14.12.2012 Views

Ħarġa Edukattiva fil-Belt Valletta

Ħarġa Edukattiva fil-Belt Valletta

Ħarġa Edukattiva fil-Belt Valletta

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

paġna 1. Ħarġa Edukattiva għas-sitt sena primarja il-Belt Valletta

Ħarġa Edukattiva fil-Belt Valletta – għall-istudenti tas-Sitt Sena Primarja

(noti & ritratti oriġinali: Tony Pace Uffiċjal Edukattiv)

Dawn in-noti ġew miktuba għall-użu ta’ dawk l-għalliema u l-istudenti li jitħajru jagħmlu

fieldwork il-Belt Valletta. Ipprintja dawn in-noti, ħudhom miegħek u aħdimhom fuq ilpost.

Dan il-fieldwork ikopri aspetti Storiċi, Ġografiċi u Ċiviċi.

Isem: ______________________________ klassi: _______________

Ibda minn ħdejn il-Bieb ta’ Putirjal.

(Aqra) Il-Belt Valletta bdiet tinbena wara l-Assedju l-Kbir ta’ l-1565. Il-Kavallieri riedu

jiddefendu l-portijiet. Il-Port il-Kbir kien il-muftieħ li bih wieħed seta’ jidħol fil-Gżejjer

Maltin.

1. IL-PERIT / ARKITETT: Wieġeb

(a) fuq il-lemin jidher il-perit li iddisinja l-Belt Valletta.

Min kien dan il-perit?

(b) Ikteb id-data meta bdiet tinbena l-Belt Valletta:

(ċ) Ikteb isem il-Granmastru li għalih issemmiet il-

Belt: ______________________________________

2. IS-SWAR TAL-BELT:

Qabel tidħol mill-Bieb ta’ Putirjal, ħares

lejn il-foss li hemm fuq iż-żewġ naħat.

Innota s-swar b’saħħithom li bihom hija

mdawra l-Belt. Għaliex taħseb li s-swar

tal-Belt Valletta huma b’saħħithom

ħafna?

1

paġna 2. Ħarġa Edukattiva għas-sitt sena primarja il-Belt Valletta

3. ĦLAS LILL-ĦADDIEMA: (Aqra)

Permezz ta’ muniti bħal dawn kienu jitħallsu lħaddiema

li ħadmu fuq il-bini tal-Belt Valletta.

Dawn il-muniti bdew jissejħu PATAKKA.

Fuqhom kien hemm miktub MELITA

RENASCENS, li tfisser ‘Malta terġa’ tqum millġdid.

F’Malta, wara l-Assedju ma kienx hawn ħaddiema biżżejjed biex ilaħħqu malbini

tal-Belt. Allura l-Kavallieri ġabu bosta ħaddiema minn Sqallija.

4. BIEB IL-BELT – PUTIRJAL: ħares lejn dawn iż-żewġ ritratti

PORTA SAN GIORGIO – Bieb il-Belt kif

kien fi Żmien il-Kavallieri

2

PUTIRJAL – Bieb il-Belt kif jidher illum

Wieġeb: Ikteb differenza waħda li qed tinnota bejn il-Bieb tal-Belt kif kien

fi Żmien il-Kavallieri u Bieb il-Belt kif jidher illum:

5. It-Triq Prinċipali tal-Belt Valletta:

Idħol mill-Bieb ta’ Putirjal u ħares ’l isfel lejn it-triq prinċipali tal-Belt: Il-

Kavallieri kienu semmew din it-triq STRADA SAN GIORGIO.

(a) X'jisimha t-Triq Priċipali tal-Belt Valletta llum?

(b) X'kien jisimha l-istess triq fi żmien l-Ingliżi?

paġna 3. Ħarġa Edukattiva għas-sitt sena primarja il-Belt Valletta

6. Valletta – il-belt kapitali ta’ Malta llum:

Agħti l-ismijiet tal-bliet kapitali (ċentri kummerċjali) ta’ Malta:

o qabel l-1530: _________________________________

o bejn l-1530 u l-1566 _________________________________

o wara l-1566 _________________________________

(Imxi sa ħdejn it-Teatru l-Imwaqqa’ u dur dawra miegħu)

7. It-Teatru – il-kruha tal-gwerra:

Ritratt A: it-teatru qabel l-1940 Ritratt B: it-teatru kif jidher illum

(a) Dan it-teatru huwa magħruf bħala (Dar il-Mediterran, it-Teatru

Manoel, it-Teatru Rjal).

