fit-13 ta’ Diċembru 2007 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009, ħa

post il-Kostituzzjoni. Dan jemenda iżda ma jissostitwixxix it-trattati preċedenti, u

jintroduċi ħafna mill-bidliet li kienu inklużi fil-Kostituzzjoni. Pereżempju, permezz

tat-Trattat, il-Kunsill Ewropew għandu President permanenti u nħolqot il-kariga ta’

Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà.

13

It-tkabbir tal-UE u relazzjonijiet

tajbin mal-ġirien

14

L-Unjoni Ewropea hija miftuħa għal kwalunkwe pajjiż

Ewropew li jissodisfa l-kriterji demokratiċi, politiċi u

ekonomiċi għas-sħubija.

Permezz ta’ serje ta’ tkabbir (bl-iktar wieħed reċenti

fl-2007) il-pajjiżi membri fl-UE minn sitta saru 27. Mill-

2010, disa’ pajjiżi oħra bdew jinnegozjaw is-sħubija

(pereżempju, il-Kroazja u t-Turkija) jew qegħdin fi

stadji varji ta’ tħejjija. Huwa mistenni li l-Kroazja ssir

it-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

Kull trattat li jaċċetta membru ġdid jeħtieġ

l-approvazzjoni unanima tal-Istati Membri kollha.

Barra minn hekk, qabel kull tkabbir ġdid, l-UE għandha

tivvaluta l-kapaċità tagħha li tassorbi lill-membru

l-ġdid/membri ġodda u l-ħila tal-istituzzjonijiet tagħha

li jkomplu jiffunzjonaw kif suppost.

It-tkabbir tal-Unjoni Ewropea għen fit-tisħiħ u

l-istabbilizzazzjoni tad-demokrazija u s-sigurtà

fl-Ewropa u żied il-potenzjal tal-kontinent għallkummerċ

u t-tkabbir ekonomiku.

I. L-UNIFIKAZZJONI TA’ KONTINTENT

(a) Unjoni ta’ 27

Meta ltaqa’ f’Kopenħagen, f’Diċembru 2002, il-Kunsill Ewropew għamel wieħed

mill-aktar passi importanti fl-istorja tal-integrazzjoni Ewropea. Meta stiednet 12-il

pajjiż ieħor biex jissieħbu magħha, l-Unjoni Ewropea ma kinitx sempliċement qed

tkabbar id-daqs ġeografiku u l-popolazzjoni tagħha; kienet qed toffri rimedju għaddiviżjoni

li kienet qasmet il-kontinent tagħna fi tnejn fl-1945. Il-pajjiżi Ewropej li,

għal deċennji sħaħ, ma kinux gawdew il-libertà demokratika, fl-aħħar setgħu

jerġgħu jingħaqdu mal-familja ta’ nazzjonijiet demokratiċi Ewropej. Għalhekk ir-

Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, is-Slovakkja

u s-Slovenja saru membri tal-UE fl-2004, flimkien mal-gżejjer Mediterranji ta’ Ċipru

u Malta. Il-Bulgarija u r-Rumanija segwew fl-2007. Issa kollha huma msieħba filproġett

ferm importanti li tfassal mill-missirijiet fundaturi tal-UE.

(b) Negozjati li qed isiru attwalment

It-Turkija, membru tan-NATO bi ftehim ta’ assoċjazzjoni mal-UE għat-tul, applikat

għas-sħubija mal-Unjoni Ewropea fl-1987. Minħabba l-pożizzjoni ġeografika

tat-Turkija u l-istorja politika tagħha, l-UE damet taħsibha għal żmien twil qabel

ma aċċettat l-applikazzjoni tagħha. Madankollu, f’Ottubru 2005, inbdew il-wisq

mistennija negozjati dwar l-adeżjoni — mhux biss mat-Turkija iżda anki mal-

Kroazja. Fl-2010, in-negozjati mal-Kroazja kienu waslu biex jiġu finalizzati. Xi pajjiżi

tal-UE esprimew dubji dwar jekk it-Turkija hix se ssir jew għandhiex issir membru

tal-Unjoni Ewropea. Huma jipproponu arranġament alternattiv — “sħubija

privileġġjata” — iżda t-Turkija tirrifjuta din l-idea.

(ċ) Il-Balkani tal-Punent u l-Islanda

Il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, li l-parti l-kbira tagħhom darba kienu parti mill-

Jugoslavja, ukoll qed jirrikorru lejn l-Unjoni Ewropea sabiex iħaffu r-rikostruzzjoni

ekonomika tagħhom, itejbu r-relazzjonijiet reċiproki tagħhom (li ilhom li

ddeterjoraw minħabba gwerer etniċi u reliġjużi), u jikkonsolidaw l-istituzzjonijiet

demokratiċi tagħhom. F’Novembru 2005, l-UE tat l-istatus ta’ “pajjiż kandidat”

lil Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (FYROM). Il-kandidati

potenzjali li huma l-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Montenegro u s-Serbja,

għandhom ftehim ta’ “stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni” mal-UE, li huwa mfassal

biex iwitti t-triq għal negozjati eventwali dwar is-sħubija. L-Islanda, wara li laqqtet

daqqa ta’ ħarta mill-kriżi finanzjarja tal-2008, applikat għal sħubija mal-UE fl-2009.

Il-Kosovo ddikjara l-indipendenza tiegħu fit-18 ta’ Frar 2008 u jista’ jsir ukoll pajjiż

kandidat uffiċjali.

15

16

Sa tmiem dan id-deċennju, għalhekk, is-sħubija mal-Unjoni Ewropea tista’ tiżdied

minn 27 pajjiż għal 35. Dan ikun tkabbir prinċipali ieħor u probabbilment ikun

jirrikjedi iktar tibdiliet fil-mod kif tiffunzjona l-UE.

II. IL-KUNDIZZJONIJIET GĦAS-SĦUBIJA

(a) Ir-rekwiżiti legali

L-integrazzjoni Ewropea minn dejjem kienet proċess politiku u ekonomiku miftuħ

għall-pajjiżi Ewropej kollha li huma lesti li jiffirmaw it-Trattati u li jaderixxu malkorp

leġiżlattiv kollu tal-UE. Skont it-Trattat ta’ Lisbona (l-Artikolu 49), kwalunkwe

stat Ewropew jista’ japplika biex isir membru tal-Unjoni Ewropea sakemm jirrispetta

l-prinċipji tal-libertà, id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u

l-libertajiet fundamentali, u l-istat tad-dritt.

(b) Il-“kriterji ta’ Kopenħagen”

Fl-1993, wara talbiet mill-pajjiżi li qabel kienu komunisti biex jissieħbu fl-Unjoni, il-

Kunsill Ewropew stabbilixxa tliet kriterji li dawn għandhom jissodisfaw sabiex isiru

membri. Meta jaslu għas-sħubija, il-membri l-ġodda jrid ikollhom:

istituzzjonijiet stabbli li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, iddrittijiet

tal-bniedem u r-rispett u l-ħarsien tal-minoritajiet;

ekonomija tas-suq attiva u l-kapaċità li jlaħħqu ma’ pressjonijiet kompetittivi

u l-forzi tas-suq fi ħdan l-Unjoni;

il-ħila li jaqdu l-obbligi tas-sħubija, inkluż l-appoġġ għall-għanijiet tal-Unjoni.

Irid ikollhom amministrazzjoni pubblika li, fil-prattika, tkun kapaċi tapplika u

timmaniġġja l-liġijiet tal-UE.

Il-“Perla tal-Adrijatiku”, Dubrovnik fil-Kroazja, kandidat għal sħubija mal-UE.

(ċ) Il-proċess li bih issir Stat Membru tal-UE

It-taħdidiet dwar is-sħubija (negozjati dwar l-adeżjoni) isiru bejn il-pajjiż kandidat

u l-Kummissjoni Ewropea, li tirrappreżenta lill-UE. Ladarba dawn ikunu konklużi,

id-deċiżjoni li pajjiż ġdid jitħalla jissieħeb fl-UE trid tittieħed b’mod unanimu mill-

Istati Membri eżistenti li jiltaqgħu fil-Kunsill. Il-Parlament Ewropew ukoll irid jagħti

l-approvazzjoni tiegħu, li jfisser li maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu jridu

jivvutaw favur. Imbagħad l-Istati Membri u l-pajjiż kandidat iridu jirratifikaw ittrattat

tal-adeżjoni, kull wieħed skont il-proċeduri kostituzzjonali tiegħu.

Waqt il-perjodu ta’ negozjati, il-pajjiżi kandidati normalment jirċievu għajnuna

mill-UE ta’ “sħubija għall-adeżjoni” biex ikunu jistgħu jlaħħqu ekonomikament.

Ħafna drabi jkollhom ukoll “ftehimiet ta’ stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni” mal-UE.

Skont dawn il-ftehimiet, l-UE timmonitorja direttament ir-riformi ekonomiċi u

amministrattivi li l-pajjiżi jkollhom iwettqu biex jissodisfaw il-kundizzjonijiet għal

sħubija mal-UE.

© Craig Campbell/Moodboard/Corbis

17

18

III. KEMM TISTA’ TIKBER L-UE?

(a) Il-fruntieri ġeografiċi

F’ħafna mill-pajjiżi tal-UE, id-diskussjonijiet dwar it-Trattat Kostituzzjonali

proponut urew li ħafna Ewropej huma mħassba dwar sa fejn għandhom jestendu

l-fruntieri tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll dwar l-identità tal-Ewropa. Ma hemmx

tweġiba sempliċi għal dawn il-mistoqsijiet, partikolarment billi kull pajjiż iqis

l-interessi ġeopolitiċi jew ekonomiċi tiegħu b’mod differenti. Il-pajjiżi Baltiċi u

l-Polonja huma favur is-sħubija tal-Ukraina mal-UE, iżda xi ngħidu għall-ġirien

tal-Ukraina? Is-sitwazzjoni politika fil-Belarus u l-pożizzjoni strateġika tal-Moldova

jagħtu lok għal diffikultajiet. U jekk it-Turkija tissieħeb mal-UE, anki l-Armenja, il-

Ġeorġja u pajjiżi oħra fil-Kawkasu jikkwalifikaw għas-sħubija?

L-UE tagħti għajnuna finanzjarja biex tgħin lill-pajjiżi ġirien tagħha jibnu l-ekonomiji tagħhom.

Minkejja li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tas-sħubija, il-Liechtenstein, in-Norveġja

u l-Isvizzera mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea għaliex l-opinjoni pubblika

f’dawn il-pajjiżi bħalissa hija kontra s-sħubija.

F’pajjiżi differenti tal-UE, l-opinjoni pubblika hija ftit jew wisq maqsuma dwar

il-kwistjoni tal-fruntieri finali tal-Unjoni Ewropea. Jekk jiġu applikati l-kriterji

ġeografiċi biss, bla ma jitqiesu l-valuri demokratiċi, l-UE tista’ — bħall-Kunsill tal-

Ewropa (li mhux korp tal-UE) — tispiċċa b’47 Stat Membru inkluża r-Russja. Jidher

ċar li s-sħubija tar-Russja kieku toħloq żbilanċi inaċċettabbli fl-Unjoni Ewropea,

kemm politikament kif ukoll ġeografikament.

© L-Unjoni Ewropea

L-approċċ sensibbli huwa li jiġi ddikjarat li kwalunkwe pajjiż Ewropew huwa intitolat

li japplika għal sħubija fl-UE sakemm ikun kapaċi jaderixxi mal-korp leġiżlattiv sħiħ

tal-UE u jkun lest jadotta l-ewro. L-integrazzjoni Ewropea ilha għaddejja bħala

proċess kontinwu sa mill-1950, u kwalunkwe attentat biex jiġu stabbiliti darba għal

dejjem il-fruntieri tal-UE se jaħdem kontra dak il-proċess.

(b) Il-politika tal-viċinat

It-tkabbir tal-2004 u l-2007 mexxa l-fruntiera tal-Unjoni Ewropea iktar lejn il-Lvant

u lejn in-Nofsinhar, u b’hekk tqajmet il-kwistjoni dwar kif l-UE għandha tittratta

r-relazzjonijiet tagħha mal-ġirien il-ġodda tagħha. L-istabbiltà u s-sigurtà huma

kwistjonijiet ta’ tħassib fir-reġjuni lil hinn mill-fruntieri tagħha, u l-Unjoni Ewropea

xtaqet tevita li jinħolqu linji ġodda li jiddividu bejnha u bejn dawn ir-reġjuni

ġirien. Pereżempju, kien hemm bżonn li tittieħed azzjoni biex tittratta t-theddidiet

emerġenti għas-sigurtà bħall-immigrazzjoni illegali, il-qtugħ fil-provvista talenerġija,

id-degradazzjoni ambjentali, il-kriminalità transkonfinali organizzata u

t-terroriżmu. Għalhekk, l-UE żviluppat politika Ewropea ġdida tal-viċinat (ENP), li

tirregola r-relazzjonijiet mal-ġirien tagħha lejn il-Lvant (l-Armenja, l-Azerbajġan,

il-Belarus, il-Ġeorġja, il-Moldova u l-Ukraina), u lejn in-Nofsinhar (l-Alġerija,

l-Eġittu, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Marokk, it-territorju Palestinjan

okkupat, is-Sirja u t-Tuneżija).

Dawn il-pajjiżi kważi kollha għandhom ftehimiet bilaterali ta’ “sħubija u

kooperazzjoni” jew ftehimiet ta’ assoċjazzjoni mal-UE, li bihom ħadu l-impenn li

jirrispettaw valuri komuni (bħad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat

tad-dritt) u li jagħmlu progress lejn ekonomija tas-suq, żvilupp sostenibbli u

tnaqqis fil-faqar. L-UE, min-naħa tagħha, toffri għajnuna finanzjarja, teknika u

makroekonomika, aċċess aħjar għall-viżi u firxa ta’ miżuri biex tgħin lil dawn ilpajjiżi

jiżviluppaw.

Il-pajjiżi Mediterranji tan-Nofsinhar ilhom marbuta mal-Unjoni Ewropea sa mill-

1995 permezz ta’ rabtiet politiċi, ekonomiċi u diplomatiċi magħrufa bħala l-“proċess

ta’ Barċellona”, li iktar tard ingħata l-isem ta’ Sħubija Ewro-Mediterranja. Waqt

summit f’Pariġi f’Lulju 2008, din is-sħubija tnediet mill-ġdid bħala l-Unjoni għall-

Mediterran u għaqqdet flimkien is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u 16-il

pajjiż imsieħeb mifruxa man-Nofsinhar tal-Mediterran u l-Lvant Nofsani.

L-għajnuna finanzjarja tal-UE liż-żewġ gruppi ta’ pajjiżi hija amministrata mill-

Istrument Ewropew għall-Viċinat u s-Sħubija (ENPI). Il-baġit totali tiegħu għal bejn

l-2007 u l-2013 huwa ta’ madwar € 12-il biljun.

19

Kif taħdem l-UE?

20

Il-Kapijiet tal-Istat u/jew tal-Gvern tal-UE jiltaqgħu,

bħala l-Kunsill Ewropew, biex jistabbilixxu d-direzzjoni

politika ġenerali tal-UE u biex jieħdu deċiżjonijiet

importanti dwar kwistjonijiet prinċipali.

Il-Kunsill, li hu magħmul minn ministri mill-Istati

Membri tal-UE, jiltaqa’ regolarment biex jieħu

deċiżjonijiet politiċi u jfassal il-liġijiet tal-UE.

Il-Parlament Ewropew, li jirrappreżenta lill-poplu,

jaqsam is-setgħa leġiżlattiva u baġitarja mal-Kunsill.

Il-Kummissjoni Ewropea, li tirrappreżenta l-interess

komuni tal-UE, hija l-entità eżekuttiva ewlenija. Din

tipproponi l-leġiżlazzjoni u tiżgura li l-politiki tal-UE

jiġu implimentati kif suppost.

I. L-ISTITUZZJONIJIET LI JIEĦDU

D-DEĊIŻJONIJIET

L-Unjoni Ewropea hija aktar minn sempliċi konfederazzjoni ta’ pajjiżi, imma mhix

stat federali. Fil-fatt, l-istruttura tagħha ma taqa’ taħt l-ebda kategorija legali

tradizzjonali. Hija unika storikament, u s-sistema tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħha

ilha tevolvi kostantament għal madwar l-aħħar 60 sena.

It-Trattati (magħrufa bħala l-leġiżlazzjoni “primarja”), huma l-bażi ta’ korp kbir ta’

leġiżlazzjoni “sekondarja” li għandha impatt dirett fuq il-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini

tal-UE. Il-leġiżlazzjoni sekondarja tikkonsisti prinċipalment minn regolamenti,

direttivi u rakkomandazzjonijiet li jiġu adottati mill-istituzzjonijiet tal-UE.

Dawn il-liġijiet, flimkien mal-politiki tal-UE b’mod ġenerali, huma r-riżultat ta’

deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Kunsill (li jirrappreżenta lill-gvernijiet nazzjonali),

mill-Parlament Ewropew (li jirrappreżenta lill-poplu) u mill-Kummissjoni Ewropea

(entità indipendenti mill-gvernijiet tal-UE li tiġġieled għall-interess kollettiv

Ewropew). Istituzzjonijiet u entitajiet oħra wkoll għandhom rwol, kif se naraw

hawn taħt.

(a) Il-Kunsill Ewropew

Il-Kunsill Ewropew huwa l-istituzzjoni politika tal-UE l-iktar importanti. Dan

huwa magħmul mill-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern — il-president u/jew ilprim

ministri — tal-Istati Membri kollha tal-UE, flimkien mal-President tal-

Kummissjoni Ewropea (ara hawn taħt). Il-Kumitat normalment jiltaqa’ erba’

darbiet fis-sena fi Brussell. Huwa għandu President permanenti, li xogħlu huwa li

jikkoordina x-xogħol tal-Kunsill Ewropew u jiżgura l-kontinwità tiegħu. Il-President

permanenti jiġi elett (permezz ta’ votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata tal-membri

tiegħu) għal perjodu ta’ sentejn u nofs u jista’ jerġa’ jiġi elett darba. Herman Von

Rompuy, li kien Prim Ministru tal-Belġju, ilu jokkupa l-kariga ta’ President tal-UE

mill-1 ta’ Diċembru 2009.

Il-Kunsill Ewropew jistabbilixxi l-għanijiet tal-UE u jfassal pjan ta’ kif għandhom

jintlaħqu. Huwa jipprovdi l-impetu għall-inizjattivi politiċi prinċipali tal-UE u jieħu

deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet jaħarqu li l-Kunsill tal-Ministri ma jkunx irnexxielu

jilħaq qbil dwarhom. Il-Kunsill Ewropew jittratta wkoll problemi internazzjonali

attwali permezz tal-“politika komuni barranija u tas-sigurtà” — li hija mekkaniżmu

għall-koordinazzjoni tal-politiki barranin tal-Istati Membri tal-UE.

21

22

(b) Il-Kunsill

Il-Kunsill (magħruf ukoll bħala l-Kunsill tal-Ministri) huwa magħmul minn ministri

mill-gvernijiet nazzjonali tal-UE. L-Istati Membri tal-UE jokkupaw il-Presidenza tal-

Kunsill għal perjodu ta’ sitt xhur, skont min ikun imissu. Għal kull laqgħa tal-Kunsill

jattendi ministru wieħed minn kull pajjiż tal-UE. Is-suġġett li jkun fuq l-aġenda

jiddetermina liema ministri jattendu għal-laqgħa: l-affarijiet barranin, l-agrikoltura,

l-industrija, it-trasport, l-ambjent, eċċ.

Ix-xogħol prinċipali tal-Kunsill huwa li jgħaddi l-liġijiet tal-UE. Normalment dan

jaqsam din ir-responsabbiltà mal-Parlament Ewropew. Il-Kunsill u l-Parlament

Ewropew flimkien huma responsabbli wkoll indaqs mill-adozzjoni tal-baġit tal-UE.

Barra minn hekk, il-Kunsill jikkonkludi wkoll ftehimiet internazzjonali li jkunu ġew

innegozjati mill-Kummissjoni.

Skont it-Trattat ta’ Lisbona, il-Kunsill għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu jew b’vot ta’

maġġoranza sempliċi, jew b’vot ta’ “maġġoranza kwalifikata”, jew b’mod unanimu,

jiddependi mis-suġġett li dwaru tkun se tittieħed deċiżjoni.

Il-Kunsill irid jaqbel b’mod unanimu dwar kwistjonijiet importanti bħat-tassazzjoni,

l-emendar tat-Trattati, it-tnedija ta’ politika komuni ġdida jew dwar jekk pajjiż ġdid

għandux jitħalla jissieħeb fl-Unjoni.

Fil-parti l-kbira ta’ każijiet oħra, tintuża votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata. Dan

ifisser li deċiżjoni tal-Kunsill tiġi adottata jekk numru minimu speċfikat ta’ voti jkunu

favur tagħha. In-numru ta’ voti allokati lil kull pajjiż tal-UE bejn wieħed u ieħor jirrifletti

d-daqs tal-popolazzjoni tiegħu.

Sal-1 ta’ Novembru 2014, bis-suppożizzjoni li l-UE tibqa’ b’27 Stat Membru, deċiżjoni

tiġi adottata jekk:

tal-inqas 255 vot mit-347 (jiġifieri 73.91 %) ikunu favur;

din tiġi approvata minn maġġoranza ta’ Stati Membri, jiġifieri tal-inqas 14;

jekk dawn l-Istati Membri li jkunu favur jirrappreżentaw tal-inqas 62 % talpopolazzjoni

tal-UE.