(b) It-teatru waqa’ (bil-bombi fl-Aħħar Gwerra, biż-żmien, bl-umdità).

(c) Semmi differenza li qed tara meta tqabbel dawn iż-żewġ ritratti:

(d) Ikteb sentenza dwar il-kruha tal-gwerra:

(Imxi lejn il-Berġa ta’ Kastilja; fit-telgħa li tagħti għal Kastilja nsibu żewġ

knejjes żgħar, faċċata ta’ xulxin):

3

paġna 4. Ħarġa Edukattiva għas-sitt sena primarja il-Belt Valletta

8. KONSERVAZZJONI U RESTAWR: iż-żewġ knejjes żgħar:

Bil-għajnuna ta’ l-għalliem/a ikteb l-ismijiet ta’ dawn iż-żewġ knejjes kif

ukoll sentenza qasira fuq kull knisja

(a) Il-Knisja fir-ritratt tax-xellug tal-karta hija: ___________________

sentenza: _________________________________________________

(b) Il-knisja fir-ritratt tal-lemin hija: ____________________________

sentenza: _________________________________________________

Dawn iż-żewġ knejjes għadhom kif ġew RESTAWRATI.

Iddiskuti l-punti li ġejjin ma’ l-għalliem/a:

♦ Il-ħsara li ssir mix-xita (acid rain) u l-elementi

♦ Ħsara mill-ħamiem

♦ Konservazzjoni - xi tfisser? Kif tista’ ssir?

♦ Restawr - x’inhu? Min jagħmlu? Fejn qiegħed iċ-Ċentru għar-Restawr?

Għaliex huwa importanti li jsir?

9. IL-BERĠA TA’ KASTILJA:

Aqra: Il-Kavallieri kienu ġejjin minn pajjiżi differenti.

Kienu wkoll jitħaddtu b’lingwi differenti. Kull lingwa

kellha palazz għaliha.

Wieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:

4

paġna 5. Ħarġa Edukattiva għas-sitt sena primarja il-Belt Valletta

(a) Il-palazzi għal-lingwi differenti li bnew il-kavallieri fil-Belt Valletta

jissejħu: (kantini, skejjel, bereġ)

(b) Fuq il-faċċata tal-berġa ta’ Kastilja hemm bust tal- (Prim Ministru,

President, Gran Mastru) tal-Kavallieri Manoel Pinto.

(c) Illum, il-bini tal-berġa ta’ Kastilja iservi bħala (l-uffiċċju, id-dar,

il-palazz) tal-Prim Ministru Malti.

(d) Fil-berġa ta’ Kastilja jiltaqa’ (il-parlament, il-kabinett, il-kumitat).

10. Il-Barrakka ta’ Fuq:

(Induru dawra mal-Barrakka ta’ Fuq; dan huwa

post fejn wieħed jista’ jistrieħ għall-arja li titla’ millbaħar.

Innota plakek u monumenti li hemm;

fittex fost l-oħrajn il-monument magħruf bħala LES

GAVROCHES; dan huwa replika tal-monument

maħdum minn Antonio Sciortino; l-oriġinal qiegħed

il-Mużew tal-Arti fil-Belt stess)

Wieġeb:

(a) Hemm żewġ barrakki fil-Belt Valletta. Kif inhuma magħrufa?

(i)________________________ (ii)___________________________

(b) X’jismu l-port importanti li qed tara quddiemek mill-barrakka?

(c) Semmi Port ieħor kbir f’Malta: _______________________________

(d) Fil-Port jaħdmu bosta ħaddiema Maltin. Semmi tliet jobs marbuta ma’

xogħlijiet li jsiru fil-Port: (i) __________________________________

(ii)______________________ (iii)____________________________

(e) X’jissejħu dawk il-vapuri kbar li jidħlu fil-Port mimlija bit-turisti?

(f) Għaliex it-turiżmu huwa importanti għalina l-Maltin?

5

paġna 6. Ħarġa Edukattiva għas-sitt sena primarja il-Belt Valletta

11. STORJA U ĠOGRAFIJA TAL-PORT:

(a) Mill-Barrakka ittawwal lejn il-Port li tara taħtek. Imla dawn il-postijiet

imsemmija fil-kaxxi ipprovduti, skont il-mappa ta’ hawn fuq; ilpostijiet

huma: Il-Kalkara, Il-Forti Ricasoli, Il-Furjana, Il-Marsa, Senglea,

Kastell Sant’Anġlu, Corradino.

1 5

2 6

3 7

4 8

(b) Fl-istampa tal-lemin jidher il-(Kastell

Sant’Anġlu, Forti Sant’Iermu, Forti San

Luċjan).

(c) Dan il-Forti qiegħed fit-tarf tal-peniżola li

fuqha nsibu mibnija l-belt (ta’ Senglea,

tal-Kalkara, tal-Birgu).

(d) Peniżola tfisser: (gżira żgħira, muntanja

kbira, biċċa art imdawra bil-baħar minn

tliet bnadi).

6

paġna 7. Ħarġa Edukattiva għas-sitt sena primarja il-Belt Valletta

(e) Issa ħares lejn dan ir-ritratt li

għandek fuq il-lemin tal-paġna. Fir-

ritratt jidhru s-swar (tal-belt ta’

Senglea, tal-Belt Valletta, tal-

Furjana).

(f) Fl-istampa jidhru wkoll xi krejnijiet.

Fejn hemm il-krejnijiet, insibu:

(skyscrapers, barriera, it-Tarzna)

(Oħroġ mill-barrakka, erġa’ għaddi minn quddiem il-Berġa ta’ Kastilja u ibda nieżel minn

Triq il-Merkanti; fil-bidu ta’ Triq il-Merkanti issib Palazzo Parisio fuq naħa u l-Berġa tal-

Italja fuq in-naħa l-oħra)

12. BEREĠ U PALAZZI FIL-BELT:

Wieġeb:

(a) Fir-ritratt tax-xellug nistgħu naraw (il-Palazz tal-President, Palazzo

Parisio, il-Berġa tal-Italja).

(b) Fir-ritratt tal-lemin naraw (il-Palazz tal-President, Palazzo Parisio,

il-Berġa tal-Italja).

(c) Min kien il-mexxej tas-suldati Franċiżi li qagħad għal sitt ijiem ġewwa

Palazzo Parisio meta ġie Malta u keċċa lill-Kavallieri: ______________

(fittex it-tweġiba tiegħek fuq irħama imwaħħla mal-faċċata ta’ Palazzo Parisio).

7

paġna 8. Ħarġa Edukattiva għas-sitt sena primarja il-Belt Valletta

13. IT-TOROQ TAL-BELT:

Il-mappa turina l-pjanta tat-toroq tal-

Belt Valletta.

(a) It-toroq tal-Belt Valletta huma

(mgħawġin, imserrpin, dritti).

(b) It-toroq tal-Belt Valletta ġew

iddisinjati forma ta’ (gradilja, xemx, nofs qamar).

(Kompli nieżel minn Triq il-Merkanti. Matul il-ġimgħa matul din it-triq jarma l-monti fejn

bosta bejjiegħa jippruvaw ibiegħu l-prodotti tagħhom; ikser għal quddiem il-konkatidral ta’

San Ġwann)

14. IL-KONKATIDRAL TA’ SAN ĠWANN:

Aqra: fil-pjazza ta’ quddiem il-Konkatidral ta’

San Ġwann. Innota l-kampnari tal-knisja, qishom

xi parti minn fortizza. San Ġwann kienet il-

KNISJA KONVENTWALI tal-Ordni tal-

Kavallieri ta’ San Ġwann. Il-Kavallieri ma

ħallewha nieqsa minn xejn u nefqu ħafna flus biex

ikollhom knisja mill-aqwa, b’teżori ta’ l-arti mill-

aqwa.

N.B. Tinsiex li kien fi żmien il-Ħakma Ingliża li

San Ġwann sar Konkatidral; fi żmien il-Kavallieri kien il-Knisja Konventwali.