© DEMOTIX

Ewropa iktar demokratika: bis-saħħa tat-Trattat ta’ Lisbona,

iċ-ċittadini Ewropej issa jistgħu jipproponu liġijiet ġodda.

Mill-1 ta’ Novembru 2014, skont it-Trattat ta’ Lisbona, is-sistema se tiġi ssimplifikata.

Deċiżjoni se tiġi adottata jekk 55 % tal-Istati Membri (jiġifieri tal-inqas 15 minnhom)

ikunu favoriha u jekk jirrappreżentaw tal-inqas 65 % tal-popolazzjoni tal-UE.

(ċ) Il-Parlament Ewropew (PE)

Il-Parlament Ewropew huwa l-entità eletta li tirrappreżenta liċ-ċittadini tal-UE.

Dan jissorvelja l-attivitajiet tal-UE u, flimkien mal-Kunsill, jgħaddi l-leġiżlazzjoni

tal-UE. Sa mill-1979, il-membri tal-Parlament Ewropew (MPE) bdew jiġu eletti

direttament, billi kull ħames snin jivvutaw dawk kollha li għandhom il-jedd għallvot.

Wara l-aħħar elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, f’Ġunju 2009, Jerzy Buzek (mill-

Partit Popolari Ewropew), li kien Prim Ministru tal-Polonja, ġie elett President tal-

Parlament għal perjodu ta’ sentejn u nofs.

Il-Parlament Ewropew — fejn iċ-ċittadin jista’ jsemma’ leħnu.

Il-Parlament ikollu d-dibattiti prinċipali tiegħu waqt laqgħat ta’ kull xahar

(magħrufa bħala “sessjonijiet plenarji”) li, fil-prinċipju jmorru għalihom il-MPE

kollha. Dawn is-sessjonijiet plenarji normalment isiru fi Strasburgu, u kwalunkwe

sessjoni addizzjonali ssir fi Brussell. Ix-xogħol preparatorju normalment isir fi

Brussell: il-“Konferenza tal-Presidenti” — jiġifieri l-presidenti tal-gruppi politiċi

flimkien mal-President tal-Parlament — tistabbilixxi l-aġenda għas-sessjonijiet

plenarji filwaqt li 20 kumitat parlamentari jfasslu abbozz tal-emendi leġiżlattivi li li

għandhom jiġi dibattuti. Ix-xogħol amministrattiv ta’ kuljum tal-Parlament isir mis-

Segretarjat Ġenerali tiegħu, ibbażat fil-Lussemburgu u Brussell. Kull grupp politiku

għandu wkoll is-segretarjat tiegħu.

© Parlament Ewropew

23

24

In-numru ta’ siġġijiet fil-Parlament Ewropew skont il-pajjiż fl-2009

L-Awstrija 17 Il-Litwanja 12

Il-Belġju 22 Il-Lussemburgu 6

Il-Bulgarija 17 Malta 5

Ċipru 6 Il-Pajjiżi l-Baxxi 25

Id-Danimarka 13 Il-Polonja 50

L-Estonja 6 Il-Portugall 22

Il-Finlandja 13 Ir-Renju Unit 72

Franza 72 Ir-Repubblika Ċeka 22

Il-Ġermanja 99 Ir-Rumanija 33

Il-Greċja 22 Is-Slovakkja 13

L-Irlanda 12 Is-Slovenja 7

L-Isvezja 18 Spanja 50

L-Italja 72 L-Ungerija 22

Il-Latvja 8

TOTAL 736

NB: Deċiżjoni skont Protokoll Nru 36 mat-Trattat ta’ Lisbona se żżid temporanjament l-għadd

totali ta’ MPE għal 754 sal-elezzjonijiet li jmiss fl-2014.

Il-Parlament jieħu sehem fix-xogħol leġiżlattiv tal-UE b’żewġ modi:

Permezz tal-“kodeċiżjoni”, li hija l-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-Parlament

jaqsam responsabbiltà ndaqs mal-Kunsill biex jilleġiżla fl-oqsma politiċi kollha

li jirrikjedu votazzjoni b’“maġġoranza kwalifikata” fil-Kunsill. Minn meta daħal

fis-seħħ it-Trattat ta’ Lisbona, dawn l-oqsma bdew ikopru madwar 95 % talleġiżlazzjoni

tal-UE. Il-Kunsill u l-Parlament jistgħu jilħqu qbil anki fl-ewwel

qari. Jekk ma jkunux jistgħu jilħqu qbil wara t-tieni qari, il-proposta titressaq

quddiem kumitat ta’ konċiljazzjoni.

Permezz tal-proċedura ta’ “kunsens”, il-Parlament irid jirratifika l-ftehimiet

internazzjonali tal-UE (innegozjati mill-Kummissjoni), inkluż kwalunkwe

trattat ġdid li jkabbar l-Unjoni Ewropea.

Il-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew

L-Alleanza Progressiva

tas-Soċjalisti u

d-Demokratiċi

184

Ix-Xellug Ewropew

Magħqud — Ix-Xellug

Nordiku Aħdar

35

Is-sitwazzjoni f’Lulju 2010

Il-Ħodor/Alleanza

Ħielsa Ewropea

55

L-Alleanza tal-Liberali

u d-Demokratiċi għall-

Ewropa

85

TOTAL

736

Il-Partit Popolari Ewropew

(Demokratiċi Kristjani))

265

Il-Konservattivi u r-Riformisti

Ewropej

54

L-Ewropa tal-Libertà

u tad-Demokrazija

30

Membri Indipendenti

28

Il-Parlament Ewropew jaqsam ukoll mal-Kunsill responsabbiltà ndaqs għalladozzjoni

tal-baġit tal-UE (proponut mill-Kummissjoni Ewropea). Il-Parlament

jista’ jirrifjuta l-baġit propost, u diġà għamel dan f’diversi okkażjonijiet. Meta jiġri

dan, il-proċedura baġitarja kollha jkollha tinbeda mill-ġdid. Permezz tas-setgħat

baġitarji tiegħu, il-Parlament jeżerċita influwenza kunsiderevoli fuq it-tfassil talpolitika

tal-UE.

Fl-aħħar, imma mhux l-inqas, il-Parlament Ewropew jeżerċita superviżjoni

demokratika fuq l-Unjoni, u partikolarment fuq il-Kummissjoni Ewropea. Kull

ħames snin, meta jasal il-waqt li tintgħażel Kummissjoni ġdida, il-Parlament li jkun

għadu kemm ġie elett jista’ — permezz ta’ votazzjoni b’maġġoranza sempliċi —

japprova jew jirrifjuta in-nomina tal-Kunsill Ewropew għall-kariga ta’ President tal-

Kummissjoni. Ovvjament, din il-votazzjoni tirrifletti r-riżultati tal-elezzjoni reċenti

tal-PE. Il-Parlament jintervista wkoll kull membru proponut tal-Kummissjoni qabel

jivvota biex japprova l-Kummissjoni l-ġdida kollha kemm hi.

Fi kwalunkwe ħin, il-Parlament jista’ jkeċċi lill-Kummissjoni kollha billi jadotta

mozzjoni ta’ ċensura. Din teħtieġ maġġoranza ta’ żewġ terzi. Il-Parlament jissorvelja

wkoll l-amministrazzjoni minn jum għal jum tal-politiki tal-UE billi jippreżenta

mistoqsijiet bil-fomm u bil-miktub lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.

(d) Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni hija istituzzjoni prinċipali tal-UE. Il-Kummissjoni biss għandha

d-dritt li tfassal proposti ġodda għal leġiżlazzjoni ġdida tal-UE, li mbagħad tibgħat

lill-Kunsill u lill-Parlament għad-diskussjoni u l-adozzjoni.

Il-membri tagħha jinħatru għal perjodu ta’ ħames snin bi ftehim bejn l-Istati

Membri, suġġett għall-approvazzjoni mill-Parlament Ewropew (kif deskritt fuq).

25

26

Il-Kummissjoni trid tiġġustifika l-azzjonijiet tagħha quddiem il-Parlament, u

l-Kummissjoni kollha jkollha tirriżenja jekk il-Parlament jgħaddi mozzjoni ta’

ċensura kontra tagħha.

Fil-Kummissjoni hemm membru (Kummissarju) minn kull pajjiż tal-UE, inkluż

il-President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet

Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, li jkun wieħed mill-viċi presidenti tal-Kummissjoni.

Fid-9 ta’ Frar 2010, il-Parlament Ewropew ivvota biex japprova l-Kummissjoni

l-ġdida. José Manuel Barroso, li kien il-Prim Ministru tal-Portugall, reġa’ nħatar

President tal-Kummissjoni għat-tieni perjodu ta’ ħames snin.

Il-Kummissjoni għandha grad sostanzjali ta’ indipendenza fl-eżerċizzju tas-setgħat

tagħha. Xogħolha huwa li tiġġieled għall-interess komuni, li jfisser li ma tistax tieħu

struzzjonijiet mingħand l-ebda gvern nazzjonali. Bħala “Gwardjana tat-Trattati”, trid

tiżgura li r-regolamenti u d-direttivi li jiġu adottati mill-Kunsill u mill-Parlament

jiġu implimentati fl-Istati Membri. Jekk dan ma jkunx qed isir, il-Kummissjoni

tista’ tiftaħ kawża kontra min qed jikser il-liġi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja biex

tobbligah jikkonforma mal-liġi tal-UE.

Bħala l-fergħa eżekuttiva tal-UE, il-Kummissjoni timplimenta d-deċiżjonijiet li

jittieħdu mill-Kunsill f’oqsma bħall-politika agrikola komuni. Hija għandha poteri

estensivi biex timmaniġġja l-politiki komuni tal-UE, bħar-riċerka u t-teknoloġija,

l-għajnuna li tingħata lil pajjiżi barranin u l-iżvilupp reġjonali. Hi timmaniġġja

wkoll il-baġit għal dawn il-politiki.

Il-Kummissarji jiġu megħjuna minn servizz pubbliku bbażat prinċipalment fi

Brussell u l-Lussemburgu u maqsum fi 43 dipartiment u servizz. Hemm ukoll għadd

ta’ aġenziji li twaqqfu biex iwettqu kompiti speċifiċi għall-Kummissjoni u li jinsabu

prinċipalment fi bliet Ewropej oħra.

(e) Il-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li tinsab fil-Lussemburgu, hija magħmula

minn imħallef wieħed minn kull pajjiż tal-UE, megħjuna minn tmien avukati

ġenerali. Dawn jinħatru bi ftehim konġunt tal-gvernijiet tal-Istati Membri għal

perjodu ta’ sitt snin li jista’ jiġġedded. L-indipendenza tagħhom hija ggarantita.

Ir-rwol tal-Qorti huwa li tiżgura konformità mal-liġi tal-UE u li t-Trattati jiġu

interpretati u applikati b’mod korrett.

(f) Il-Bank Ċentrali Ewropew

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), li huwa bbażat fi Frankfurt, huwa responsabbli millimmaniġġjar

tal-ewro u mill-politika monetarja tal-UE (ara l-Kapitolu 7). Il-kompitu

prinċipali tiegħu huwa li jżomm stabbiltà fil-prezzijiet fiż-żona tal-ewro. Il-Bank

Ċentrali kiseb l-istatus ta’ istituzzjoni tal-UE permezz tat-Trattat ta’ Lisbona.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tiżgura li l-liġi Ewropea tiġi rrispettata għalkollox. Fost l-oħrajn,

ikkonfermat li d-diskriminazzjoni ta’ ħaddiema b’diżabbiltà hija projbita.

(g) Il-Qorti tal-Awdituri

Il-Qorti tal-Awdituri, li tinsab fil-Lussemburgu, kienet stabbilita fl-1975. Għandha

membru wieħed minn kull pajjiż tal-UE, li jinħatar għal perjodu ta’ sitt snin bi ftehim

bejn l-Istati Membri wara li jiġi kkonsultat il-Parlament Ewropew. Din tikkontrolla li

d-dħul kollu tal-Unjoni Ewropea jkun wasal u li n-nefqa kollha tagħha ssir b’mod legali

u regolari u li l-baġit tal-UE jkun ġie mmaniġġjat sew.

II. ENTITAJIET OĦRAJN

(a) Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Meta jittieħdu deċiżjonijiet f’għadd ta’ oqsma politiċi, il-Kunsill u l-Kummissjoni

jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE). Il-membri tiegħu

jirrappreżentaw lid-diversi gruppi ta’ interess ekonomiku u soċjali li b’mod kollettiv

jiffurmaw “is-soċjetà ċivili organizzata”, u jinħatru mill-Kunsill għal perjodu ta’

ħames snin.

(b) Il-Kumitat tar-Reġjuni

Il-Kumitat tar-Reġjuni (KtR) jikkonsisti minn rappreżentanti tal-gvern reġjonali u

lokali. Dawn jiġu proponuti mill-Istati Membri u maħtura mill-Kunsill għal perjodu

ta’ ħames snin. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jikkonsultaw lill-KtR dwar

kwistjonijiet ta’ rilevanza għar-reġjuni, u l-KtR jista’ joħroġ opinjonijiet bl-inizjattiva

tiegħu stess.

(ċ) Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), li huwa bbażat fil-Lussemburgu, jipprovdi

self u garanziji biex jgħin lir-reġjuni inqas żviluppati tal-UE u biex jgħin ħalli

n-negozji jsiru aktar kompetittivi.

© HBSS/Corbis

27

X’tagħmel l-UE?

28

L-Unjoni Ewropea taġixxi f’firxa wiesgħa ta’ oqsma

tal-politika fejn l-azzjoni tagħha hija ta’ benefiċċju

għall-Istati Membri. Dawn jinkludu:

• politiki ta’ innovazzjoni, li jwasslu t-teknoloġiji l-aktar

avvanzati f’oqsma bħall-ħarsien ambjentali, ir-riċerka

u l-iżvilupp (R&D) u l-enerġija;

• il-politiki ta’ solidarjetà (magħrufa wkoll bħala politiki

ta’ koeżjoni) fi kwistjonijiet reġjonali, agrikoli u soċjali.

L-Unjoni tiffinanzja dawn il-politiki permezz ta’

baġit annwali li jippermettilha li tikkumplimenta u

żżid il-valur mal-azzjonijiet meħuda mill-gvernijiet

nazzjonali. Il-baġit tal-UE huwa żgħir meta mqabbel

mal-ġid kollettiv tal-Istati Membri tagħha: dan

jirrappreżenta mhux iktar minn 1.23 % tad-dħul

nazzjonali gross tagħhom kollha.

I. IL-POLITIKI TA’ INNOVAZZJONI

L-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea għandhom impatt fuq il-ħajja ta’ kuljum taċċittadini

tagħha billi jindirizzaw l-isfidi reali li qed taffaċċja s-soċjetà: il-ħarsien

ambjentali, is-saħħa, l-innovazzjoni teknoloġika, l-enerġija, eċċ.

(a) L-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli

L-UE timmira li tgħin fil-prevenzjoni tat-tibdil fil-klima billi tilħaq tnaqqis kbir

fl-emissjonijiet tagħha tal-gassijiet b’effett ta’ serra. F’Diċembru 2008, il-Kunsill

Ewropew qabel li, sal-2020, l-Unjoni Ewropea għandha tnaqqas l-emissjonijiet

tagħha b’tal-inqas 20 % (meta mqabbla mal-livelli tal-1990), iżżid il-proporzjon

tal-enerġija rinnovabbli fis-suq għal 20 % u tnaqqas il-konsum ġenerali talenerġija

b’20 %. Kien hemm qbil ukoll li 10 % tal-fjuwil għat-trasport għandu jiġi

mill-bijofjuwils, mill-elettriku jew mill-idroġenu.

Fis-samit ta’ Kopenħagen fid-19 ta’ Diċembru 2009, l-UE ppruvat tipperswadi

lis-setgħat il-kbar l-oħra biex jadottaw l-istess miri — iżda rnexxielha biss

parzjalment. Il-partijiet kollha qablu dwar il-bżonn li t-tisħin globali jiġi llimitat

għal żieda medja ta’ 2 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali, iżda sa issa għad ma

hemm l-ebda garanzija ta’ impenn kollettiv lejn il-kisba ta’ din il-mira. Madankollu,

l-Unjoni Ewropea rnexxielha tiżgura patt li skontu l-pajjiżi żviluppati se jipprovdu

€ 20 biljun f’finanzi għall-azzjoni tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fir-rigward tal-bidla

fil-klima.

L-UE hija fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra t-tibdil

fil-klima u fl-inkoraġġiment tal-iżvilupp sostenibbli.

L-UE qed tittratta wkoll firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet ambjentali oħra li jinkludi

l-ħsejjes, l-iskart, il-protezzjoni tal-ħabitats naturali, il-gassijiet tal-egżost, issustanzi

kimiċi, l-aċċidenti industrijali u l-indafa tal-ilmijiet tajbin għall-għawm.

Qed tħejji wkoll approċċ kollettiv lejn il-prevenzjoni tad-diżastri naturali jew dawk

ikkawżati mill-bniedem bħat-tixrid taż-żejt jew in-nirien fil-foresti.

© Matthias Kulka/Corbis

29

30

L-Unjoni Ewropea ittejjeb il-leġiżlazzjoni tagħha b’mod kostanti biex tipprovdi

protezzjoni aħjar tas-saħħa pubblika. Pereżempju, il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar issustanzi

kimiċi ġiet imfassla mill-ġdid, fejn regoli iktar antiki frammentati ħaditilhom

posthom sistema waħda magħrufa bħala REACH — li tfisser Reġistrazzjoni,

Evalwazzjoni u Awtorizzazzjoni tas-Sustanzi Kimiċi (Registration, Evaluation and

Authorisation of Chemicals). Din is-sistema tuża database ċentrali mmaniġġjata

(mill-2008) mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi li tinsab f’Ħelsinki. L-għan

huwa li tkun evitata l-kontaminazzjoni tal-arja, tal-ilma, tal-ħamrija u tal-bini, li

tkun ippreservata l-bijodiversità u li jittejbu s-saħħa u s-sikurezza taċ-ċittadini tal-

UE waqt li fl-istess ħin tinżamm il-kompetittività tal-industrija Ewropea.

(b) L-innovazzjoni teknoloġika

Il-fundaturi tal-Unjoni Ewropea ma kinux sejrin żball meta pprevedew li l-prosperità

futura tal-Ewropa kienet se tiddependi fuq il-ħila tagħha li tibqa’ mexxejja dinjija fitteknoloġija.

Raw il-vantaġġi li kellha x’toffri r-riċerka konġunta Ewropea. Għalhekk,

fl-1958, flimkien mal-KEE, stabbilixxew il-Euratom — il-Komunità Ewropea tal-

Enerġija Atomika. L-għan tagħha kien li l-pajjiżi tal-UE flimkien jisfruttaw l-enerġija

nukleari għal għanijiet paċifiċi, bl-għajnuna taċ-Ċentru għar-Riċerka Konġunta (ĊRK).

Dan jikkonsisti minn seba’ istituti f’ħames postijiet: Ispra (fl-Italja), Karlsruhe (fil-

Ġermanja), Petten (fil-Pajjiżi l-Baxxi), Geel (fil-Belġju) u Sevilja (fi Spanja).

Madankollu, biex tlaħħaq mal-kompetizzjoni globali li kienet qed tiżdied, ir-riċerka

Ewropea kellha tiġi ddiversifikata — u kellhom jitneħħew l-ostakli bejn il-programmi

nazzjonali ta’ riċerka, biex l-ikbar varjetà possibbli ta’ xjentisti jinġiebu flimkien u

jingħataw għajnuna biex isibu applikazzjonijiet industrijali għall-iskoperti tagħhom.

Ir-riċerka konġunta fuq livell tal-UE hija maħsuba biex tikkumplimenta l-programmi

nazzjonali ta’ riċerka. Hija tiffoka fuq proġetti li jġibu flimkien numru ta’ laboratorji

f’diversi pajjiżi tal-UE. Tappoġġja wkoll riċerka fundamentali f’oqsma bħall-fużjoni

termonukleari kkontrollatata — sors ta’ enerġija li potenzjalment ma jinħeliex għasseklu

21. Barra minn hekk, tinkoraġġixxi r-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku f’industriji

ewlenin bħall-elettronika u l-kompjuters, li jaffaċċjaw kompetizzjoni iebsa minn barra

l-Ewropa.

© P. Carril/ESA

L-UE tinkoraġġixxi l-innovazzjoni u r-riċerka bħal Galileo,

is-sistema ta’ navigazzjoni globali bis-satellita tal-Ewropa.

Il-mira tal-UE hija li tonfoq 3 % tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) tagħha fuq irriċerka.

Il-mezz ewlieni għall-finanzjament tar-riċerka tal-UE hu serje ta’ programmi

ta’ “qafas”. Is-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku jkopri

l-perjodu ta’ bejn l-2007 u l-2013. Ħafna mill-baġit li jaqbeż il-€ 50 biljun qed jintefaq

fuq riċerka f’oqsma bħas-saħħa, l-ikel u l-agrikoltura, it-teknoloġiji tal-informazzjoni

u tal-komunikazzjoni, in-nanoxjenzi, l-enerġija, l-ambjent, it-trasport, is-sigurtà u

l-ispazju, u x-xjenzi soċjoekonomiċi. Programmi oħra jippromwovu kooperazzjoni

internazzjonali fir-rigward ta’ proġetti ta’ riċerka li huma tassew innovattivi u jipprovdu

appoġġ għar-riċerkaturi u l-iżvilupp tal-karriera tagħhom.

(ċ) L-enerġija

Il-fjuwils fossili — iż-żejt, il-gass naturali u l-faħam — jipprovdu 80 % talenerġija

kkunsmata fl-UE. Proporzjon kbir u li qed jikber minn dawn il-fjuwils fossili

qed jiġu importati minn barra l-UE. Bħalissa, 50 % tal-gass u taż-żejt jiġi importat,

u din id-dipendenza tista’ tikber għal 70 % sal-2030. B’hekk, l-UE se ssir aktar

vulnerabbli għal qtugħ fil-provvisti jew għal żidiet fil-prezzijiet ikkawżati minn

kriżijiet internazzjonali. Raġuni oħra għaliex għandha tnaqqas il-konsum tagħha

tal-fjuwils fossili hija biex jitwaqqaf il-proċess tat-tisħin globali.

Fil-ġejjieni se jkollhom jittieħdu diversi passi bħall-iffrankar tal-enerġija bl-użu

aktar intelliġenti tagħha, l-iżvilupp ta’ sorsi alternattivi ta’ enerġija (partikolarment

sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fl-Ewropa), u aktar kooperazzjoni internazzjonali.

Ir-riċerka u l-iżvilupp fl-enerġija fl-Ewropa jiffokaw fuq l-enerġija mix-xemx,

mir-riħ, mill-bijomassa u dik nukleari. Hemm ukoll proġetti bi prova biex jiġu

żviluppati l-qbid u l-ħażna tas-CO 2 u biex il-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu jsiru

kummerċjalment vijabbli. L-UE investiet ukoll € 1.6 biljun fil-proġett “sema nadifa”

għall-iżvilupp ta’ inġenji tal-ajru b’inqas emissjonijiet ta’ dannu.

II. IL-POLITIKI TA’ SOLIDARJETÀ

Biex ikun żgurat li s-suq uniku (ara l-Kapitolu 6) jiffunzjona sew, l-iżbilanċi f’dak issuq

jeħtieġ li jissewwew. Dan huwa l-għan tal-“politiki ta’ solidarjetà” tal-UE, li huma

mfassla biex jgħinu lil reġjuni sottożviluppati u setturi tal-ekonomija li mhux sejrin

tajjeb. L-UE hemm bżonn ukoll li tagħti sehemha biex tgħin fir-ristrutturazzjoni ta’

industriji li ħadu daqqa ta’ ħarta mill-kompetizzjoni internazzjonali li qed tiżdied

b’mod mgħaġġel.

(a) L-għajnuna reġjonali

Skont il-politika reġjonali tal-UE, il-fondi tal-Unjoni Ewropej jintużaw sabiex

tingħata spinta lill-iżvilupp f’reġjuni li baqgħu lura, għar-riġenerazzjoni ta’ reġjuni

industrijali li sejrin lura, bħala għajnuna liż-żgħażagħ u lil dawk li ilhom ħafna

qiegħda ħalli jsibu x-xogħol, sabiex tkun immodernizzata l-biedja, u biex tingħata

għajnuna lil żoni rurali inqas vantaġġjati.

31

32

Il-fondi mwarrba għall-għajnuna reġjonali għal bejn l-2007 u l-2013 huma mmirati

lejn tliet għanijiet.

Il-konverġenza. L-għan huwa li tingħata għajnuna lill-pajjiżi u lir-reġjuni

l-inqas żviluppati sabiex ilaħħqu aktar malajr mal-medja tal-UE billi

jtejbu l-kundizzjonijiet għat-tkabbir u għall-impjieg. Dan isir permezz ta’

investiment fil-kapital fiżiku u dak uman, fl-innovazzjoni, fis-soċjetà tal-għerf,

fl-adattament għall-bidla, fl-ambjent u fl-effiċjenza amministrattiva.

Il-kompetittività reġjonali u l-impjieg. L-għan huwa li jiżdiedu

l-kompetittività, il-livelli tal-impjieg u l-attrazzjoni tar-reġjuni barra dawk

l-inqas żviluppati. Il-mod kif dan jista’ jseħħ huwa billi jiġu antiċipati l-bidliet

ekonomiċi u soċjali u jiġu promossi l-innovazzjoni, l-intraprenditorija, ilħarsien

ambjentali, l-aċċessibbiltà, l-adattabbiltà u l-iżvilupp ta’ swieq taxxogħol

inklużivi.

Il-kooperazzjoni territorjali Ewropea. Hawnhekk l-għan huwa li tiżdied

il-kooperazzjoni transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali, filwaqt li

l-awtoritajiet tal-viċinat jingħataw għajnuna biex isibu soluzzjonijiet konġunti

għall-problemi komuni fis-setturi bħall-iżvilupp urban, rurali u tal-kosta.

Pereżempju, il-pajjiżi u l-awtoritajiet reġjonali tul ix-xmara Danubju u malbaħar

Baltiku għandhom strateġiji komuni għall-iżvilupp sostenibbli f’dawk

ir-reġjuni.

Dawn l-għanijiet huma ffinanzjati permezz ta’ fondi speċifiċi tal-UE, magħrufa

bħala l-“Fondi Strutturali”, li jiżdiedu mal-investimenti mis-settur privat u millgvernijiet

nazzjonali u reġjonali jew jistimulawhom.

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) jintuża biex jiffinanzja

proġetti ta’ żvilupp reġjonali u biex jagħti spinta lill-ekonomija f’reġjuni li

għadhom lura. Dan jinkludi l-iżvilupp mill-ġdid ta’ żoni industrijali li qed

jesperjenzaw it-tnaqqis.

Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) jintuża biex jiffinanzja t-taħriġ vokazzjonali u

biex jgħin lin-nies isibu xogħol.

Minbarra l-Fondi Strutturali, hemm Fond ta’ Koeżjoni, li jintuża biex ikunu ffinanzjati

proġetti tal-infrastruttura tat-trasport u proġetti ambjentali fil-pajjiżi tal-UE fejn il-

PDG minn ras għal ras huwa aktar baxx minn 90 % tal-medja tal-UE.

(b) Il-politika agrikola komuni (PAK) u l-politika komuni tas-sajd (PKS)

L-għanijiet tal-PKS, kif inhuma stabbiliti fit-Trattat oriġinali ta’ Ruma tal-1957,

kienu li jiġi żgurat livell ta’ għajxien xieraq għall-bdiewa, li jiġu stabbilizzati s-swieq,

li l-provvisti jaslu għand il-konsumatur bi prezzijiet raġonevoli u li l-infrastruttura

tal-biedja tiġi mmodernizzata. Ħafna minn dawn l-għanijiet intlaħqu. Barra minn

hekk, illum il-konsumaturi jgawdu minn provvisti sikuri u prezzijiet stabbli talprodotti

agrikoli, imħarsa mill-varjazzjonijiet fis-suq dinji. Il-politika hija ffinanzjata

mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-

Iżvilupp Rurali (FAEŻR).

Madankollu, il-PAK sfat vittma tas-suċċess tagħha stess. Il-produzzjoni kibret b’rata

ferm aktar mgħaġġla mill-konsum, u tqiegħed piż kbir fuq il-baġit tal-UE. Sabiex

tinstab soluzzjoni għal din il-problema, il-politika agrikola kellha tiġi ddefinita millġdid.

Din ir-riforma qed tibda tagħti r-riżultati: il-produzzjoni trażżnet.

L-agrikoltura għandha tipprovdi ikel sikur ta’ kwalità għolja.

Ir-rwol il-ġdid tal-komunità tal-biedja hu li jkun żgurat ċertu ammont ta’ attività

ekonomika f’kull żona rurali u li titħares id-diversità tal-kampanja tal-Ewropa.

Din id-diversità u r-rikonoxximent ta’ “mod ta’ għajxien rurali” — in-nies jgħixu

f’armonija mar-raba’ — huma parti importanti mill-identità tal-Ewropa. Barra

minn hekk, l-agrikoltura Ewropea għandha rwol importanti fil-ġlieda kontra l-bidla

fil-klima, fil-ħarsien tal-annimali selvaġġi u fil-forniment tal-ikel madwar id-dinja.

Il-Kummissjoni Ewropea tirrappreżenta lill-UE f’negozjati internazzjonali fl-

Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO). L-UE tixtieq li d-WTO tagħmel enfasi

ikbar fuq il-kwalità tal-ikel, il-prinċipju ta’ prekawzjoni (aħjar uff inkella aħħ) u

l-benessri tal-annimali.

© C. Thiriet/Phone/Reporters

33

34

Il-Kummissjoni Ewropea trid li mill-2013 ’il quddiem, il-prijorità tal-PAK tkun

li tagħmel l-agrikoltura Ewropea waħda sostenibbli, filwaqt li tagħti biżżejjed

protezzjoni lill-bdiewa mis-swieq instabbli, tippreserva l-bijodiversità u tipproteġi

l-prodotti lokali u reġjonali li jitqiesu bħala speċjalitajiet.

L-Unjoni Ewropea bdiet ukoll riforma fil-politika tas-sajd tagħha. L-għan prinċipali,

hawnhekk, huwa li jiġu ppreservati l-istokkijiet tal-ħut (bħal pereżempju t-tonn

(bluefin tuna) li jinsab f’periklu ta’ estinzjoni) u li jitnaqqas is-sajd żejjed mill-flotot

tas-sajd, filwaqt li tingħata għajnuna finanzjarja lin-nies li jħallu l-industrija tassajd.

(ċ) Id-dimensjoni soċjali

L-għan tal-politika soċjali tal-UE huwa li tikkoreġġi l-inugwaljanzi l-aktar evidenti

fis-soċjetà Ewropea. Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) kien stabbilit fl-1961 biex

jippromwovi l-ħolqien tal-impjiegi u jgħin lill-ħaddiema jiċċaqilqu minn tip ta’

xogħol għal ieħor u/jew minn żona ġeografika għal oħra.

L-għajnuna finanzjarja mhix l-uniku mod li bih l-UE tfittex li ttejjeb il-kundizzjonijiet

soċjali fl-Ewropa. L-għajnuna waħidha qatt ma tista’ ssolvi l-problemi kollha

kkawżati mir-reċessjoni ekonomika jew mis-sottożvilupp reġjonali. Fuq kollox,

l-effetti dinamiċi tat-tkabbir iridu jinkoraġġixxu l-progress soċjali. Dan jimxi id f’id

ma’ leġiżlazzjoni li tiggarantixxi sett solidu ta’ drittijiet minimi. Uħud minn dawn

id-drittijiet huma inklużi fit-Trattati, pereżempju, id-dritt tan-nisa u tal-irġiel

għal paga ndaqs meta jagħmlu l-istess xogħol. Oħrajn huma stabbiliti f’direttivi

li jikkonċernaw il-ħarsien tal-ħaddiema (is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol) u

l-istandards essenzjali tas-sigurtà.

Il-Karta tad-Drittijiet Soċjali Bażiċi, li saret parti essenzjali mit-Trattat fl-1997,

tistabbilixxi d-drittijiet kollha li l-ħaddiema tal-UE għandu jkollhom: il-moviment

ħieles; il-paga ġusta; kundizzjonijiet tax-xogħol imtejba; ħarsien soċjali; iddritt

li jiffurmaw assoċjazzjonijiet u li jkollhom ftehim kollettiv; id-dritt għal

taħriġ vokazzjonali; trattament ugwali tan-nisa u tal-irġiel; l-informazzjoni, ilkonsultazzjoni

u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema; il-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà

fil-post tax-xogħol; il-ħarsien tat-tfal, tal-anzjani u tal-persuni b’diżabbiltà.

III. INĦALLSU GĦALL-EWROPA: IL-BAĠIT TAL-UE

Biex tiffinanzja l-politiki tagħha, l-Unjoni Ewropea għandha baġit annwali li,

fl-2010, kien jammonta għal aktar minn € 140 biljun. Dan il-baġit jiġi ffinanzjat

b’dawk li jissejħu ir-”riżorsi tal-UE stess“, li ma jistgħux jaqbżu ammont li huwa

ekwivalenti għal 1.23 % tad-dħul nazzjonali gross totali tal-Istati Membri kollha.

Dawn ir-riżorsi ġejjin prinċipalment minn:

dazji doganali fuq prodotti li jiġu importati fl-UE, inklużi l-levies fuq l-irziezet;

perċentwali tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) imposta fuq l-oġġetti u

s-servizzi fl-UE kollha;

kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri, li jirriflettu kemm hu sinjur kull pajjiż.

Kull baġit annwali huwa parti minn ċiklu baġitarju ta’ seba’ snin magħruf bħala

l-”perspettiva finanzjarja“. Il-perspettivi finanzjarji jitfasslu mill-Kummissjoni

Ewropea u jeħtieġu l-approvazzjoni unanima mill-Istati Membri u negozjati u

ftehim mal-Parlament Ewropew. Il-perspettiva finanzjarja li jmiss se tkun bejn

l-2013 u l-2020.

Il-baġit tal-2010 jista’ jipprovdi rendikont fir-rigward tan-nefqa:

il-kompetittività u l-koeżjoni: € 64 biljun, inklużi l-Fondi Strutturali, il-Fond ta’

Koeżjoni, il-programmi ta’ riċerka u t-trasport trans-Ewropew, u n-netwerks

tal-enerġija;

l-immaniġġjar tar-riżorsi naturali: € 60 biljun, prinċipalment għall-biedja u

l-iżvilupp rurali;

”ċittadinanza, libertà, sigurtà u ġustizzja“ (ara l-Kapitolu 10): € 1.6 biljun;

l-UE bħala msieħba globali (għajnuna, kummerċ, eċċ.): € 8 biljun;

spejjeż amministrattivi: € 8 biljun.

35

36

MIN JAGĦMEL XIEX? KIF INHUMA MAQSUMIN

IR-RESPONSABBILTAJIET BEJN L-UE U L-ISTATI

MEMBRI TAGĦHA

L-Unjoni Ewropea

waħidha hija

responsabbli għal:

L-Unjoni Ewropea

u l-Istati Membri

tagħha jaqsmu

r-responsabbiltà

għal:

Oqsma li għalihom

jibqgħu responsabbli

l-Istati Membri u

li fihom l-UE jista’

jkollha rwol ta’

appoġġ jew ta’

koordinazzjoni:

l-unjoni doganali

ir-regoli li jirregolaw il-kompetizzjoni fis-suq uniku

il-politika monetarja għall-pajjiżi li jużaw l-ewro

il-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar filqafas

tal-politika komuni tas-sajd

il-politika kummerċjali komuni

il-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali meta dan

ikun stipulat fil-leġiżlazzjoni tal-UE

is-suq uniku

xi aspetti tal-politika soċjali kif inhu definit fit-Trattat

ta’ Lisbona

il-koeżjoni ekonomika u soċjali

l-agrikoltura u s-sajd, barra l-konservazzjoni tarriżorsi

bijoloġiċi tal-baħar

l-ambjent

il-protezzjoni tal-konsumatur

it-trasport

in-netwerks trans-Ewropej

l-enerġija

il-ħolqien ta’ żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja

xi aspetti ta’ sfidi komuni fir-rigward tas-sigurtà

relatati mas-saħħa pubblika kif inhu definit fit-Trattat

ta’ Lisbona

ir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-ispazju

il-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-għajnuna

umanitarja

il-protezzjoni u t-titjib tas-saħħa tal-bniedem

l-industrija

il-kultura

it-turiżmu

l-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali, iż-żgħażagħ u

l-isport

il-protezzjoni ċivili

il-kooperazzjoni amministrattiva

Is-suq uniku

38

Is-suq uniku huwa wieħed mill-akbar kisbiet tal-Unjoni

Ewropea. Ir-restrizzjonijiet bejn l-Istati Membri fuq

il-kummerċ u fuq il-kompetizzjoni ħielsa gradwalment

tneħħew, bir-riżultat li l-livelli tal-għajxien bdew

jiżdiedu.

Is-suq uniku għadu ma sarx ekonomija unika: uħud

mis-setturi (partikolarment is-servizzi ta’ interess

ġenerali) għadhom suġġetti għal-liġijiet nazzjonali. Illibertà

li wieħed jipprovdi s-servizzi hija ta’ benefiċċju,

billi tistimula l-attività ekonomika.

Il-kriżi finanzjarja ta’ bejn l-2008 u l-2009 wasslet

lill-UE biex tagħmel il-leġiżlazzjoni finanzjarja tagħha

iktar stretta.

Tul is-snin l-UE introduċiet għadd ta’ politiki (dwar

it-trasport, il-kompetizzjoni, eċċ.) biex tgħin tiżgura li

għadd kbir kemm jista’ jkun ta’ negozji u konsumaturi

jibbenefikaw mill-ftuħ tas-suq uniku.

I. IL-KISBA TAL-GĦAN TAL-1993

(a) Il-limiti tas-suq komuni

It-Trattat tal-1957 li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE) għamilha

possibbli li jitneħħew l-ostakli doganali bejn il-pajjiżi membri u li tiġi stabbilita

tariffa doganali komuni għall-prodotti mill-pajjiżi mhux tal-KEE. Dan l-għan

intlaħaq fl-1 ta’ Lulju 1968.

Madankollu, id-dazji doganali huma biss aspett wieħed tal-protezzjoniżmu. Fissnin

70 tas-seklu l-ieħor, ostakli kummerċjali oħra fixklu l-kisba kompluta tassuq

komuni. Normi tekniċi, standards sanitarji u tas-sigurtà, kontrolli tal-kambju

u regolamenti nazzjonali dwar id-dritt li jiġu prattikati ċerti professjonijiet ilkoll

kienu jillimitaw il-moviment liberu tal-persuni, tal-oġġetti u tal-kapital.

(b) L-għan tal-1993

F’Ġunju 1985, il-Kummissjoni, dak iż-żmien taħt il-President tagħha, Jacques

Delors, ippubblikat White Paper bi pjanijiet biex fi żmien seba’ snin tabolixxi

l-ostakli kollha fiżiċi, tekniċi u relatati mat-taxxi, għall-moviment ħieles fi ħdan il-

KEE. L-għan kien l-istimulazzjoni tat-tkabbir tal-attività kummerċjali u industrijali

fi ħdan is-“suq uniku” — żona ekonomika kbira u unifikata li tikkompeti mal-Istati

Uniti.

Negozjati bejn il-gvernijiet tal-Istati Membri wasslu għal trattat ġdid — l-Att

Uniku Ewropew li daħal fis-seħħ f’Lulju 1987. Id-dispożizzjonijiet tiegħu jinkludu:

l-estensjoni tas-setgħat tal-KEE f’ċerti oqsma politiċi (pereżempju, il-politika

soċjali, ir-riċerka u l-ambjent);

it-twaqqif tas-suq uniku sal-aħħar tal-1992;

l-użu iktar frekwenti tal-votazzjoni b’maġġoranza fil-Kunsill tal-Ministri, biex

ikun iktar faċli li jittieħdu deċiżjonijiet dwar is-suq uniku.

II. IL-PROGRESS FIR-RIGWARD

TAL-BINI TAS-SUQ UNIKU

(a) L-ostakli fiżiċi

Il-kontrolli kollha fil-fruntieri fuq l-oġġetti fl-UE tneħħew, flimkien mal-kontrolli

doganali fuq il-persuni, iżda l-pulizija għandhom iwettqu kontrolli għal għarrieda

bħala parti mill-ġlieda kontra l-kriminalità u d-drogi.

F’Ġunju 1985, ħamsa mill-10 Stati Membri ffirmaw il-Ftehim ta’ Schengen li bih

il-forzi tal-pulizija nazzjonali tagħhom qablu li jaħdmu flimkien, u ġiet stabbilita

politika komuni dwar l-ażil u l-viżi. Dan għamilha possibbli li l-kontrolli fuq il-persuni

fil-fruntieri jitneħħew għalkollox fost il-pajjiżi tax-Schengen (ara l-Kapitolu 10).

Illum, iż-żona Schengen hija magħmula minn 25 pajjiż Ewropew, inklużi tlieta

(l-Islanda, in-Norveġja u l-Isvizzera) li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea.

39

40

(b) L-ostakli tekniċi

Il-pajjiżi tal-UE qablu li jirrikonoxxu r-regoli ta’ xulxin fir-rigward tal-bejgħ ta’ ħafna

mill-prodotti. Wara d-deċiżjoni famuża tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-każ

Cassis de Dijon fl-1979, kull prodott immanifatturat legalment u li jinbiegħ fi Stat

Membru wieħed għandu jitħalla jitqiegħed fis-suq fl-Istati Membri l-oħra kollha.

Fir-rigward tas-servizzi, il-pajjiżi tal-UE jirrikonoxxu b’mod reċiproku jew

jikkoordinaw ir-regoli nazzjonali tagħhom filwaqt li jħallu lin-nies jipprattikaw

professjonijiet f’oqsma bħal-liġi, il-mediċina, it-turiżmu, is-settur bankarju jew

l-assigurazzjoni. Madankollu, il-libertà tal-moviment għall-persuni għadha

’l bogħod minn realizzazzjoni sħiħa. Minkejja d-direttiva tal-2005 dwar irrikonoxximent

tal-kwalifiki professjonali, għad hemm ostakli li jwaqqfu lin-nies

milli jiċċaqilqu f’pajjiż ieħor tal-UE jew milli jagħmlu ċertu tip ta’ xogħol hemm.