Wieġeb dwar il-Knisja ta’ San Ġwann:

(a) Il-pjanti tal-knisja għamilhom (Franġisku Lapparelli, La Valette,

Ġlormu Cassar).

(b) Il-faċċata tal-knisja (hija lixxa, fiha ħafna skultura, miżbugħa ħamra).

(c) Il-pjanta tal-knisja għandha forma ta’ (gradilja, salib, ċirku).

(d) Fil-ġnub tal-knisja fuq ġewwa nsibu (berġa, kappella, loġġa) għal kull

lingwa tal-Kavallieri.

8

paġna 9. Ħarġa Edukattiva għas-sitt sena primarja il-Belt Valletta

(imxi minn quddiem San Ġwann lejn Triq ir-Repubblika u ikser lejn il-lemin; wara li timxi xi

40 metru għandek issib il-bini li qed tara fl-istampa tax-xellug)

15. Dari u llum:

Aqra: Il-bini li qed tara fir-ritratt tax-xellug huwa l-bini tal-Qrati tal-Ġustizzja. Minflok

dan il-bini, il-Kavallieri kienu bnew il-Berġa ta’ Auvergne. Ir-ritratt tal-lemin jurina kif din

il-berġa sfat imġarrfa u meqruda mill-bombi fl-Aħħar Gwerra.

Wieġeb: kieku kien jiddependi minnek, x’kont tagħmel wara l-gwerra,

terġa’ tibni l-Berġa kif kienet, jew tibni l-bini preżenti tal-Qorti? Għaliex?

16. Żewġ monumenti:

Aqra: faċċata tal-bini tal-

Qorti għandek tara żewġ

monumenti importanti għallistorja

ta’ pajjiżna. Monument

famuż ħafna huwa dak maħdum

mill-iskultur Malti ta’ fama

internazzjonali, Antonio

Sciortino (lemin). Ifakkarna fl-

Assedju l-Kbir tal-1565.

Imbagħad maġenbu (ritratt

xellug) għandek issib ukoll

monument lill-Papa San Piju V.

9

paġna 10. Ħarġa Edukattiva għas-sitt sena primarja il-Belt Valletta

Issa wieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:

(a) Kemm-il figura fih il-monument tal-Assedju? ____________________

(b) F’dan l-Assedju, il-Kavallieri u l-Maltin iġġieldu kontra (l-Franċiżi, l-

Ingliżi, t-Torok).

(c) Min kien il-Gran Mastru li mexxa lill-Maltin u l-Kavallieri fl-Assedju l-

Kbir tal-1565? ____________________________________________

(d) Ir-rebħa tal-Maltin u l-Kavallieri fl-Assedju l-Kbir infakkruha kull sena

(fil-21 ta’ Settembru, fil-31 ta’ Marzu, fit-8 ta’ Settembru).

(e) X’kienet tfisser ir-rebħa tal-Maltin u l-Kavallieri fl-1565?

(f) Wara l-Assedju, il-Kavallieri iddeċidew li jibnu belt ġdida. X’kien

jisimha din il-Belt ġdida? ____________________________________

(g) Għal min issemmiet? _______________________________________

(h) Permezz tal-kitba li hemm fuq wieħed mill-monumenti li semmejna,

ikteb l-isem tal-Papa li għen ħafna biex tinbena din il-Belt:

(mill-pjazza ta’ quddiem il-qorti imxi iktar ’il ġewwa fi Triq ir-Repubblika; għandek tasal fi

Pjazza Regina; fil-fatt hawnhekk issib monument lir-Reġina Vittorja tal-Ingilterra)

17. Pjazza Regina:

Wieġeb:

(a) Fl-istampa tidher (il-

Biblijoteka, il-Berġa tal-Italja,

il-Berġa ta’ Kastilja).

(b) F’dan il-bini nsibu kollezzjoni:

(ta’ kotba, ta’ nsetti, ta’ armi).

(c) Dan il-bini nbena fi żmien il-

ħakma (tal-Ingliżi, tal-Franċiżi, tal-Kavallieri).