Madankollu, persuni kwalifikati (sew jekk avukati jew tobba, u sew jekk bennejja

jew plamers) dejjem qed ikunu iktar liberi li jipprattikaw il-professjoni tagħhom fi

kwalunkwe pajjiż fl-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea ħadet azzjoni biex tittejjeb il-mobbiltà tal-ħaddiema, u

b’mod partikolari biex jiġi żgurat li d-diplomi edukattivi u l-kwalifiki għall-impjiegi

miksuba f’pajjiż wieħed tal-UE jkunu rikonoxxuti fl-oħra kollha.

(ċ) L-ostakli fiskali

L-ostakli fiskali tnaqqsu parzjalment permezz tal-allinjament tar-rati tal-VAT

nazzjonali, li għandu jkun hemm qbil dwarhom mill-Istati Membri kollha tal-UE.

Barra minn hekk, f’Lulju 2005, daħal fis-seħħ ftehim bejn l-Istati Membri tal-UE u xi

pajjiżi oħra (inkluża l-Isvizzera) dwar it-taxxa fuq id-dħul mill-investimenti.

(d) Il-kuntratti pubbliċi

Irrispettivament minn min jagħti l-kuntratti, il-kuntratti pubbliċi fi kwalunkwe

pajjiż tal-UE huma miftuħa għal offerenti minn kwalunkwe parti tal-UE. Dan kollu

bis-saħħa tad-direttivi tal-UE li jkopru s-servizzi, il-provvisti u x-xogħol f’ħafna

setturi inklużi dak tal-ilma, tal-enerġija u tat-telekomunikazzjoni.

© Rolf Bruderer/Corbis

Bil-ftuħ tas-suq tat-telekomunikazzjonijiet għall-kompetizzjoni,

l-UE kisbet tnaqqis radikali fl-ispejjeż.

Mis-suq uniku jibbenefikaw il-konsumaturi kollha. Pereżempju, il-ftuħ tas-swieq

nazzjonali għas-servizzi waqqa’ l-prezz tat-telefonati nazzjonali għal frazzjoni ta’

dak li kienu 10 snin ilu. Megħjun mit-teknoloġija l-ġdida, kulma jmur l-Internet

qiegħed jintuża dejjem aktar għat-telefonati. Il-pressjoni mill-kompetizzjoni

naqqset ukoll b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-vjaġġi bl-ajru fl-Ewropa.

III. X’QED ISIR BĦALISSA

(a) Is-servizzi finanzjarji

Fl-2008, wara l-kriżi tal-ipoteki sub-prime fl-Istati Uniti, kriżi finanzjarja kbira tat daqqa

ta’ ħarta lis-sistemi tal-banek u lill-ekonomiji dinjin u tefgħet lill-Unjoni Ewropea

f’reċessjoni fl-2009. Bl-inizjattiva tal-UE, il-G-20 iltaqa’ f’Londra fit-2 ta’ April 2009.

Il-membri tiegħu ħadu l-impenn li jirriformaw is-sistema finanzjarja biex jagħmluha

iktar trasparenti u kontabbli. Awtoritajiet superviżorji madwar l-Ewropa se jingħataw

ir-responsabbiltà li jissorveljaw il-hedge funds, jipprovdu iktar protezzjoni għaddepożiti

fil-banek, jillimitaw il-profitti tal-kummerċjanti, u jieħdu passi iktar effettivi

lejn il-prevenzjoni u l-kontroll tal-kriżijiet.

(b) Il-piraterija u l-falsifikazzjoni

Il-prodotti tal-UE jeħtieġu protezzjoni mill-piraterija u l-falsifikazzjoni. Il-

Kummissjoni Ewropea tikkalkula li dawn ir-reati jiswew lill-UE eluf ta’ impjiegi kull

sena. Huwa għalhekk li l-Kummissjoni u l-gvernijiet nazzjonali qed jaħdmu biex

jestendu l-ħarsien tad-drittijiet tal-awtur u tal-privattivi.

IV. IL-POLITIKI LI HUMA L-PEDAMENT

TAS-SUQ UNIKU

(a) It-trasport

L-attivitajiet tal-UE ffukaw prinċipalment fuq l-iżgurar tal-libertà li wieħed

jipprovdi servizzi fit-trasport bit-toroq. B’mod partikolari, dan ifisser li l-kumpaniji

tat-trasport jingħataw aċċess ħieles għas-suq internazzjonali tat-trasport u li

d-ditti tat-trasport minn kwalunkwe pajjiż tal-UE jitħallew joperaw fil-pajjiżi l-oħra

kollha tal-UE. L-UE qed taħdem ukoll biex tiżgura li jkun hemm kompetizzjoni ġusta

fit-trasport bit-triq, pereżempju, permezz tal-armonizzazzjoni tar-regoli dwar ilkwalifiki

tal-ħaddiema u l-aċċess għas-suq, il-libertà li wieħed jiftaħ negozju u li

jipprovdi s-servizzi, il-ħinijiet tas-sewqan u s-sigurtà fit-toroq.

It-trasport bl-ajru fl-Ewropa fil-imgħoddi kien iddominat minn kumpaniji tal-ajru

rreġistrati f’pajjiż partikolari u minn ajruporti tal-istat. Bis-suq uniku dan kollu

nbidel. Il-linji tal-ajru tal-UE issa jistgħu joperaw servizzi tal-ajru fi kwalunkwe rotta

fl-UE u jistabbilixxu rati fi kwalunkwe livell li jagħżlu huma. Konsegwentement,

fetħu ħafna rotot ġodda u l-prezzijiet waqgħu drammatikament. Il-passiġġieri, illinji

tal-ajru u l-impjegati kollha bbenefikaw.

41

42

Regoli ġodda tal-UE dwar it-tmexxija ekonomika u finanzjarja

għenu biex is-settur bankarju jagħmel profitti u jissoda.

Bl-istess mod, il-passiġġieri qed jibbenefikaw mill-kompetizzjoni li qed tiżdied bejn

il-kumpaniji ferrovjarji. Mill-2010, pereżempju, stazzjonijiet fuq linji ta’ veloċità

għolja fi Franza u l-Italja bdew jiġu moqdija kemm minn ferroviji Franċiżi u kemm

dawk Taljani.

Il-ġarr tal-merkanzija bil-baħar — kemm jekk isir minn kumpaniji Ewropej jew

minn bastimenti li jtarju l-bandiera ta’ pajjiżi mhux tal-UE — huwa suġġett għarregoli

tal-kompetizzjoni tal-UE. Dawn ir-regoli huma maħsuba biex jiġġieldu

l-prattiki inġusti tal-ipprezzar (il-bnadar ta’ konvenjenza) u anki biex jindirizzaw

id-diffikultajiet serji li qed tiffaċċja l-industrija tat-tarzna fl-Ewropa.

L-Unjoni Ewropea ilha mill-bidu tas-seklu 21 tiffinanzja proġetti teknoloġiċi

ambizzjużi ġodda bħas-sistema ta’ navigazzjoni bis-satellita Galileo, is-sistema

Ewropea ta’ kontroll tat-traffiku ferrovjarju u SESAR — programm għallimmodernizzar

tas-sistemi ta’ navigazzjoni bl-ajru. Ir-regoli ta’ sigurtà għat-traffiku

fit-toroq (fir-rigward ta’ affarijiet bħall-manutenzjoni tal-vettura, it-trasport ta’

oġġetti perikolużi u s-sigurtà fit-toroq) saru ħafna iktar stretti. Id-drittijiet talpassiġġieri

wkoll huma protetti ħafna aħjar bis-saħħa tal-Karta dwar id-Drittijiet

tal-Passiġġieri bl-Ajru u l-leġiżlazzjoni Ewropea reċenti dwar id-drittijiet talpassiġġieri.

Lista ta’ linji tal-ajru li mhumiex sikuri u li huma projbiti fl-UE ġiet

ppubblikata għall-ewwel darba fl-2005.

© Image Broker/Belga

(b) Il-kompetizzjoni

Il-politika tal-kompetizzjoni tal-UE hija essenzjali biex tiżgura li, fis-suq uniku

Ewropew, il-kompetizzjoni ma tkunx biss ħielsa iżda anki ġusta. Il-Kummissjoni

Ewropea timplimenta din il-politika u, flimkien mal-Qorti tal-Ġustizzja, tiżgura li

din tiġi rrispettata.

L-għan ta’ din il-politika huwa l-prevenzjoni ta’ kwalunkwe kartell fin-negozju,

kwalunkwe għajnuna mill-awtoritajiet pubbliċi jew kwalunkwe monopolju mhux

ġust, li jistgħu jgħawġu l-kompetizzjoni ħielsa fis-suq uniku.

Kwalunkwe ftehim li jaqa’ taħt ir-regoli tat-Trattat irid jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni

Ewropea mill-kumpaniji jew mill-entitajiet ikkonċernati. Il-Kummissjoni tista’

timponi multa diretta fuq kwalunkwe kumpanija li tikser ir-regoli tal-kompetizzjoni

jew li ma tagħmilx in-notifika meħtieġa — bħal fil-każ tal-Microsoft, li weħlet

multa ta’ € 900 miljun fl-2008.

Jekk Stat Membru tal-UE jagħti għajnuna illegalment, jew ma jinnotifikax li jkun se

jagħti l-għajnuna, il-Kummissjoni tista’ titlob li terġa’ titħallas lura. Il-Kummissjoni

għandha tiġi nnotifikata wkoll bi kwalunkwe amalgamazzjoni jew akkwist ta’

kumpanija li tista’ twassal biex kumpanija jkollha pożizzjoni dominanti f’suq

partikolari.

(ċ) Il-ħarsien tal-konsumaturi u tas-saħħa pubblika

Il-leġiżlazzjoni tal-UE f’dan il-qasam timmira li tagħti lill-konsumaturi kollha

l-istess ammont ta’ protezzjoni finanzjarja u tas-saħħa, irrispetttivament minn fejn

jgħixu, jivvjaġġjaw jew jixtru fl-Unjoni Ewropea. Il-ħtieġa għal protezzjoni mifruxa

madwar l-UE kienet kwistjoni taħraq lejn l-aħħar tas-snin 90 tas-seklu l-ieħor

minħabba beżgħat fir-rigward ta’ kwistjonijiet tas-sikurezza tal-ikel bħall-“marda

ta’ ġenn il-baqar” (BSE). Biex ikun hemm bażi xjentifika soda għal-leġiżlazzjoni

dwar is-sikurezza tal-ikel, fl-2002 twaqqfet l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-

Ikel (EFSA).

Il-ħarsien tal-konsumatur madwar l-Ewropa kollha huwa meħtieġ ukoll f’ħafna

oqsma oħra u huwa għalhekk li jeżistu għadd ta’ direttivi tal-UE dwar is-sikurezza

tal-kożmetiċi, tal-ġugarelli, tal-logħob tan-nar, eċċ. Fl-1993 l-Aġenzija Ewropea tal-

Mediċini (EMEA) twaqqfet biex tittratta applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoniijiet

għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti mediċinali. L-ebda mediċina ma tista’ tiġi

kkummerċjalizzata fl-UE mingħajr awtorizzazzjoni bħal din.

L-Unjoni Ewropea tieħu azzjoni wkoll biex tipproteġi lill-konsumaturi minn

reklamar falz u qarrieqi, minn prodotti difettużi u abbużi f’oqsma bħall-kreditu talkonsumaturi

u l-ordnijiet li jaslu bil-posta jew il-bejgħ fuq l-Internet.

43

L-ewro

44

L-ewro hija l-munita unika li tintuża minn 17 mis-

27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. Fl-1999, bdiet

tintuża għal tranżazzjonijiet mhux bil-flus u mbagħad

bdiet tintuża għal kull tip ta’ pagament fl-2002, meta

nħarġu l-karti u l-muniti tal-ewro.

Kull wieħed mill-Istati l-Membri l-ġodda tal-UE huwa

mistenni li jadotta l-ewro ladarba jissodisfa l-kriterji

neċessarji. Fil-futur, prattikament il-pajjiżi kollha tal-

UE għandhom jidħlu fiż-żona tal-ewro.

L-ewro tagħti vantaġġi konsiderevoli lill-konsumaturi

fl-Ewropa. Dawk li jivvjaġġjaw, jiffrankaw l-ispejjeż

u l-inkonvenjenza tal-kambju tal-muniti. Ix-xerrejja

jistgħu jqabblu l-prezzijiet b’mod dirett fil-pajjiżi

differenti. Il-prezzijiet jinżammu stabbli bis-saħħa

tal-Bank Ċentrali Ewropew, li x-xogħol tiegħu hu li

jżomm din l-istabbiltà. Barra minn hekk, l-ewro issa

saret munita ewlenija għar-riżervi flimkien maddollaru

Amerikan. Tul il-kriżi finanzjarja tal-2008,

il-munita komuni pproteġiet lill-pajjiżi li jużaw l-ewro

minn żvalutazzjoni kompetittiva u minn attakki millispekulaturi.

Id-dgħufijiet strutturali tal-ekonomiji ta’ xi wħud

mill-Istati Membri tassew jesponu lill-ewro għal

attakki spekulattivi. Biex jiġi bbilanċjat dan ir-riskju,

l-istituzzjonijiet tal-UE u s-27 Stat Membru ddeċidew,

fid-9 ta’ Mejju 2010, li jwaqqfu “mekkaniżmu ta’

stabbilizzazzjoni finanzjarja” li jqum € 750 biljun. Ilkwistjoni

prinċipali għall-futur hija kif jistgħu jintlaħqu

koordinazzjoni iktar mill-qrib u solidarjetà ekonomika

ikbar bejn l-Istati Membri, li hemm bżonn li jiżguraw

amministrazzjoni tajba tal-finanzi pubbliċi tagħhom u

li jnaqqsu d-defiċit baġitarju tagħhom.

I. KIF INĦOLQOT L-EWRO

(a) Is-sistema monetarja Ewropea (EMS)

Fl-1971, l-Istati Uniti ddeċidew li jabolixxu l-konnessjoni fissa bejn id-dollaru u

l-prezz uffiċjali tad-deheb, li kienet żgurat stabbiltà monetarja dinjija wara t-Tieni

Gwerra Dinjija. Dan ġab fi tmiemha s-sistema ta’ rati tal-kambju fissi. Il-gvernaturi

tal-banek ċentrali tal-pajjiżi tal-KEE ddeċidew li jillimitaw il-flutwazzjonijiet fir-rati

tal-kambju bejn il-muniti tagħhom għal mhux iktar minn 2.25 %, u b’hekk inħolqot

is-“sistema monetarja Ewropea” (EMS) li bdiet topera f’Marzu 1979.

(b) Mill-EMS għall-EMU

Fil-Kunsill Ewropew f’Madrid f’Ġunju 1989, il-mexxejja tal-UE adottaw pjan bi

tliet stadji għal unjoni ekonomika u monetarja (EMU). Dan il-pjan sar parti mit-

Trattat ta’ Maastricht dwar l-Unjoni Ewropea li kien adottat mill-Kunsill Ewropew

f’Diċembru 1991.

II. UNJONI EKONOMIKA U MONETARJA

(a) It-tliet stadji

L-ewwel stadju, li nbeda fl-1 ta’ Lulju 1990, kien jinvolvi:

moviment ħieles għalkollox tal-kapital fl-UE (l-abolizzjoni tal-kontrolli fuq ilkambju);

żieda fil-Fondi Strutturali biex b’hekk jiżdiedu l-isforzi fir-rigward tat-tneħħija

tal-inugwaljanzi bejn ir-reġjuni Ewropej;

konverġenza ekonomika permezz ta’ sorveljanza multilaterali tal-politiki

ekonomiċi tal-Istati Membri.

It-tieni stadju nbeda fl-1 ta’ Jannar 1994. Dan kien jinvolvi:

it-twaqqif tal-Istitut Monetarju Ewropew (IME) fi Frankfurt; l-IME kien

magħmul mill-gvernaturi tal-banek ċentrali tal-pajjiżi tal-UE;

li l-banek ċentrali nazzjonali jsiru (jew jinżammu) indipendenti mill-kontroll

tal-gvern;

l-introduzzjoni ta’ regoli biex jitrażżnu d-defiċits tal-baġits nazzjonali.

45

46

It-tielet stadju kien il-proċess tat-twelid tal-ewro. Mill-1 ta’ Jannar 1999 sal-

1 ta’ Jannar 2002, l-ewro ġiet introdotta gradwalment bħala l-munita komuni talpajjiżi

tal-UE li pparteċipaw (l-Awstrija, il-Belġju, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja,

il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall u Spanja).

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ħa x-xogħol tal-IME u sar responsabbli mill-politika

monetarja, li sa issa kienet ġiet definita u implimentata fil-munita l-ġdida.

Tliet pajjiżi (id-Danimarka, l-Isvezja u r-Renju Unit) iddeċidew, għal raġunijiet

politiċi u tekniċi, li ma jadottawx l-ewro meta tnediet. Is-Slovenja ssieħbet mażżona

fl-2007, segwita minn Ċipru u Malta fl-2008, is-Slovakkja fl-2009 u l-Estonja

fl-2011.

Iż-żona tal-ewro għalhekk tħaddan 17-il pajjiż tal-UE, u kull wieħed mill-Istati

Membri l-ġodda se jissieħeb ladarba jissodisfa l-kundizzjonijiet neċessarji.

(b) Il-kriterji ta’ konverġenza

Sabiex jissieħeb fiż-żona tal-ewro, kull pajjiż tal-UE jrid jissodisfa l-ħames kriterji ta’

konverġenza li ġejjin.

L-istabbiltà tal-prezzijiet ir-rata tal-inflazzjoni ma tistax taqbeż ir-rati

medji tal-inflazzjoni tat-tliet Stati Membri bl-aktar inflazzjoni baxxa b’aktar

minn 1.5 %.

Ir-rati ta’ interess: ir-rati ta’ interess tul perjodu twil ta’ żmien ma jistgħux

ivarjaw b’aktar minn 2 % meta mqabbla mar-rati medji ta’ interess tat-tliet

Stati Membri bl-aktar rati ta’ interess baxxi.

Id-defiċits: id-defiċits baġitarji nazzjonali jridu jkunu taħt it-3 % tal-PDG.

Id-dejn pubbliku: dan ma jistax jaqbeż is-60 % tal-PDG.

L-istabbiltà tar-rati tal-kambju: ir-rati tal-kambju ma jridux ikunu qabżu

l-marġni awtorizzat ta’ flutwazzjoni għas-sentejn ta’ qabel.

(ċ) Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir

F’Ġunju 1997, il-Kunsill Ewropew ta’ Amsterdam adotta Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir.

Dan kien impenn permanenti għall-istabbiltà baġitarja, u għamilha possibbli li

jkunu imposti penali fi kwalunkwe pajjiż fiż-żona tal-ewro li d-defiċit baġitarju

tiegħu kien jaqbeż it-3 % tal-PDG. Aktar tard, il-Patt tqies li kien strett wisq u

f’Marzu 2005, saritlu riforma.

(d) Il-Grupp tal-Ewro

Il-Grupp tal-Ewro huwa magħmul mill-ministri tal-finanzi mill-pajjiżi membri tażżona

tal-ewro. Huma jiltaqgħu biex jikkoordinaw il-politiki ekonomiċi tagħhom u

biex jimmonitorjaw il-politiki baġitarji u finanzjarji tal-pajjiżi tagħhom. Il-Grupp

tal-Ewro jirrappreżenta wkoll l-interessi tal-ewro f’fora internazzjonali.

Talinn, il-kapitali tal-Estonja, fejn l-ewro ħa post il-“kroon” f’Jannar 2011.

It-Trattat ta’ Lisbona ta lill-Grupp tal-Ewro l-istatus formali tiegħu. F’Jannar 2010, il-Prim

Ministru tal-Lussemburgu, Jean-Claude Juncker, reġa’ ġie elett President tal-Grupp tal-

Ewro għal perjodu ta’ sentejn u nofs.

(e) Konverġenza makroekonomika sa mill-2007:

l-effetti tal-kriżi finanzjarja

Il-kriżi finanzjarja tal-2008 żiedet konsiderevolment id-dejn pubbliku f’ħafna millpajjiżi

tal-UE. Madankollu, l-ewro pproteġiet lill-ekonomiji l-iktar vulnerabbli mirriskju

ta’ żvalutazzjoni hekk kif affaċċjaw il-kriżi u l-attakki mill-ispekulaturi.

Uħud mill-pajjiżi li kellhom ħafna djun u defiċits baġitarji li kienu qed jaggravaw,

b’mod partikolari, sfaw fil-mira ta’ attakki bħal dawn bejn l-2009 u l-2010. Huwa

għalhekk li, fuq proposta tal-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri tal-UE ddeċidew

fl-2010 li jistabbilixxu mekkaniżmu temporanju, biex jgħin lill-pajjiżi taż-żona talewro

jippreżervaw l-istabbiltà finanzjarja. Dan il-mekkaniżmu għandu fondi li jlaħħqu

sa € 750 biljun. Fl-istess waqt, l-Istati Membri tal-UE u l-istituzzjonijiet implimentaw

dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Lisbona maħsuba biex isaħħu t-tmexxija ekonomika

tal-UE. Dawn jinkludu diskussjonijiet minn qabel dwar il-pjanijiet baġitarji nazzjonali;

monitoraġġ tal-ekonomiji nazzjonali u regoli iktar stretti dwar il-kompetittività kif

ukoll l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet jekk il-pajjiżi ma josservawx l-istrateġiji li jkun sar

qbil dwarhom. Fl-2011, din il-kooperazzjoni kompliet tissaħħaħ bl-inkorporazzjoni

tagħha fil-“Patt Euro Plus” u bit-twaqqif ta’ “Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà”

permanenti permezz ta’ bidla fit-trattati. Dan il-mekkaniżmu permanenti huwa

mistenni li jidħol fis-seħħ fl-2013 wara ratifikazzjoni mill-Istati Membri kollha.

Għalhekk, fir-rigward tal-bidla finanzjarja u ekonomika globali, L-Unjoni Ewropea qed

ikollha tieħu azzjoni iktar ħarxa biex tiżgura li l-Istati Membri jamministraw il-baġits

tagħhom b’mod responsabbli u jappoġġjaw lil xulxin finanzjarjament. Dan huwa l-uniku

mod kif jiġi żgurat li l-ewro tibqa’ kredibbli bħala munita unika u li l-Istati Membri jkunu

jistgħu, flimkien, jaffaċċjaw l-isfidi ekonomiċi tal-globalizzazzjoni. Kemm il-Kummissjoni

Ewropea u kemm il-Parlament Ewropew jenfasizzaw l-importanza ta’ koordinazzjoni talpolitiki

ekonomiċi u soċjali nazzjonali, billi — fil-medda twila taż-żmien — il-munita

komuni Ewropea mhix vijabbli mingħajr xi forma ta’ governanza ekonomika komuni.

© Jon Arnold/JAI/Corbis

47

Insejsu fuq l-għerf u l-innovazzjoni

48

L-istrateġija Ewropea 2020 timmira li:

taffaċċja l-globalizzazzjoni u l-kriżi ekonomika billi

terġa’ tagħmel lill-ekonomija Ewropea kompetittiva

(telekomunikazzjoni, servizzi, enerġija, teknoloġiji

ħodor ġodda għal żvilupp sostenibbli);

tiżgura:

• tkabbir intelliġenti: trawwim tal-għerf, talinnovazzjoni,

tal-edukazzjoni u tas-soċjetà diġitali;

• tkabbir sostenibbli: il-promozzjoni ta’ ekonomija iktar

effiċjenti fil-mod kif tuża r-riżorsi, iktar ekoloġika u

iktar kompetittiva;

• tkabbir inklużiv: it-trawwim ta’ ekonomija b’rata

għolja ta’ ħaddiema, li tipprovdi koeżjoni soċjali u

territorjali.

Fil-bidu tas-snin 90 tas-seklu l-ieħor, żewġ bidliet bdew jittrasformaw

l-ekonomiji u l-ħajja ta’ kuljum mad-dinja kollha, inkluża l-Ewropa. Waħda

kienet il-globalizzazzjoni, hekk kif l-ekonomiji kullimkien bdew isiru dejjem iktar

interdipendenti. L-oħra kienet ir-rivoluzzjoni teknoloġika, inklużi l-Internet u

t-teknoloġiji l-ġodda tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni. Iktar reċentement,

id-dinja theżżet minn kriżijiet kbar bħall-kriżi finanzjarja ta’ bejn l-2007 u l-2009 li

kkawżat tnaqqis ekonomiku kbir u żieda fil-qgħad fl-Ewropa.

I. IL-PROĊESS TA’ LISBONA

(a) L-għanijiet

Sa mill-Kunsill Ewropew ta’ Lisbona f’Marzu 2000, il-mexxejja tal-UE ddeċidew

li l-ekonomija Ewropea kellha bżonn modernizzazzjoni totali biex tkun tista’

tikkompeti mal-Istati Uniti u atturi globali emerġenti bħall-Brażil, iċ-Ċina u l-Indja.

Il-mudell soċjali Ewropew huwa bbażat fuq l-effiċjenza u s-solidarjetà inkluż floqsma

tal-kura tas-saħħa u l-pensjonijiet. Sabiex jiġi ppreservat il-mudell għandu

jiġi rivitalizzat. Il-kompetittività tal-Ewropa għandha tkun ibbażata fuq l-għerf

u l-ħiliet, u mhux fuq il-pagi baxxi. Xi industriji kienu qed jiċċaqilqu lejn partijiet

oħra tad-dinja: sabiex tissostitwixxihom, l-Ewropa kellha toħloq impjiegi f’setturi

ta’ valur għoli bħall-ekonomija elettronika (bl-użu ta’ netwerks bil-broadband ta’

kapaċità għolja) u teknoloġiji ġodda li jiffrankaw l-enerġija. Fil-qosor, l-Ewropa

kellha bżonn ekonomija iktar ekoloġika u teknoloġika.

49

50

(b) L-Istrateġija

Il-Kunsill Ewropew qabel dwar strateġija dettaljata biex tinkiseb din il-mira.

L-“istrateġija ta’ Lisbona” tinkludi azzjoni f’firxa sħiħa ta’ oqsma, bħar-riċerka

xjentifika, l-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali, l-aċċess għall-Internet u n-negozju

onlajn. Tinkludi wkoll ir-riforma tas-sistemi tas-sigurtà soċjali tal-Ewropa. Dawn

is-sistemi huma wħud mill-preġji l-kbar tal-Ewropa billi jagħtu l-possibbiltà lissoċjetajiet

tagħna li jadattaw għall-bidliet strutturali u soċjali meħtieġa mingħajr

ma jbatu wisq. Madankollu, iridu jiġu modernizzati sabiex isiru sostenibbli u sabiex

il-benefiċċji tagħhom ikunu jistgħu jitgawdew mill-ġenerazzjonijiet futuri.

Kull rebbiegħa, il-Kunsill Ewropew jiltaqa’ sabiex jeżamina l-progress flimplimentazzjoni

tal-istrateġija ta’ Lisbona.

II. ATTENZJONI AKTAR IFFOKATA FUQ

IT-TKABBIR U FUQ L-IMPJIEGI

© Massimo Brega/The Lighthouse/

Science Photo Library

Biex tlaħħaq mal-kompetizzjoni globali,

l-UE tinkoraġġixxi teknoloġija ġdida u l-innovazzjoni.

Fir-rebbiegħa tal-2010, il-Kunsill Ewropew irrikonoxxa li, 10 snin mit-tnedija

tiegħu, il-proċess ta’ Lisbona ma kienx qed jilħaq il-miri tiegħu. F’ħafna pajjiżi

tal-UE kien għad hemm livell għoli ta’ qgħad u kien hemm bżonn li l-UE tiffoka

fuq il-kisba tat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi. Biex l-ekonomiji tagħha jsiru

iktar produttivi u tiżdied il-koeżjoni soċjali, l-Ewropa jeħtiġilha li tinvesti iktar firriċerka

u l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ. Għalhekk, b’inizjattiva ta’ José

Manuel Barroso (il-President tal-Kummissjoni Ewropea), il-Kunsill Ewropew adotta

strateġija ġdida għall-10 snin li jmiss: l-istrateġija Ewropea 2020.

Wieħed mill-għanijiet ta’ “Ewropa 2020” huwa t-tqarrib

tal-edukazzjoni ogħla lejn id-dinja tan-negozju.

Bħala parti minn din l-istrateġija, is-27 Stat Membru tal-UE lkoll se:

jagħtu rwol ikbar lill-Kummissjoni Ewropea fil-ħidma biex il-proċess jimxi ’l

quddiem, partikolarment permezz tat-tixrid tal-“aqwa prattika” fl-Ewropa

(b’hekk ikun qed isir pass iktar mis-sempliċi approċċ intergovernattiv magħruf

bħala l-“metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni”);

iħaffu l-pass fir-riforma tas-swieq finanzjarji u s-sistemi tas-sigurtà soċjali

tagħhom u fil-ftuħ tas-setturi tat-telekomunikazzjoni u l-enerġija għallkompetizzjoni;

jtejbu s-sistemi tal-edukazzjoni tagħhom, jistinkaw iktar biex jgħinu liżżgħażagħ

isibu impjieg, jibnu rabtiet iktar sodi bejn l-universitajiet u n-negozji

u jkomplu bil-programmi Erasmus, Leonardo u Erasmus Mundus;

jieħdu azzjoni iktar malajr (pereżempju, bl-armonizzazzjoni tal-arranġamenti

tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali tagħhom) biex jistabbilixxu “suq uniku” Ewropew

għar-riċerka — li jippermetti lix-xjentisti, l-għerf u t-teknoloġija li jiċċirkolaw

b’mod ħieles madwar l-Ewropa;

iżidu n-nefqa fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni għal 3 % tal-PDG (għan adottat

ukoll mill-Istati Uniti).

© EKA/reporters

51

Xi jfisser li tkun ċittadin Ewropew?

52

Iċ-ċittadini tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jistgħu

jivvjaġġjaw, jgħixu u jaħdmu fi kwalunkwe parti tal-

UE.

L-UE tinkoraġġixxi u tiffinanzja programmi,

partikolarment fl-oqsma tal-edukazzjoni u l-kultura,

sabiex tqarreb liċ-ċittadini tal-UE lejn xulxin.

Sens ta’ appartenenza lill-Unjoni Ewropea jista’

jiżviluppa biss b’mod gradwali, hekk kif l-UE tikseb

riżultati tanġibbbli u tispjega b’mod iktar ċar x’qed

tagħmel għan-nies.

In-nies jagħrfu s-simboli tal-identità Ewropea komuni

bħall-munita unika, il-bandiera Ewropea u l-innu.

Qed tibda tfeġġ “sfera pubblika Ewropea” fost il-partiti

politiċi mifruxin mal-Ewropa kollha. Iċ-ċittadini

jivvutaw kull ħames snin għal Parlament Ewropew

ġdid li mbagħad jivvota għal Kummissjoni Ewropea

ġdida.

Iċ-ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea hija mnaqqxa fit-Trattat dwar l-UE: “Kwalunkwe

persuna li għandha ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru hija ċittadina tal-Unjoni.

Iċ-ċittadinanza tal-Unjoni għandha tiżdied maċ-ċittadinanza nazzjonali u ma

tissostitwixxihiex.” (l-Artikolu 20(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni

Ewropea). Iżda, fil-prattika, xi tfisser ċittadinanza tal-UE?

I. TIVVJAĠĠJA, TGĦIX U TAĦDEM FL-EWROPA

Min hu ċittadin tal-UE għandu d-dritt li jivvjaġġja, jaħdem u jgħix fi kwalunkwe post

fl-Unjoni Ewropea.

Jekk tkun segwejt kors universitarju ta’ tliet snin jew iktar, il-kwalifika tiegħek għandha

tiġi rikonoxxuta fil-pajjiżi kollha tal-UE, billi l-Istati Membri tal-UE jemmnu fil-kwalità

tas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ ta’ xulxin.

Wieħed jista’ jaħdem fis-servizzi tas-saħħa, tal-edukazzjoni u f’servizzi pubbliċi oħra

(barra fil-pulizija, fil-forzi armati, eċċ.) ta’ kawlunkwe pajjiż fl-Unjoni Ewropea. Tabilħaqq,

x’jista’ jkun aktar sensibbli milli jiġi rreklutat għalliem Britanniku biex jgħallem l-Ingliż

f’Ruma jew li gradwat Belġjan ikun inkoraġġut jikkompeti f’eżami għas-servizz pubbliku

fi Franza?

Qabel tivvjaġġja fl-UE tista’ ġġib kard tal-assigurazzjoni tas-saħħa Ewropea mingħand

l-awtoritajiet nazzjonali tiegħek biex tgħinek tkopri l-ispejjeż mediċi jekk timrad waqt

li tkun f’pajjiż ieħor.

L-Ewropej huma liberi li jgħixu u jaħdmu fi kwalunkwe pajjiż tal-UE tal-għażla tagħhom.

© Christophe Vander Eecken/Reporters

53

54

II. KIF TISTA’ TEŻERĊITA D-DRITTIJIET TIEGĦEK

BĦALA ĊITTADIN EWROPEW

Bħala ċittadin tal-Unjoni Ewropea m’intix sempliċement ħaddiem jew konsumatur:

għandek ukoll drittijiet politiċi speċifiċi. Mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Maastricht,

kull ċittadin tal-Unjoni, tkun xi tkun in-nazzjonalità tiegħu, beda jgawdi mid-dritt li

jivvota u li joħroġ bħala kandidat fl-elezzjonijiet lokali fil-pajjiż ta’ residenza tiegħu

u fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.

Minn Diċembru 2009 (meta daħal fis-seħħ it-Trattat ta’ Lisbona), bdejt tgawdi wkoll

mid-dritt li tressaq petizzjoni lill-Kummissjoni biex tressaq proposta leġiżlattiva —

sakemm tkun tista’ tiġbor miljun firma minn persuni minn għadd sinifikanti ta’

pajjiżi tal-UE għall-petizzjoni tiegħek.

III. ID-DRITTIJIET FUNDAMENTALI

L-impenn tal-Unjoni Ewropea lejn iċ-ċittadini tagħha ġie ċċarat f’Nizza

f’Diċembru 2000, meta l-Kunsill Ewropew ipproklama b’mod solenni l-Karta

tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Din il-Karta tfasslet minn

Konvenzjoni magħmula minn membri tal-parlamenti nazzjonali, minn MPE, minn

rappreżentanti tal-gvernijiet nazzjonali u minn membru tal-Kummissjoni Ewropea.

Taħt sitt intestaturi — Dinjità, Libertajiet, Ugwaljanza, Solidarjetà, Drittijiet taċ-

Ċittadini u Ġustizzja — l-54 artikolu tagħha jistabbilixxu l-valuri fundamentali tal-

Unjoni Ewropea u d-drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi u soċjali taċ-ċittadini tal-UE.

Il-Karta tiftaħ b’artikoli li jkopru d-dinjità tal-bniedem, id-dritt għall-ħajja, id-dritt

għall-“integrità tal-persuna” u d-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tal-kuxjenza.

Il-kapitolu dwar is-solidarjetà jiġbor flimkien, b’mod innovattiv, drittijiet soċjali u

ekonomiċi bħal:

id-dritt li wieħed jistrajkja;

id-dritt li l-ħaddiema jkunu infurmati u kkonsultati;

id-dritt li tkun rikonċiljata l-ħajja tal-familja ma’ dik professjonali;

id-dritt għall-kura tas-saħħa, għas-sigurtà soċjali u għall-għajnuna soċjali

mal-Unjoni Ewropea kollha.

Il-Karta tippromwovi wkoll l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u tintroduċi drittijet

bħall-ħarsien tad-dejta, projbizzjoni uffiċjali fuq il-prattiki ewġeniċi u l-klonazzjoni

riproduttiva tal-bnedmin, id-dritt għall-ħarsien ambjentali, id-drittijiet tat-tfal u talanzjani

u d-dritt għal amministrazzjoni tajba.

It-Trattat ta’ Lisbona, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009, jagħti lill-Karta l-istess

forza legali bħat-Trattati — għalhekk tista’ tintuża bħala l-bażi biex wieħed iressaq każ

quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE. (Madankollu, protokoll jispeċifika l-applikazzjoni

tal-Karta fil-Polonja u fir-Renju Unit, u iktar tard dan se japplika wkoll għar-Repubblika

Ċeka).

Barra minn hekk, l-Artikolu 6 tat-Trattat ta’ Lisbona jipprovdi bażi legali għall-UE biex

tadotta l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Din il-Konvenzjoni,

imbagħad, ma tibqax tissemma biss fit-Trattati tal-UE iżda jkollha wkoll forza legali

fi kwistjonijiet relatati mal-UE, u b’hekk tipprovdi iktar protezzjoni għad-drittijiet

tal-bniedem fl-Unjoni Ewropea.

Wieħed mid-drittijiet bażiċi stipulati fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali

tal-Unjoni Ewropea huwa dak tat-tlaqqigħ tal-ħajja tal-familja mal-karriera.

IV. L-EWROPA TFISSER

EDUKAZZJONI U KULTURA

Sens ta’ appartenenza flimkien u ta’ destin komuni ma jistgħux jiġu manifatturati.

Jistgħu jinbtu biss minn kuxjenza kulturali komuni u huwa għalhekk li l-Ewropa

jeħtieġ li tiffoka l-attenzjoni tagħha mhux biss fuq l-ekonomija imma anki fuq

l-edukazzjoni, iċ-ċittadinanza u l-kultura.

L-UE ma tiddeċidix kif għandhom jiġu organizzati l-iskejjel u l-edukazzjoni jew

x’għandu jkun il-kurrikulu: dawn il-kwistjonijiet jiġu deċiżi f’livell nazzjonali jew

lokali. Madankollu, l-UE għandha programmi li jippromwovu l-iskambji edukattivi

biex iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jmorru barra minn pajjiżhom biex isegwu taħriġ

jew jistudjaw, jitgħallmu lingwi ġodda jew jipparteċipaw f’attivitajiet konġunti

ma’ skejjel jew kulleġġi f’pajjiżi oħra. Dawn il-programmi jinkludu Comenius

(edukazzjoni fl-iskejjel), Erasmus (edukazzjoni ogħla), Leonardo da Vinci (taħriġ

vokazzjonali), Grundtvig (edukazzjoni għall-adulti) u Jean Monnet (tagħlim f’livell

universitarju u riċerka fl-integrazzjoni Ewropea).

Il-pajjiżi Ewropej qed jaħdmu flimkien — permezz tal-“proċess ta’ Bolonja” — biex

joħolqu żona Ewropea ta’ edukazzjoni ogħla. Dan ifisser li, pereżempju, il-korsijiet

tal-università fil-pajjiżi kollha kkonċernati se jwasslu għal lawrji kumparabbli u

rikonoxxuti b’mod reċiproku (Baċellerati, Master u Dottorati).

Fil-qasam tal-kultura, il-programmi tal-UE “Kultura” u “Midja” jrawmu kooperazzjoni

bejn dawk li jipproduċu l-programmi għat-TV u l-films, il-promoturi, ix-xandara

u entitajiet kulturali minn pajjiżi differenti. Dan jgħin biex ikunu prodotti aktar

© Ocean/Corbis

55

56

programmi għat-TV u films Ewropej, biex b’hekk jerġa’ jinħoloq bilanċ bejn ilproduzzjoni

Ewropea u dik Amerikana.

Waħda mill-karatteristiċi essenzjali tal-Ewropa hija d-diversità tal-lingwi

tagħha — u ż-żamma ta’ din id-diversità hija għan importanti tal-UE. Tabilħaqq,

il-multilingwiżmu huwa fundamentali għall-mod kif tiffunzjona l-Unjoni Ewropea.

Il-leġiżlazzjoni tal-UE trid tkun disponibbli fit-23 lingwa uffiċjali, u kull MPE għandu

d-dritt li juża l-lingwa tiegħu fid-dibattiti preliminari.

V. L-OMBUDSMAN U D-DRITT TIEGĦEK

LI TRESSAQ PETIZZJONI QUDDIEM IL-

PARLAMENT

Sabiex l-UE tkun eqreb lejn iċ-ċittadini tagħha, it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

ħoloq il-kariga ta’ Ombudsman. Il-Parlament Ewropew jaħtar lill-Ombudsman, li

jibqa’ fil-kariga sakemm idum il-Parlament. Ir-rwol tal-Ombudsman hu li jinvestiga

l-ilmenti kontra l-istituzzjonijiet u l-entitajiet tal-UE. L-ilmenti jistgħu jitressqu

minn kwalunkwe ċittadin tal-UE u minn kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni

li tgħix jew hija bbażata f’pajjiż membru tal-UE. L-Ombudsman jipprova jirranġa

ftehim amikevoli bejn min jagħmel l-ilment u l-istituzzjoni jew l-entità kkonċernata.

Kull min jgħix f’pajjiż tal-UE jista’ jressaq petizzjoni wkoll quddiem il-Parlament

Ewropew. Din hija rabta importanti oħra bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u l-pubbliku.

VI. SENS TA’ APPARTENENZA

L-idea ta’ “Ewropa taċ-ċittadini” hija ġdida ferm. Ċerti simboli ta’ identità Ewropea

komuni diġà jeżistu, bħall-passaport Ewropew, li ilu jintuża mill-1985. Il-liċenzji

tas-sewqan tal-UE ilhom li nħarġu fil-pajjiżi kollha tal-UE sa mill-1996. L-UE adottat

il-motto, “Magħquda fid-diversità”, u fid-9 ta’ Mejju jiġi ċċelebrat “Jum l-Ewropa”.

L-innu tal-Ewropa (Ode to Joy ta’ Beethoven) u l-bandiera Ewropea (ċirku ta’

12-il stilla tad-deheb fuq sfond blu) kienu msemmija b’mod espliċitu fl-abbozz tal-

Kostituzzjoni tal-Unjoni Ewropea tal-2004, iżda tneħħew mit-Trattat ta’ Lisbona li

ħadlu postu. Dawn xorta għadhom simboli tal-UE u l-Istati Membri, l-awtoritajiet

lokali u ċ-ċittadini b’mod individwali jistgħu jużawhom jekk ikunu jixtiequ.

Madankollu, in-nies ma jistgħux iħossuhom “parti” mill-Unjoni Ewropea jekk

ma jkunux konxji minn dak li qed tagħmel l-Ewropa u għaliex qed tagħmel dan.

L-istituzzjonijiet u l-Istati Membri tal-UE hemm bżonn li jaħdmu ħafna iktar biex

jispjegaw l-affarijiet tal-UE b’lingwaġġ ċar u sempliċi.

Hemm bżonn ukoll li n-nies iħossu li l-UE tagħmel differenza tanġibbli fil-ħajja

tagħhom ta’ kuljum. F’dan ir-rigward, l-użu tal-karti tal-flus u tal-muniti tal-ewro

sa mill-2002 kellu impatt kbir. Aktar minn żewġ terzi taċ-ċittadini tal-UE issa

jimmaniġġjaw il-baġit u t-tfaddil personali tagħhom bl-ewro. Il-prezzijiet blewro

tal-oġġetti u tas-servizzi jfissru li l-konsumaturi jistgħu jqabblu l-prezzijiet

direttament minn pajjiż għal ieħor.