10

paġna 11. Ħarġa Edukattiva għas-sitt sena primarja il-Belt Valletta

(Imxi lejn Pjazza San Ġorġ, jew kif inhu

magħruf aħjar Misraħ il-Palazz. Dur dawra

ma’ Pjazza San Ġorġ; innota l-plakek ta’ l-

irħam imwaħħlin mal-ħajt tal-Palazz; il-

bini li qed tara fl-istampa ma nbeniex mill-

Kavallieri. Fi Żmien il-Ħakma Ingliża kien

magħruf bħala l-Main Guard, bis-suldati

Ngliżi dejjem għassa)

18. Pjazza San Ġorġ:

Fl-istampa jidher il-Palazz.

Wieġeb:

(a) Fil-Palazz jiltaqa’

(il-Parlament,

il-Kabinett, il-Kunsill

Lokali tal-Belt).

(b) Illum (Il-President tar-

Repubblika, Il-Prim

Ministru, Is-Sindku) għandu l-uffiċċju tiegħu f’dan il-Palazz.

(c) Fi żmien il-Kavallieri (il-Gran Mastru, il-President, is-Sindku) kellu l-

uffiċċju tiegħu fil-Palazz.

(d) F’dan il-Palazz nistgħu nżuru (l-Armerija, il-knisja ta’ San Ġwann,

il-Mużew tal-Arti).

19. Il-George Cross:

Dan ir-ritratt jurina l-għotja

tal-George Cross lill-Gżejjer Maltin;

iċ-ċerimonja saret fi Pjazza San Ġorġ

11

paġna 12. Ħarġa Edukattiva għas-sitt sena primarja il-Belt Valletta

Wieġeb:

(a) Il-George Cross ingħata ingħata lill-Maltin minħabba (l-qlubija, l-biża’,

l-kefrija) li urew il-Maltin fl-Aħħar Gwerra.

(b) Il-George Cross inpoġġuh fuq (il-bandiera Maltija, l-Innu Nazzjonali

Malti, il-karozzi tal-linja).

(c) Fittex id-data meta ingħata l-George Cross; għandek issibha fuq

plakka tal-irħam mal-faċċata tal-Palazz.

20. Il-lapidi mal-ħajt tal-Palazz:

Irrispondi dal-mistoqsijiet bil-għajnuna tal-lapidi li hemm imwaħħlin

mal-ħajt tal-Palazz:

(a) L-ewwel sib il-lapida li tfakkar meta ħadet

l-Indipendenza. Ikteb id-data (jum, xahar u sena)

meta Malta ħadet l-Indipendenza:

(b) Liema pajjiż kien jaħkimna, imbagħad tana

l-Indipendenza?

(c) Issa fittex il-lapida li tfakkarna meta Malta saret

repubblika. Ikteb id-data (jum, xahar u sena)

meta Malta saret repubblika:

(d) Fittex il-lapida li tfakkarna f’Jum il-

Ħelsien. Ikteb id-data (jum, xahar u

sena) meta l-aħħar suldati Ingliżi

telqu minn Malta:

(e) Semmi ġrajja oħra li tinsab imfakkra

permezz ta’ lapida mal-faċċata tal-

Palazz: _______________________

12

paġna 13. Ħarġa Edukattiva għas-sitt sena primarja il-Belt Valletta

21. Attivitajiet ekonomiċi u ta’ divertiment fil-Belt Valletta:

Agħmel √ maġenb l-attivitajiet li wieħed jista’ jagħmel fil-Belt

Valletta:

Tony Pace

Uffiċċjal Edukattiv Primarja

Marzu 2010

(a) tmur tara film fiċ-ċinema _____

(b) iżżur u tara siti storiċi ta’ żmien

13

il-kavallieri f’Malta _____

(c) tixtri karozza ġdida _____

(d) tgħaddi ħin tirrikrea ruħek fi

ġnien pubbliku _____

(e) tieħu kafè mal-ħbieb _____

(f) tiekol f’ristorant _____

(g) tħallas il-kontijiet f’uffiċċju tal-

gvern

(h) tagħmel operazzjoni fl-isptar

prinċipali ta’ Malta _____

(i) tixtri ktieb għall-iskola _____

(j) tara logħba futbol fil-grawnd

nazzjonali _____

(k) tixtri żarbun ġdid _____

(l) tmur iddur u tixtri xirja minn fuq

il-monti _____

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!