Il-kontrolli mal-fruntieri ġew aboliti bejn il-parti l-kbira tal-pajjiżi tal-UE skont il-

Ftehim ta’ Schengen, u dan diġà jagħti liċ-ċittadini sens ta’ appartenenza għal żona

ġeografika waħda u magħquda.

Sens ta’ appartenenza jinbet, l-ewwel u qabel kollox, minn sens ta’ involviment

personali fit-teħid tad-deċiżjonijiet fl-UE. Kull ċittadin adult tal-UE għandu d-dritt

li jivvota fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, u din hija bażi importanti għalleġittimità

demokratika tal-UE. Din il-leġittimità qed tiżdied hekk kif il-Parlament

Ewropew qed jingħata iktar setgħat, il-parlamenti nazzjonali qed ikollhom rwol

ikbar fl-affarijiet tal-UE u ċ-ċittadini tal-UE qed isiru involuti b’mod iktar attiv fl-

NGOs, fl-għaqdiet politiċi u fit-twaqqif ta’ partiti politiċi mifruxin mal-Ewropa

kollha. Jekk wieħed ikun jixtieq jgħin fit-tfassil tal-aġenda Ewropea u jinfluwenza

l-politiki Ewropej, hemm ħafna mezzi kif jista’ jagħmel dan. Hemm, pereżempju,

fora ta’ diskussjoni fuq l-Internet iddedikati għall-affarijiet tal-Unjoni Ewropea fejn

tista’ tipparteċipa f’dibattitu, u fejn tista’ wkoll tesprimi l-opinjonijiet tiegħek fuq

il-blogs tal-Kummissarji jew tal-MPE. Tista’ tikkuntattja wkoll lill-Kummissjoni jew

lill-Parlament b’mod dirett, onlajn jew billi tmur fl-uffiċċji tagħhom f’pajjiżek (ara

n-naħa ta’ ġewwa tal-qoxra ta’ wara għad-dettalji).

L-Unjoni Ewropea twaqqfet sabiex taqdi lill-popli Ewropej, u l-futur tagħha għandu

jitfassal permezz tal-involviment attiv ta’ persuni minn kull klassi. Il-missirijiet li

waqqfu l-UE kienu konxji bis-sħiħ minn dan. “M’aħniex qed niġbru flimkien l-Istati,

qegħdin ngħaqqdu lin-nies”, qal Jean Monnet lura fl-1952. Il-ħolqien ta’ kuxjenza

pubblika dwar l-UE u l-involviment taċ-ċittadini fl-attivitajiet tagħha għadhom

tnejn mill-ikbar sfidi li jaffaċċjaw l-istituzzjonijiet tal-UE llum.

57

Ewropa ta’ libertà,

sigurtà u ġustizzja

58

Il-ftuħ tal-fruntieri interni bejn l-Istati Membri tal-UE

huwa benefiċċju tanġibbli ferm għall-persuni normali,

billi jippermetti li n-nies jivvjaġġjaw bil-libertà kollha

mingħajr ma jkunu suġġetti għal kontrolli malfruntieri.

Madankollu, din il-libertà ta’ moviment intern trid

timxi id f’id ma’ aktar kontrolli fil-fruntieri esterni tal-

UE sabiex jiġu miġġielda b’mod effettiv il-kriminalità

organizzata, it-terroriżmu, l-immigrazzjoni illegali u

t-traffikar tan-nies u tad-drogi.

Il-pajjiżi tal-UE jikkooperaw fil-qasam tal-pulizija u

tal-ġustizzja sabiex l-Ewropa tkun inqas perikoluża u

aktar sigura.

Iċ-ċittadini Ewropej għandhom il-jedd li jgħixu fil-libertà, mingħajr biża’

ta’ persekuzzjoni jew vjolenza, fi kwalunkwe post fl-Unjoni Ewropea. Imma

l-kriminalità u t-terroriżmu internazzjonali huma fost it-tħassib ewlieni tal-Ewropej

illum.

Huwa ċar li d-dritt għall-moviment liberu għandu jfisser li kull persuna, fi

kwalunkwe post fl-UE, tingħata l-istess protezzjoni u l-istess aċċess għall-ġustizzja.

Għalhekk, permezz ta’ serje ta’ emendi fit-Trattati, l-Unjoni Ewropea bil-mod il-mod

qed issir “żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja” unika.

L-ambitu għal azzjoni tal-UE f’dawn l-oqsma twessa’ tul is-snin, hekk kif il-Kunsill

Ewropew adotta tliet programmi ta’ qafas suċċessivi: il-programm ta’ Tampere

(1999–2004), il-programm tal-Aja (2005–09) u l-programm ta’ Stokkolma

(2010–14). Filwaqt li l-programmi ta’ Tampere u tal-Aja mmiraw għal iktar sigurtà,

il-programm ta’ Stokkolma jiffoka iktar fuq il-ħarsien tad-drittijiet taċ-ċittadini.

It-teħid tad-deċiżjonijiet f’dawn l-oqsma sar iktar effettiv bis-saħħa tat-Trattat

ta’ Lisbona li daħal fis-seħħ f’Diċembru 2009. Sa dakinhar, l-Istati Membri kienu

żammew ir-responsabbiltà għall-ħolqien u t-tmexxija taż-żona tal-libertà, issigurtà

u l-ġustizzja. Ix-xogħol, essenzjalment, sar mill-Kunsill (jiġifieri permezz ta’

diskussjoni u qbil fost il-ministri fil-gvern), u b’hekk il-Kummissjoni u l-Parlament

kellhom biss rwol żgħir x’jaqdu. It-Trattat ta’ Lisbona biddel dan kollu: il-Kunsill

issa jieħu ħafna mid-deċiżjonijiet tiegħu permezz ta’ votazzjoni b’maġġoranza

kwalifikata u l-Parlament huwa sieħeb indaqs fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

59

60

I. IL-MOVIMENT LIBERU FL-UE U L-ĦARSIEN

TAL-FRUNTIERI ESTERNI TAGĦHA

Il-moviment liberu tal-persuni fl-UE jqajjem kwistjonijiet ta’ sigurtà għall-Istati

Membri, ladarba ma għadhomx jikkontrollaw il-fruntieri interni tal-UE. Bħala

kumpens għal dan, għandhom ikunu stabbiliti miżuri addizzjonali ta’ sigurtà malfruntieri

esterni tal-UE. Barra minn hekk, billi l-kriminali jistgħu jisfruttaw il-libertà

tal-movimenti fl-UE, il-forzi nazzjonali tal-pulizija u l-awtoritajiet ġudizzjarji

għandhom jaħdmu flimkien biex jiġġieldu l-kriminalità transkonfinali.

Waħda mill-azzjonijiet l-aktar importanti biex dawk li jivvjaġġjaw ikollhom ħajja

aktar faċli fl-Unjoni Ewropea saret fl-1985, meta l-gvernijiet tal-Belġju, ta’ Franza,

tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, tal-Lussemburgu u tal-Pajjiżi l-Baxxi

ffirmaw ftehim f’belt żgħira fuq il-fruntieri tal-Lussemburgu, bl-isem ta’ Schengen.

Huma qablu li jabolixxu l-kontrolli kollha fuq il-persuni, tkun xi tkun in-nazzjonalità

tagħhom, fil-fruntieri komuni tagħhom, li jarmonizzaw il-kontrolli fil-fruntieri

tagħhom ma’ pajjiżi li mhumiex tal-UE u li jintroduċu politika komuni dwar il-viżi.

B’hekk iffurmaw żona mingħajr fruntieri interni magħrufa bħala ż-Żona Schengen.

Minn dakinhar l-arranġamenti ta’ Schengen saru parti prinċipali mit-Trattati tal-UE,

u ż-żona Schengen bdiet tespandi gradwalment. Fl-2010 ir-regoli ta’ Schengen ġew

implimentati għalkollox mill-pajjiżi kollha tal-UE barra l-Bulgarija, Ċipru, l-Irlanda,

ir-Rumanija u r-Renju Unit. Tliet pajjiżi li mhumiex membri tal-UE — l-Islanda, in-

Norveġja u l-Isvizzera — huma wkoll membri taż-żona Schengen.

Bit-tkabbir tal-UE fl-2004 u l-2007, kontrolli iktar stretti fil-fruntieri saru prijorità.

Aġenzija tal-UE magħrufa bħala Frontex, li hija bbażata f’Varsavja, hija responsabbli

mill-immaniġġjar tal-kooperazzjoni tal-UE fir-rigward tas-sigurtà fil-fruntieri

esterni. L-Istati Membri jistgħu jsellfulha dgħajjes, ħelikopters u ajruplani għallġarr

ta’ gruppi ta’ nies konġunti li jagħmlu l-għassa, pereżempju, f’żoni sensittivi

fil-Mediterran. L-UE qed tikkunsidra wkoll li twaqqaf servizz ta’ gwardja fil-fruntieri

Ewropej.

Hekk kif il-popolazzjoni tal-UE qed tixjieħ, immigranti legali bi

kwalifiki tajba qed jgħinu biex jimlew il-lakuni fis-suq tax-xogħol.

II. IL-POLITIKA DWAR L-AŻIL

U L-IMMIGRAZZJONI

L-Ewropa hija kburija bit-tradizzjoni umanitarja tagħha li tilqa’ lill-barranin u li toffri

ażil lir-rifuġjati li jkunu qed jaħarbu l-periklu u l-persekuzzjoni. Illum, madankollu,

il-gvernijiet tal-UE qed jaffaċċjaw il-kwistjoni urġenti ta’ kif għandhom jittrattaw

in-numri dejjem akbar ta’ immigranti, kemm legali kif ukoll illegali, f’żona mingħajr

fruntieri interni.

Il-gvernijiet tal-UE qablu li jarmonizzaw ir-regoli tagħhom sabiex, sal-2012,

l-applikazzjonijiet għall-ażil ikunu jistgħu jiġu pproċessati skont sett ta’ prinċipji

bażiċi li jkunu rikonoxxuti b’mod uniformi mal-Unjoni Ewropea kollha. Ġew adottati

xi miżuri tekniċi, bħal standards minimi biex jiddaħħlu dawk li jkunu qed ifittxu

l-ażil u biex jingħata l-istatus ta’ rifuġjat.

Reċentement, ix-xtajtiet Ewropej qed jaraw il-wasla ta’ ħafna immigranti illegali,

u waħda mill-prijoritajiet prinċipali tal-UE hija li tiġi trattata din il-problema.

Il-gvernijiet tal-Istati Membri qed jaħdmu id f’id biex jikkontrollaw it-traffikar

tal-persuni u biex jaqblu dwar arranġamenti komuni biex l-immigranti illegali

jintbagħtu lura lejn pajjiżhom. Fl-istess ħin, l-immigrazzjoni illegali qed tiġi

kkoordinata aħjar bir-regoli tal-UE dwar ir-riunifikazzjoni mal-familja, l-istatus ta’

residenti għal tul ta’ żmien, u l-aċċettazzjoni ta’ persuni li mhumiex ċittadini tal-UE

li jixtiequ jiġu l-Ewropa biex jistudjaw jew iwettqu riċerka.

© Tim Pannell/Corbis

61

62

Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tad-dwana Ewropej

qed tgħin biex tnaqqas it-traffikar u l-kriminalità.

III. IL-ĠLIEDA KONTRA L-KRIMINALITÀ

INTERNAZZJONALI

Huwa meħtieġ sforz ikkoordinat biex jiġu miġġielda l-gruppi kriminali li jmexxu

n-netwerks tat-traffikar tal-persuni u li jisfruttaw lill-bnedmin vulnerabbli,

partikolarment in-nisa u t-tfal.

Il-kriminalità organizzata qed issir dejjem aktar sofistikata u b’mod regolari tuża

netwerks Ewropej jew internazzjonali għall-attivitajiet tagħha. It-terroriżmu wera

b’mod ċar li jista’ jolqot, bi brutalità kbira, kwalunkwe post fid-dinja.

Huwa għalhekk li ġiet stabbilita s-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen (SIS).

Din hija database kumplessa li tippermetti lill-forzi tal-pulizija u lill-awtoritajiet

ġudizzjarji jiskambjaw informazzjoni dwar persuni li għalihom ikun ħareġ mandat

ta’ arrest jew talba ta’ estradizzjoni, u dwar proprjetà misruqa bħal pereżempju

vetturi jew xogħlijiet ta’ arti. Database tal-ġenerazzjoni l-ġdida magħrufa bħala

SIS II se jkollha kapaċità ikbar u se tagħmel possibbli l-ħżin ta’ tipi ġodda ta’ dejta.

Wieħed mill-aħjar modi kif jinqabdu l-kriminali huwa billi jiġu ttraċċati l-flus

li jagħmlu b’mod diżonest. Għal din ir-raġuni, u biex jinqata’ l-finanzjament talorganizzazzjonijiet

kriminali u terroristiċi, l-UE ppreżentat leġiżlazzjoni għallprevenzjoni

tal-ħasil tal-flus.

L-akbar avvanz li sar f’dawn l-aħħar snin fil-qasam tal-kooperazzjoni bejn

l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kien il-ħolqien tal-Europol, entità tal-UE bbażata

fl-Aja u li magħha jaħdmu uffiċjali tal-pulizija u uffiċjali tad-dwana. Tittratta

firxa wiesgħa ta’ kriminalità internazzjonali: it-traffikar tad-drogi, il-kummerċ ta’

vetturi misruqa, in-netwerks tat-traffikar tal-persuni u tal-immigrazzjoni illegali,

l-isfruttatment sesswali tan-nisa u tat-tfal, il-pornografija tat-tfal, il-falsifikazzjoni,

it-traffikar ta’ materjal radjuattiv u nukleari, it-terroriżmu, il-ħasil tal-flus u

l-falsifikazzjoni tal-ewro.

© George Steinmetz/Corbis

IV. LEJN “ŻONA ĠUDIZZJARJA EWROPEA”

Bħalissa fl-Unjoni Ewropea, fl-istess ħin, joperaw ħafna sistemi ġudizzjarji

differenti kull waħda fi ħdan il-fruntieri nazzjonali. Iżda l-kriminalità u t-terroriżmu

internazzjonali ma jiqfux mal-fruntieri nazzjonali. Huwa għalhekk li l-UE teħtieġ

qafas komuni biex tiġġieled it-terroriżmu, it-traffikar tad-drogi u l-falsifikazzjoni,

sabiex tiggarantixxi livell għoli ta’ ħarsien għaċ-ċittadini tagħha u żżid ilkooperazzjoni

internazzjonali f’dan il-qasam. L-UE teħtieġ ukoll politika komuni talġustizzja

kriminali, biex tiżgura li l-kooperazzjoni bejn il-qrati f’pajjiżi differenti ma

ssibx ostakli minħabba d-definizzjonijiet differenti tagħhom ta’ ċerti atti kriminali.

L-aktar eżempju sinifikanti ta’ kooperazzjoni prattika f’dan il-qasam huwa x-xogħol

li qed isir mill-Eurojust, struttura ċentrali ta’ koordinazzjoni li ġiet stabbilita fl-

Aja fl-2003. L-iskop tagħha huwa li l-awtoritajiet nazzjonali ta’ investigazzjoni u

ta’ prosekuzzjoni jkunu jistgħu jaħdmu flimkien f’investigazzjonijiet kriminali li

jinvolvu diversi pajjiżi tal-UE. Jista’ jkun li jitwaqqaf Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku

Ewropew, abbażi tal-Eurojust — jekk il-Kunsill (jew grupp ta’ mill-inqas disa’

Stati Membri) jiddeċiedi li jsir dan. Ir-rwol tal-prosekutur ikun l-investigazzjoni u

l-prosekuzzjoni ta’ offiżi kontra l-interessi finanzjarji tal-UE.

Għodda oħra għall-kooperazzjoni transkonfinali prattika hija l-mandat ta’ arrest

Ewropew, li ilu jintuża minn Jannar 2004. L-għan wara dan huwa li jissostitwixxi

proċeduri twal ta’ estradizzjoni.

Fil-qasam tal-liġi ċivili, l-UE adottat leġiżlazzjoni biex tgħin fl-applikazzjoni tassentenzi

tal-qrati f’każijiet transkonfinali li jinvolvu d-divorzju, is-separazzjoni, ilkustodja

tal-ulied u t-talbiet ta’ manteniment. L-għan huwa li jiġi żgurat li s-sentenzi

f’pajjiż wieħed ikunu applikabbli fil-pajjiżi l-oħra. L-UE stabbilixxiet proċeduri

komuni biex tiġi ssimplifikata u mħaffa s-soluzzjoni ta’ kawżi transkonfinali f’talbiet

ċivili żgħar u mhux ikkontestati bħall-irkupru tad-djun u l-falliment.

63

L-UE fuq il-palk dinji

64

L-Unjoni Ewropea għandha aktar influwenza fix-xena

dinjija meta titkellem b’leħen wieħed fi kwistjonijiet

internazzjonali bħal pereżempju fin-negozjati

kummerċjali. Biex jintlaħaq dan, u biex l-UE ssir iktar

viżibbli fix-xena internazzjonali, fl-2009 il-Kunsill

Ewropew akkwista President permanenti u nħatar

l-ewwel Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet

Barranin u għall-Politika tas-Sigurtà.

Fil-qasam tad-difiża, kull pajjiż jibqa’ sovran, kemm

jekk ikun membru tan-NATO u kemm jekk ikun

newtrali. Madankollu, l-Istati Membri tal-UE qed

jiżviluppaw kooperazzjoni militari f’missjonijiet għażżamma

tal-paċi.

L-UE hija attur prinċipali fil-kummerċ internazzjonali u

qed taħdem mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ

(WTO) biex tiżgura li jkun hemm swieq miftuħa u

sistema ta’ kummerċ ibbażata fuq ir-regoli.

Għal raġunijiet storiċi u ġeografiċi, l-UE tiffoka

partikolarment mill-qrib fuq l-Afrika (permezz

ta’ politiki ta’ għajnuna għall-iżvilupp, preferenzi

kummerċjali, għajnuna f’forma ta’ ikel u promozzjoni

tad-drittijiet tal-bniedem).

F’termini ekonomiċi, kummerċjali u monetarji, l-Unjoni Ewropea saret forza dinjija

ewlenija. Xi drabi jingħad li f’termini ekonomiċi l-UE saret ġgant iżda politikament

ma żviluppatx kemm hu xieraq. Din hija esaġerazzjoni. L-Unjoni Ewropea

għandha influwenza konsiderevoli fi ħdan organizzazzjonijiet internazzjonali

bħall-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u l-entitajiet speċjalizzati tan-

Nazzjonijiet Uniti (NU), u f’samits dinjin dwar l-ambjent u l-iżvilupp.

Madankollu, huwa minnu li l-UE u l-membri tagħha baqagħlhom ħafna x’jaqdfu,

f’termini diplomatiċi u politiċi, qabel ikunu jistgħu jitkellmu b’leħen wieħed dwar

kwistjonijiet dinjin importanti. Barra minn hekk, id-difiża militari (il-pedament

tas-sovranità nazzjonali) tibqa’ f’idejn il-gvernijiet nazzjonali, li r-rabtiet tagħhom

huma dawk maħluqa fi ħdan alleanzi bħan-NATO.

I. IL-POLITIKA BARRANIJA

U TA’ SIGURTÀ KOMUNI

(a) It-twaqqif ta’ servizz diplomatiku Ewropew

Il-politika barranija u ta’ sigurtà komuni (CFSP) u l-politika Ewropea tas-sigurtà u

d-difiża (ESDP), jiddefinixxu l-kompiti politiċi barranin prinċipali tal-UE. Dawn il-

politiki ġew introdotti bit-Trattati ta’ Maastricht (fl-1992), ta’ Amsterdam (fl-1997)

u ta’ Nizza (fl-2001). Dawn iffurmaw it-“tieni pilastru” tal-UE — qasam tal-politika

fejn l-azzjoni tiġi deċiża bi ftehim intergovernattiv u fejn il-Kummissjoni u

l-Parlament għandhom biss rwol minuri. Id-deċiżjonijiet f’dan il-qasam jittieħdu

b’kunsens, għalkemm l-Istati individwali jistgħu jastjenu. Għalkemm bit-Trattat

ta’ Lisbona waqgħu dawn il-“pilastri” fl-istruttura tal-UE, il-mod kif jiġu deċiżi

kwistjonijiet ta’ sigurtà u difiża ma nbidilx. Madankollu, l-isem tal-politika

nbidel minn ESDP għal CSDP (il-politika komuni tas-sigurtà u d-difiża). Ta wkoll

prominenza lis-CFSP billi ħoloq il-kariga ta’ Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea

għall-Affarijiet Barranin u għall-Politika tas-Sigurtà.

Din il-kariga ilha okkupata minn Catherine Ashton mir-Renju Unit, li hija wkoll

il-viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, sa mill-1 ta’ Diċembru 2009. Xogħolha

huwa li tirrappreżenta l-opinjonijiet kollettivi tal-UE u li taġixxi f’isem l-UE

f’organizzazzjonijiet internazzjonali u f’konferenzi internazzjonali. Hija megħjuna

mill-eluf ta’ uffiċjali tal-UE u nazzjonali li flimkien jiffurmaw is-Servizz Ewropew ta’

Azzjoni Esterna — fil-prattika, is-servizz diplomatiku tal-UE.

65

66

L-għan tal-politika barranija tal-UE huwa li, essenzjalment, tiżgura s-sigurtà, listabbiltà,

id-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem — mhux biss filviċinat

immedjat tagħha (pereżempju, fil-Balkani) iżda anki f’postijiet importanti

oħra madwar id-dinja, bħall-Afrika, il-Lvant Nofsani u l-Kawkasu. L-għodda prinċipali

tagħha hija “poter kważi legali”, li jkopri affarijiet bħal missjonijiet ta’ osservazzjoni

tal-elezzjonijiet, l-għajnuna umanitarja u l-għajnuna għall-iżvilupp. Fl-2009, l-UE tat

għajnuna umanitarja li kienet tammonta għal € 900 miljun lil 30 pajjiż, ħafna minnhom

fl-Afrika. L-UE tipprovdi 60 % tal-għajnuna dinjija għall-iżvilupp u tgħin lillpajjiżi

l-iktar fil-bżonn fid-dinja biex jiġġieldu l-faqar, jitimgħu liċ-ċittadini tagħhom,

jevitaw id-diżastri naturali, ikollhom aċċess għall-ilma tax-xorb u jiġġieldu l-mard.

Fl-istess waqt, l-UE tinkoraġġixxi b’mod attiv lil dawn il-pajjiżi biex jirrispettaw l-istat

tad-dritt u biex jiftħu s-swieq tagħhom għall-kummerċ internazzjonali. Il-Kummissjoni

u l-Parlament Ewropew joqogħdu attenti li l-għajnuna tingħata b’mod responsabbli

u li tiġi mmaniġġjata u uzata b’mod xieraq.

L-UE tista’ u hija lesta li tmur lil hinn minn din id-diplomazija “kważi legali”? Din hija

l-isfida prinċipali għall-futur. Iżżejjed drabi, l-istqarrijiet konġunti u l-pożizzjonijiet

komuni tal-Kunsill Ewropew dwar kwistjonijiet internazzjonali prinċipali (il-proċess

ta’ paċi fil-Lvant Nofsani, l-Iraq, it-terroriżmu, ir-relazzjonijiet mar-Russja, l-Iran, Kuba,

eċċ.) ma jesprimu xejn ħlief l-iktar opinjonijiet bażiċi. Fl-istess ħin, l-Istati Membri

l-kbar jibqgħu jaqdu r-rwoli diplomatiċi individwali tagħhom. Madankollu, huwa

meta l-Unjoni Ewropea titkellem b’vuċi waħda li tidher bħala attur globali. Jekk l-UE

trid li l-kredibbiltà u l-influwenza tagħha jikbru, hemm bżonn li tikkumbina s-setgħa

ekonomika tagħha mal-poteri kummerċjali bl-implimentazzjoni uniformi tal-politika

komuni tagħha tas-sigurtà u d-difiża.

(b) Kisbiet tanġibbli tal-politika komuni tas-sigurtà u d-difiża (CSDP)

Mill-2003, l-Unjoni Ewropea kisbet il-kapaċità li twettaq operazzjonijiet ta’

mmaniġġjar tal-kriżijiet, bl-għajnuna tal-Istati Membri li b’mod volontarju jagħmlu

wħud mill-forzi tagħhom disponibbli għall-UE biex twettaq it-tali operazzjonijiet.

Ir-responsabbiltà għat-twettiq ta’ dawn l-operazzjonijiet hija f’idejn grupp ta’

entitajiet politikomilitari: il-Kumitat għall-Politika u s-Sigurtà (PSC), il-Kumitat

Militari tal-UE (EUMC), il-Kumitat għall-Aspetti Ċivili tal-Immaniġġjar tal-Kriżijiet

(Civcom) u l-Istaff Militari tal-Unjoni Ewropea (EUMS). Dawn l-entitajiet iridu

jagħtu rendikont lill-Kunsill u huma bbażati fi Brussell.

Dan is-sett ta’ għodod huwa dak li jissolidifika l-politika komuni tas-sigurtà u

d-difiża. Dan jippermetti lill-UE twettaq il-kompiti li tkun stabbilixxiet hi stess —

umanitarji u ż-żamma tal-paċi jew missjonijiet għaż-żamma tal-paċi. Għandu jiġi

evitat li f’dawn il-missjonijiet isiru l-istess affarijiet li qed isiru min-NATO, u dan huwa

ggarantit permezz tal-ftehimiet “Berlin plus” bejn in-NATO u l-UE. Dawn jagħtu

aċċess lill-UE għar-riżorsi loġistiċi tan-NATO (għad-ditezzjoni, il-komunikazzjoni,

il-kmand u t-trasport).

Mill-2003, l-Unjoni Ewropea nediet 22 operazzjoni militari u missjoni ċivili. L-ewwel

waħda saret fil-Bosnja-Ħerzegovina, fejn truppi tal-UE ħadu post il-forzi tan-NATO.

Dawn il-missjonijiet u l-operazzjonijiet, bil-bandiera Ewropea, qed isiru jew saru fi

tliet kontinenti. Dawn jinkludu l-missjoni tal-EUFOR fiċ-Chad u r-Repubblika Ċentrali

tal-Afrika, l-operazzjoni tal-Eunavfor “Atalanta” għall-ġlieda kontra l-piraterija fis-

Somalja fil-Golf tal-Aden, il-missjoni tal-EULEX biex tingħata għajnuna lill-Kosovo

biex jistabbilixxi fis-sod l-istat tad-dritt, u l-missjoni tal-EUPOL fl-Afganistan biex

tingħata għajnuna biex jitħarrġu l-pulizija fl-Afganistan.

L-UE twettaq missjonijiet ċivili jew ta’ żamma tal-paċi militari

bħal din il-forza kontra l-piraterija qrib ix-xtut tas-Somalja.

Hekk kif it-teknoloġija militari qed issir dejjem iktar sofistikata u tqum iktar flus,

il-gvernijiet tal-UE qed isibuha dejjem iktar neċessarja li jaħdmu flimkien filmanifattura

tal-armi — speċjalment issa li qed jagħmlu minn kollox biex inaqqsu

n-nefqa pubblika biex ikunu jistgħu jtaffu l-kriżi finanzjarja. Barra minn hekk, jekk

il-forzi armati tagħhom ikunu se jwettqu missjonijiet konġunti barra mill-Ewropa,

is-sistemi tagħhom iridu jkunu interoperabbli u t-tagħmir tagħhom standardizzat

b’mod suffiċjenti. Huwa għalhekk li l-Kunsill Ewropew ta’ Salonika f’Ġunju 2003,

iddeċieda li jwaqqaf Aġenzija Ewropea tad-Difiża (EDA) biex tgħin fl-iżvilupp talkapaċitajiet

militari tal-UE. Din ġiet stabbilita formalment fl-2004.

© Tim Freccia/AP

67

68

II. POLITIKA KUMMERĊJALI LI

HIJA MIFTUĦA GĦAD-DINJA

L-importanza tal-Unjoni Ewropea bħala setgħa kummerċjali tagħtiha influwenza

internazzjonali konsiderevoli. L-UE tappoġġja s-sistema bbażata fuq ir-regoli

tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), li għandha 153 pajjiż membru.

Din is-sistema tipprovdi ċerta trasparenza u ċertezza legali waqt li jkun qed isir

il-kummerċ internazzjonali. Id-WTO tiffissa kundizzjonijiet fejn il-membri tagħha

jkunu jistgħu jiddefendu rwieħhom minn prattiki inġusti bħad-dumping (bejgħ

inqas minn kemm jiswa l-oġġett) li permezz tagħhom l-esportaturi jikkompetu

kontra r-rivali tagħhom. Tipprovdi wkoll proċedura għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim li

jinqala’ bejn żewġ imsieħba kummerċjali jew aktar.

L-UE ilha tfittex li tiftaħ il-kummerċ dinji mill-2001, permezz ta’ taħdidiet dwar ilkummerċ

fir-“Round ta’ Doha”. Dawn huma negozjati iebsa iżda l-UE tibqa’ konvinta

li wara l-kriżi finanzjarja u ekonomika, tnaqqis fil-kummerċ dinji jibdel ir-reċessjoni

f’depressjoni mill-agħar.

Il-politika kummerċjali tal-UE hija marbuta mill-qrib mal-politika ta’ żvilupp

tagħha. Skont is-“sistema ġenerali ta’ preferenzi” (GSP) tagħha, l-UE tat aċċess

mingħajr dazji jew preferenzjali b’rata mraħħsa għas-suq tagħha għall-parti l-kbira

tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u mill-ekonomiji li qegħdin fi

tranżizzjoni. Għamlet saħansitra aktar minn hekk għall-ifqar 49 pajjiż tad-dinja.

L-esportazzjonijiet kollha tagħhom, bl-unika eċċezzjoni tal-armi, igawdu minn

dħul mingħajr dazji fis-suq tal-UE.

Madankollu, l-UE ma għandhiex ftehimiet kummerċjali speċifiċi mal-imsieħba

kummerċjali ewlenin tagħha fost il-pajjiżi żviluppati bħall-Istati Uniti u l-Ġappun.

Hawnhekk, ir-relazzjonijiet kummerċjali jiġu amministrati permezz tal-mekkaniżmi

tad-WTO. L-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea qed ifittxu li jiżviluppaw relazzjonijiet

imsejsa fuq l-ugwaljanza u s-sħubija. Wara l-elezzjoni ta’ Barack Obama bħala

President tal-Istati Uniti, il-mexxejja tal-UE bdew iħeġġu rabtiet trans-Atlantiċi

iktar mill-qrib. Fil-laqgħa tal-G-20 f’Londra f’April 2009, l-UE u l-Istati Uniti qablu

dwar il-ħtieġa li jkun hemm regolazzjoni aħjar tas-sistema finanzjarja globali.

© Andy Aitchison/In Pictures/Corbis

L-UE tippromwovi l-ftuħ tas-swieq u l-iżvilupp tal-kummerċ

fi ħdan il-qafas multilaterali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

L-Unjoni Ewropea qed iżżid il-kummerċ tagħha mas-setgħat emerġenti f’partijiet

oħra tad-dinja, miċ-Ċina u mill-Indja sal-Amerika Ċentrali u dik t’Isfel. Il-ftehimiet

kummerċjali ma’ dawn il-pajjiżi jinvolvu wkoll kooperazzjoni teknika u kulturali.

Iċ-Ċina saret it-tieni l-iktar imsieħeb kummerċjali importanti tal-UE (wara

l-Istati Uniti) u l-ikbar fornitur tal-importazzjonijiet. (Fl-2009 iktar minn 17 %

tal-importazzjonijiet tal-UE ġew miċ-Ċina). L-Unjoni Ewropea hija l-imsieħba

kummerċjali prinċipali tar-Russja u l-ikbar sors ta’ investiment barrani tagħha.

Barra mill-kummerċ, il-kwistjonijiet prinċipali fir-relazzjonijiet ta’ bejn l-UE u

r-Russja jikkonċernaw kwistjonijiet transkonfinali bħas-sikurezza tal-provvisti talenerġija,

partikolarment tal-gass.

III. L-AFRIKA

Ir-relazzjonijiet bejn l-Ewropa u l-Afrika sub-Saħarjana ilhom jeżistu żmien twil.

Skont it-Trattat ta’ Ruma tal-1957, dawk li kienu l-kolonji u t-territorji lil hinn mixxtut

tal-Istati Membri saru assoċjati tal-Komunità. Id-dekolonjalizzazzjoni, li bdiet

kmieni fis-snin 60 tas-seklu li għadda, bidlet din ir-rabta f’assoċjazzjoni differenti,

waħda bejn pajjiżi sovrani.

Il-Ftehim ta’ Cotonou, li kien iffirmat fis-sena 2000 f’Cotonou, il-belt kapitali tal-

Benin, immarka stadju ġdid fil-politika tal-iżvilupp tal-UE. Dan il-ftehim bejn

l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) huwa l-aktar

ftehim kummerċjali u ta’ għajnuna ambizzjuż u b’ambitu wiesa’ li qatt ġie konkluż

bejn il-pajjiżi żviluppati u dawk li qed jiżviluppaw. Dan sar wara l-Konvenzjoni

ta’ Lomé, li kienet iffirmata fl-1975 f’Lomé, il-belt kapitali tat-Togo, u wara ġiet

aġġornata f’intervalli regolari.

Dan il-ftehim il-ġdid imur ferm lil hinn mill-ftehimiet ta’ qabel, billi għamel avvanz

minn relazzjonijiet kummerċjali bbażati fuq aċċess għas-suq għal relazzjonijiet

kummerċjali f’sens usa’. Jintroduċi wkoll proċeduri ġodda biex ikunu ttrattati

l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem.

L-Unjoni Ewropea tat konċessjonijiet kummerċjali speċjali lill-pajjiżi l-inqas

żviluppati, li minnhom 39 huma firmatarji tal-Ftehim ta’ Cotonou. Sa mill-2005

setgħu jesportaw prattikament kwalunkwe tip ta’ prodott lejn l-UE, bla dazju. Fl-

2009, l-UE qablet li tagħti lis-77 pajjiż tal-AKP € 2.7 biljun bħala għajnuna fl-oqsma

tas-saħħa, tal-ilma, tal-bidla fil-klima u ż-żamma tal-paċi.

69

X’futur għandha l-Ewropa?

70

“L-Ewropa mhux se tinbena f’daqqa, jew skont pjan

wieħed. Se tinbena permezz ta’ kisbiet konkreti li flewwel

post jibnu solidarjetà de facto.”

Din l-istqarrija mill-1950 għadha tgħodd anki llum.

Iżda x’inhuma l-isfidi għall-Ewropa fis-snin li ġejjin?

“L-Ewropa mhux se tinbena f’daqqa, jew skont pjan wieħed. Se tinbena permezz

ta’ kisbiet konkreti li fl-ewwel post jibnu solidarjetà de facto.” Dan kien il-kliem

ta’ Robert Schuman fid-Dikjarazzjoni famuża tiegħu, li nediet il-proġett ta’

integrazzjoni Ewropea fid-9 ta’ Mejju 1950. 60 sena wara, dawn il-kliem għadhom

jgħoddu daqs qabel. Is-solidarjetà bejn il-popli u n-nazzjonijiet Ewropej trid tiġi

adattata b’mod kostanti biex tilqa’ l-isfidi l-ġodda ppreżentati minn dinja li qed

tinbidel. Il-kompletar tas-suq uniku fil-bidu tas-snin 90 tas-seklu li għadda kien

kisba kbira, iżda ma kienx biżżejjed. Biex is-suq jiffunzjona b’mod iktar effettiv,

kellha tinħoloq l-ewro — li dehret għall-ewwel darba fl-1999. Għall-immaniġġjar

tal-ewro u l-iżgurar ta’ prezzijiet stabbli, twaqqaf il-Bank Ċentrali Ewropew: iżda

l-kriżi finanzjarja ta’ bejn l-2008 u l-2009 u l-kriżi tad-djun tal-2010 urew li l-ewro

hija vulnerabbli għall-attakki mill-ispekulaturi globali. Barra l-BĊE hemm bżonn

ukoll ta’ koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi nazzjonali — koordinazzjoni iktar

mill-qrib minn dik li attwalment jipprovdi l-Grupp tal-Ewro. Allura, l-UE dalwaqt se

tibda tfassal pjanijiet għal tmexxija ekonomika li hija tassew kondiviża?

Jean Monnet, il-famuż arkitett tal-integrazzjoni Ewropea, ikkonkluda r-rakkonti

bijografiċi tiegħu tal-1976 b’dawn il-kelmiet: “In-nazzjonijiet sovrani tal-passat ma

għadhomx jistgħu jsolvu l-problemi tal-preżent: ma jistgħux jiżguraw il-progress

tagħhom jew jikkontrollaw il-futur tagħhom. U l-Komunità nnifisha hija biss stadju

fit-triq lejn id-dinja organizzata ta’ għada.” Bl-ekonomija globali tal-lum fl-isfond,

għandna nibdew nikkunsidraw li l-Unjoni Ewropea ma għadhiex politikament

rilevanti? Jew aħjar nibdew nistaqsu kif nistgħu nistimulaw il-potenzjal ta’ nofs

biljun Ewropew li għandhom l-istess valuri u interessi?

L-Unjoni Ewropea dalwaqt ikollha iktar minn 30 Stat Membru, kollha bi storja,

lingwa u kultura differenti ħafna. Tista’ familja daqshekk differenti ta’ nazzjonijiet

tifforma “sfera pubblika” politika komuni? Jistgħu ċ-ċittadini tagħha jiżviluppaw

sens komuni ta’ “identità Ewropea” filwaqt li jżommu rabtiet mill-qrib ma’ pajjiżhom,

ir-reliġjon tagħhom u l-komunità lokali tagħhom? Dan jista’ jkun li jseħħ, jekk

l-Istati Membri tal-lum jimxu fuq il-passi tal-ewwel Komunità Ewropea — il-KEFA

— li feġġet minn wara l-ħerba tat-Tieni Gwerra Dinjija. Il-leġittimità morali tagħha

kienet ibbażata fuq ir-rikonċiljazzjoni u l-konsolidazzjoni tal-paċi bejn nazzjonijiet li

qabel kienu għedewwa. Din żammet mal-prinċipju li l-Istati Membri kollha, sewwa

jekk kbar u sewwa jekk żgħar, kellhom l-istess drittijiet u rrispettat il-minoranzi.

71

72

Se jkun possibbli li tkompli l-ħidma għall-integrazzjoni tal-Ewropa, bir-raġunament

li l-Istati Membri tal-UE u l-popli tagħhom kollha jixtiequ l-istess ħaġa? Jew,

il-mexxejja tal-UE se jagħmlu użu ikbar minn arranġamenti ta’ “kooperazzjoni

msaħħa”, li bihom gruppi ad hoc ta’ Stati Membri jkunu jistgħu jimxu ’l quddiem,

mingħajr ma jistennew lill-oħrajn, f’dik id-direzzjoni jew fl-oħra? Il-multiplikazzjoni

ta’ arranġamenti bħal dawn tista’ twassal għal Ewropa à la carte jew b’“ġeometrija

varjabbli”, b’kull Stat Membru ħieles li jagħżel jekk jimxix ma’ politika partikolari

jew jekk ikunx parti minn istituzzjoni partikolari. Din is-soluzzjoni tista’ tidher

waħda attraenti fis-sempliċità tagħha, iżda kieku tkun il-bidu tat-tmiem għall-UE,

li taħdem billi tantiċipa l-interessi komuni tal-Istati Membri tagħha, kemm għallperjodu

qasir u kemm għat-tul. Hija bbażata fuq il-kunċett tas-solidarjetà — li

jfisser qsim tal-iżvantaġġi kif ukoll tal-vantaġġi. Ifisser it-tħaddin ta’ regoli komuni

u politiki komuni. Eżenzjonijiet, derogi u deċiżjonijiet ta’ ebda parteċipazzjoni (optouts)

għandhom ikunu l-eċċezzjoni u fuq perjodu qasir ta’ żmien. Jista’ jkun li xi

drabi jkun hemm bżonn ta’ arranġamenti tranżizzjonali u perjodi ta’ introduzzjoni

gradwali, iżda jekk mhux l-Istati Membri kollha jżommu mal-istess regoli u jaħdmu

biex jilħqu l-istess għanijiet, is-solidarjetà tiddeterjora u jintilfu l-vantaġġi li tkun

parti minn Ewropa soda u magħquda.

Il-globalizzazzjoni tobbliga lill-Ewropa li tikkompeti mhux biss mar-rivali

tradizzjonali tagħha (il-Ġappun u l-Istati Uniti) iżda anki ma’ setgħat ekonomiċi li

qed jikbru b’pass mgħaġġel bħall-Brażil, iċ-Ċina u l-Indja. Tista’ tkompli tirrestrinġi

l-aċċess għas-suq uniku tagħha sabiex tipproteġi l-istandards soċjali u ambjentali

tagħha? Anki jekk tagħmel dan, xorta ma hemmx mezz kif taħrab mir-realtajiet

iebsa li tippreżenta l-kompetizzjoni internazzjonali. L-unika soluzzjoni hija li

l-Ewropa tassew issir attur globali, fejn taġixxi b’għaqda fuq il-palk dinji u tiddikjara

l-interessi tagħha b’mod effettiv billi titkellem b’vuċi waħda. Jista’ jinkiseb progress

f’din id-direzzjoni, biss jekk isir progress lejn unjoni politika. Il-President tal-Kunsill

Ewropew, il-President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-

Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà flimkien għandhom jipprovdu tmexxija

solida u konsistenti lill-UE.

Fl-istess waqt jeħtieġ li l-UE ssir iktar demokratika. Il-Parlament Ewropew — li

ngħata setgħat ikbar b’kull trattat ġdid — jiġi elett b’mod dirett permezz ta’

elezzjoni universali fejn jista’ jivvota kull min għandu d-dritt għall-vot kull ħames

snin. Iżda l-perċentwali tal-popolazzjoni li fil-fatt tivvota f’dawn l-elezzjonijiet

ivarja minn pajjiż għal pajjiż, u l-għadd ta’ nies li joħorġu jivvutaw ħafna drabi jkun

baxx. L-isfida għall-istituzzjonijiet u l-gvernijiet nazzjonali tal-UE hija li jsibu modi

aħjar ta’ kif jinfurmaw u jikkomunikaw mal-pubbliku (permezz tal-edukazzjoni,

netwerks ta’ NGOs, eċċ.) u b’hekk jistimulaw il-ħolqien ta’ sfera pubblika Ewropea

komuni li fiha ċ-ċittadini tal-UE jkunu jistgħu jsawru l-aġenda politika.

L-Ewropej jeħtieġ li jaħdmu bħalissa għal futur tagħhom ta’ għada.

Fl-aħħar nett, l-Ewropa għandha tagħmel dak kollu li jippermettulha l-abbiltajiet

tagħha fl-affarijiet internazzjonali. Wieħed mill-ikbar preġji tal-UE huwa l-abbiltà

tagħha li xxerred il-valuri Ewropej lil hinn mill-fruntieri tagħha. Valuri bħarrispett

għad-drittijiet tal-bniedem, il-ħarsien tal-istat tad-dritt, il-ħarsien talambjent

u ż-żamma tal-istandards soċjali fl-ekonomija tas-suq soċjali. Minħabba

l-imperfezzjonijiet tagħha, l-UE ma tistax tgħid li hi x-xempju perfett għallbqija

tal-umanità. Iżda minħabba s-suċċessi tagħha, reġjuni oħra jqisuha bħala

eżempju. X’jista’ jitqies bħala suċċess għall-UE fis-snin li ġejjin? Finanzi pubbliċi li

jiġu bbilanċjati mill-ġdid. Soluzzjoni għall-isfida tat-tixjiħ tal-popolazzjoni tagħha

li ma titfax piż inġust fuq il-ġenerazzjoni li jmiss. Is-sejbien ta’ risposti etiċi għallisfidi

l-kbar li jġib magħhom il-progress xjentifiku u tekniku — partikolarment filbijoteknoloġija.

L-iżgurar ta’ sigurtà għaċ-ċittadini tagħha mingħajr ma tipperikola

l-libertà tagħhom. Jekk jirnexxilha tagħmel dan kollu, l-Ewropa se tkompli tiġi

rrispettata u se tibqa’ sors ta’ ispirazzjoni għall-bqija tad-dinja.

© Beau Lark/Corbis

73

74

Dati ewlenin fl-istorja

tal-integrazzjoni

Ewropea

1950 Id-9 ta’ Mejju – Robert Schuman, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin

Franċiż, jagħmel diskors importanti fejn jippreżenta proposti bbażati

fuq l-ideat ta’ Jean Monnet. Jipproponi li Franza u r-Repubblika Federali

tal-Ġermanja jgħaqqdu r-riżorsi tal-faħam u tal-azzar tagħhom

f’organizzazzjoni ġdida li jistgħu jissieħbu fiha pajjiżi Ewropej oħra.

1951 It-18 ta’ April – F’Pariġi, sitt pajjiżi — il-Belġju, ir-Repubblika Federali

tal-Ġermanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu u l-Pajjiżi l-Baxxi —

jiffirmaw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar

(KEFA). Dan jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Lulju 1952, għal perjodu ta’ 50 sena.

1955 Mill-1 sat-2 ta’ Ġunju – F’laqgħa f’Messina, il-ministri tal-affarijiet

barranin tas-sitt pajjiżi jiddeċiedu li jestendu l-integrazzjoni Ewropea

għall-ekonomija ġenerali.

1957 Il-25 ta’ Marzu – F’Ruma, is-sitt pajjiżi jiffirmaw it-Trattati li jistabbilixxu

l-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE) u l-Komunità Ewropea għall-

Enerġija Atomika (Euratom). Dawn jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1958.

1960 L-4 ta’ Jannar – Fuq l-istigazzjoni tar-Renju Unit, il-Konvenzjoni ta’

Stokkolma tistabbilixxi l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles

(EFTA), li tinkludi numru ta’ pajjiżi Ewropej li mhumiex parti mill-KEE.

1963 L-20 ta’ Lulju – F’Yaoundé jiġi ffirmat ftehim ta’ assoċjazzjoni bejn il-KEE

u 18-il pajjiż Afrikan.

1965 It-8 ta’ April – Jiġi ffirmat trattat li jamalgama l-entitajiet eżekuttivi tattliet

Komunitajiet (il-KEFA, il-KEE u l-Euratom) u li joħloq Kunsill wieħed u

Kummissjoni waħda. Dan jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1967.

1966 Id-29 ta’ Jannar – Il-“kompromess tal-Lussemburgu”: wara kriżi politika,

Franza taqbel li għal darb’oħra tieħu sehem fil-laqgħat tal-Kunsill,

b’kundizzjoni li jitfassal ftehim biex tinżamm ir-regola tal-unanimità meta

jkun hemm fin-nofs “interessi vitali nazzjonali”.

1968 L-1 ta’ Lulju – Id-dazji doganali bejn l-Istati Membri fuq il-merkanzija

industrijali jiġu aboliti għalkollox, 18-il xahar qabel ma kien skedat li jsir

dan, u tiġi introdotta trariffa esterna komuni.

1969 L-1 u t-2 ta’ Diċembru – Fis-Samit tal-Aja, il-mexxejja politiċi tal-KEE

jiddeċiedu li jkomplu jaħdmu għall-integrazzjoni Ewropea.

1970 It-22 ta’ April – Fil-Lussemburgu jiġi ffirmat trattat li jippermetti li

l-Komunitajiet Ewropej ikunu ffinanzjati dejjem aktar mir-“riżorsi tal-UE

stess” u li jagħti setgħat superviżorji akbar lill-Parlament Ewropew.

1973 L-1 ta’ Jannar – Id-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit jissieħbu fil-

Komunitajiet Ewropej, biex b’hekk is-sħubija titla’ għal disa’ pajjiżi. Wara

li jsir referendum, in-Norveġja ma tisseħibx.

75

76

1974 Mid-9 sal-10 ta’ Diċembru – Fis-Samit ta’ Pariġi, il-mexxejja politiċi

tad-disa’ Stati Membri jiddeċiedu li jiltaqgħu tliet darbiet fis-sena bħala

l-Kunsill Ewropew. Jagħtu wkoll il-permess biex isiru elezzjonijiet diretti

għall-Parlament Ewropew, u jiftiehmu li jwaqqfu l-Fond Ewropew għall-

Iżvilupp Reġjonali.

1975 It-28 ta’ Frar – F’Lomé tkun iffirmata konvenzjoni (Lomé I) bejn il-KEE u

46 pajjiż Afrikan, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP).

It-22 ta’ Lulju – Jiġi ffirmat trattat li jagħti lill-Parlament Ewropew setgħat

akbar fuq il-baġit u li jistabbilixxi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Dan jidħol

fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 1977.

1979 Mis-7 sal-10 ta’ Ġunju – Isiru l-ewwel elezzjonijiet diretti tal-Parlament

Ewropew b’410 siġġijiet.

1981 L-1 ta’ Jannar – Il-Greċja tissieħeb fil-Komunitajiet Ewropej, u b’hekk innumru

tal-membri jiżdied għal 10.

1984 L-14 u s-17 ta’ Ġunju – Isiru t-tieni elezzjonijiet diretti għall-Parlament

Ewropew.

1985 Is-7 ta’ Jannar – Jacques Delors isir il-President tal-Kummissjoni

(1985–95).

L-14 ta’ Ġunju – Jiġi ffirmat il-Ftehim ta’ Schengen sabiex jiġu aboliti

l-kontrolli fuq il-fruntieri bejn il-pajjiżi membri tal-Komunitajiet Ewropej.

1986 L-1 ta’ Jannar – Spanja u l-Portugall jissieħbu fil-Komunitajiet Ewropej, u

b’hekk is-sħubija titla’ għal 12.

Is-17 u t-28 ta’ Frar – Fil-Lussemburgu u fl-Aja jiġi ffirmat l-Att Uniku

Ewropew. Dan jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1987.

1989 Il-15 u t-18 ta’ Ġunju – Isiru t-tielet elezzjonijiet diretti għall-Parlament

Ewropew.

Id-9 ta’ Novembru – Il-waqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin.

1990 It-3 ta’ Ottubru – L-unifikazzjoni tal-Ġermanja.

1991 Mid-9 sal-10 ta’ Diċembru – Il-Kunsill Ewropew ta’ Maastricht jadotta

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Dan jistabbilixxi l-pedament għal politika

komuni tal-affarijiet barranin u s-sigurtà, kooperazzjoni aktar mill-qrib

dwar il-ġustizzja u l-affarijiet interni u l-ħolqien ta’ unjoni ekonomika u

monetarja, inkluża munita unika.

1992 Is-7 ta’ Frar – F’Maastricht jiġi ffirmat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Dan jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 1993.

1993 L-1 ta’ Jannar – Jinħoloq is-suq uniku.

1994 Id-9 u t-12 ta’ Ġunju – Isiru r-raba’ elezzjonijiet diretti għall-Parlament

Ewropew.

1995 L-1 ta’ Jannar – L-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja jissieħbu fl-UE, u b’hekk

is-sħubija titla’ għal 15. Wara li jsir referendum, in-Norveġja ma tisseħibx.

It-23 ta’ Jannar – Tinħatar Kummissjoni Ewropea ġdida b’Jacques Santer

bħala l-President tagħha (1995–99).

Mis-27 sat-28 ta’ Novembru – Il-Konferenza Ewro-Mediterranja

f’Barċellona tniedi sħubija bejn l-UE u l-pajjiżi fuq il-kosta tan-Nofsinhar

tal-Mediterran.

1997 It-2 ta’ Ottubru – Jiġi ffirmat it-Trattat ta’ Amsterdam. Dan jidħol fis-seħħ

fl-1 ta’ Mejju 1999.

1998 It-30 ta’ Marzu – Jibda l-proċess tal-adeżjoni għall-pajjiżi kandidati

ġodda — Ċipru, Malta u 10 pajjiżi miċ-ċentru u mill-Ewropa tal-Lvant.

1999 L-1 ta’ Jannar – 11-il pajjiż tal-UE jadottaw l-ewro, li tnediet fis-swieq

finanzjarji, u li ssostitwixxiet il-muniti tagħhom fi tranżazzjonijiet bi flus

mhux kontanti. Il-Bank Ċentrali Ewropew jieħu r-responsabbiltà għallpolitika

monetarja. Fl-1 ta’ Jannar 2001, il-Greċja ssir it-12-il pajjiż li

jadotta l-ewro.

L-10 u t-13 ta’ Ġunju – Isiru l-ħames elezzjonijiet diretti għall-Parlament

Ewropew.

Il-15 ta’ Settembru – Tinħatar Kummissjoni Ewropea ġdida b’Romano

Prodi bħala l-President tagħha (1999–2004).

Mill-15 sas-16 ta’ Ottubru – Il-Kunsill Ewropew ta’ Tampere jiddeċiedi li

jittrasforma l-UE f’żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.

2000 Mit-23 sal-24 ta’ Marzu – Il-Kunsill Ewropew ta’ Lisbona jfassal strateġija

ġdida biex iżid l-impjiegi fl-UE, jimmodernizza l-ekonomija u jsaħħaħ ilkoeżjoni

soċjali f’Ewropa msejsa fuq l-għerf.

Mis-7 sat-8 ta’ Diċembru – F’Nizza, il-Kunsill Ewropew jilħaq ftehim dwar

it-test ta’ Trattat ġdid li kellu jbiddel is-sistema tat-teħid tad-deċiżjonijiet

tal-UE sabiex l-Unjoni tkun lesta għat-tkabbir. Il-presidenti tal-Parlament

Ewropew, tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea jipproklamaw

b’mod solenni l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2001 Is-26 ta’ Frar – Jiġi ffirmat it-Trattat ta’ Nizza. Dan jidħol fis-seħħ

fl-1 ta’ Frar 2003.

Mill-14 sal-15 ta’ Diċembru – Il-Kunsill Ewropew ta’ Laeken: jintlaħaq

ftehim fuq dikjarazzjoni dwar il-futur tal-Ewropa. Dan iwitti t-triq

għar-riforma ewlenija tal-UE li kellha ssir dalwaqt u għall-ħolqien ta’

Konvenzjoni (ippreseduta minn Valéry Giscard d’Estaing) biex jitfassal

abbozz tal-Kostituzzjoni Ewropea.

2002 L-1 ta’ Jannar – Jiġu introdotti l-karti tal-flus u l-muniti tal-ewro fit-

12-il pajjiż taż-żona tal-ewro.

2003 L-10 ta’ Lulju – Il-Konvenzjoni dwar il-Futur tal-Ewropa tlesti ħidmietha

dwar l-abbozz tal-Kostituzzjoni Ewropea.

77

78

2004 L-1 ta’ Mejju – Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja,

il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja u s-Slovenja jissieħbu fl-Unjoni

Ewropea.

L-10 u t-13 ta’ Ġunju – Isiru s-sitt elezzjonijiet diretti għall-Parlament

Ewropew.

Id-29 ta’ Ottubru – Tiġi ffirmata l-Kostituzzjoni Ewropea f’Ruma mill-25

Kap tal-Istat jew tal-Gvern.

It-22 ta’ Novembru – Tinħatar Kummissjoni Ewropea ġdida b’José Manuel

Barroso bħala l-President tagħha.

2005 Id-29 ta’ Mejju u l-1 ta’ Ġunju – Il-votanti fi Franza jirrifjutaw il-

Kostituzzjoni f’referendum, segwiti, tlett ijiem wara, mill-votanti fil-Pajjiżi

l-Baxxi.

It-3 ta’ Ottubru – Jibdew in-negozjati dwar l-adeżjoni mat-Turkija u mal-

Kroazja.

2007 L-1 ta’ Jannar – Il-Bulgarija u r-Rumanija jissieħbu fl-Unjoni Ewropea.

Is-Slovenja ssir it-13-il pajjiż li jadotta l-ewro.

It-13 ta’ Diċembru – Jiġi ffirmat it-Trattat ta’ Lisbona.

2008 L-1 ta’ Jannar – Ċipru u Malta jsiru l-14 u l-15-il pajjiż li jadottaw l-ewro.

2009 L-1 ta’ Jannar – Is-Slovakkja ssir is-16-il pajjiż li jadotta l-ewro.

Mill-4 sas-7 ta’ Ġunju – Isiru s-seba’ elezzjonijiet diretti għall-Parlament

Ewropew.

It-2 ta’ Ottubru – F’referendum fl-Irlanda jiġi approvat it-Trattat ta’

Lisbona.

L-1 ta’ Diċembru – Jidħol fis-seħħ it-Trattat ta’ Lisbona.

Herman Van Rompuy jieħu l-kariga ta’ President tal-Kunsill Ewropew

Catherine Ashton issir ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet

Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà

2010 Id-9 ta’ Frar – Il-Parlament Ewropew jagħti l-kunsens tiegħu lill-

Kummissjoni Ewropea l-ġdida, b’José Manuel Barroso bħala l-President

tagħha għat-tieni darba.

Id-9 ta’ Mejju – Jiġi stabbilit Mekkaniżmu Ewropew għall-Istabbilizzazzjoni

Finanzjarja, li jqum € 750 biljun.

2011 L-1 ta’ Jannar – L-Estonja ssir is-17-il pajjiż li jadotta l-ewro.

NOTI

79

L-Unjoni Ewropea

0 500 km

Portugal

Lisboa

Rabat

El Maghreb

Reykjavík

Ísland

Madrid

España

United Kingdom

Éire Baile Átha Cliath

Dublin

Ireland

Andorra

London

Alger

El Djazâir

France

Nederland

Amsterdam

België Brussel

Bruxelles

Belgique

Luxembourg

Paris

Luxembourg

Schweiz Liechtenstein

Bern

Suisse

Svizzera

Tunis

Oslo

København

Berlin

Praha

Wien

Bratislava

Αθήναι

Athinai

Minsk

Moldova

Chişinău

Ljubljana Zagreb

Hrvatska

Monaco

San Marino

Italia

Roma

Città del

Vaticano

Bucureşti

Bosna i Beograd

Hercegovina

Srbija

Sarajevo

България

Crna Priština Bulgaria

Gora

Kosovo София

Podgorica * UNSCR 1244 Sofia

Skopje

Tiranë P.J.R.M.

Shqipëria

Tounis

Norge

Danmark

Deutschland

Valletta

Malta

Sverige

Stockholm

Member L-Istati Membri States tal-Unjoni of the European Ewropea Union (2011)

Candidate Il-pajjiżi kandidati

countries

Polska

Helsinki

Helsingfors

R.

Warszawa

Budapest

Österreich Magyarország

Slovenija

Rīga

Česká

republika

Slovensko

Suomi

Finland

Tallinn

Eesti

Lietuva

Latvija

Vilnius

Ελλάδα

Ellada

Belarus'

România

Kyïv

Ukraїna

Moskva

Ankara

Madeira (PT)

Türkiye

Suriname

Rossija

Açores (PT)

Canarias (ES)

Paramaribo

Guyane

(FR)

Brasil

Λευκωσία

Κύπρος Lefkosia

Souriya

Kypros

Kibris

Lefkosa

Libnan

Beyrouth Dimashq

Guadeloupe (FR)

Martinique (FR)

Réunion (FR)

Qazaqstan

Sakartvelo Tbilisi

Azərbaycan

Haїastan

Yerevan

(Azər.)

Iran

Iraq

Kuntatt mal-UE

ONLAJN

L-informazzjoni fl-ilsna uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea hija disponibbli minn fuq

il-websajt Europa: http://europa.eu

PERSONALMENT

Mal-Ewropa kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-UE.

Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru tiegħek fuq dan il-websajt:

http://europedirect.europa.eu

BIT-TELEFOWN JEW BIL-POSTA

Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea.

Tista’ tikkuntattja dan is-servizz permezz tan-numru telefoniku bla ħlas:

00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi tat-telefown ċellulari ma jippermettux aċċess

għan-numri 00800 jew dawn it-telefonati jistgħu jkunu bi ħlas), jew permezz ta’

telefown minn barra l-UE: +32 22999696, jew b’e-mail direttament mill-websajt

http://europedirect.europa.eu

AQRA DWAR L-EWROPA

Il-pubblikazzjonijiet dwar l-UE huma biss buttuna ‘l bogħod fuq il-websajt tal-EU

Bookshop: http://bookshop.europa.eu

Informazzjoni u pubblikazzjonijiet dwar l-Unjoni Ewropea jistgħu jinkisbu f’Malta:

Kummissjoni Ewropea

Rappreżentanza f’Malta

Dar l-Ewropa

254, St Paul Street

VLT 1215

MALTA

Tel. +356 23425000

E-mail: comm-rep-mt@ec.europa.eu

Europe Direct Floriana

Dar Reggie Miller

St. Thomas Street

Floriana

MALTA

Tel. +356 21234801

E-mail: info@uhm.org.mt

European Union Programmes Agency

36, Old Mint Street

VLT 1514

MALTA

Tel. +356 21243237

E-mail: eupa@gov.mt

Parlament Ewropew

Uffiċċju f’Malta

254, St Paul Street

VLT 1215

MALTA

Tel. +356 21235075

E-mail: epvalletta@europarl.europa.eu

Europe Direct Mosta

8, Floor 2,

Northfields Apartments

Independence Avenue

MST 9928

MALTA

Tel. +356 27474414/27014415

E-mail: mcauson@euroweb.net.mt

Iċ-Ċentru Solvit Malta

Diviżjoni tal-Kummerċ

Lascaris

VLT 2000

MALTA

Tel. +356 25690329/25690310

E-mail: solvit.malta@gov.mt

Enterprise Europe Network

Enterprise Centre

Industrial Estate

San Gwann

SGN 3000

MALTA

Tel. +356 25420000/25423443

E-mail: info@enterprise-europemalta.com

European Documentation and

Research Centre (EDRC)

L-Università ta’ Malta

L-Imsida

MALTA

Tel. +36 23402998

E-mail: edrc@um.edu.mt

Uffiċċju tal-EURES

Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ

Diviżjoni tas-Servizzi tal-Impjiegi

Ħal Far

MALTA

Tel. +356 22201203

E-mail: eures@etc.org.mt

Dawn il-korpi kostitwiti u trade unions

ukoll għandhom servizz ta’ informazzjoni

għall-membri tagħhom:

* Malta Business Bureau (għall-membri

tal-Kamra tal-Kummerċ u tal-

Federazzjoni tal-Industrija (FOI)

* L-Assoċjazzjoni Maltija ta’ Min

Iħaddem (MEA)

* l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi

u r-Ristoranti (MHRA)

* General Workers’ Union (GWU)

* Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM)

Ir-rappreżentanzi u l-uffiċċji tal-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament jinsabu f’kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea. L-Unjoni

Ewropea għandha wkoll delegazzjonijiet f’partijiet oħra tad-dinja.

© PF

L-Ewropa fi 12-il lezzjoni

Pascal Fontaine,

li kien assistent ta’ Jean Monnet u

Professur fl-Institut d’Études Politiques,

f’Pariġi

Xi skop għandha l-UE? Għaliex u kif ġiet stabbilita? Kif taħdem? X’kisbet

diġà għaċ-ċittadini tagħha, u xi sfidi ġodda qed taffaċċja llum?

F’era ta’ globalizzazzjoni, l-UE tista’ tikkompeti b’suċċess ma’ ekonomiji

ewlenin oħra u żżomm l-istandards soċjali tagħha? X’se jkun ir-rwol tal-

Ewropa fix-xena dinjija fis-snin li ġejjin? Sa fejn se jestendu l-fruntieri

tal-Unjoni Ewropea? U x’futur għandha l-ewro?

Dawn huma biss uħud mill-kwistjonijiet li jesplora l-espert tal-UE

Pascal Fontaine f’din l-edizzjoni tal-2010 tal-ktejjeb popolari tiegħu

L-Ewropa fi 12-il lezzjoni.

ISBN 978-92-79-17493-3

NA-31-10-652-MT-C

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!