13.07.2015 Views

Il-Gaġġa ta - Malti.info

Il-Gaġġa ta - Malti.info

Il-Gaġġa ta - Malti.info

SHOW MORE
SHOW LESS

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

Il-Gaġġa ta’ Frans Sammut“Imbagħad fid-disgħa neqsin kwart il-mistednin jaslu għall-ikel filpalazzta’ Sant’ Anton ukoll. F’każ ta’ xita ir-Riċeviment jitħassar u kulħaddjibqa’ b’xiber imnieħer. Għalija m’hemmx iktar każi dubjużi ta’ xita umaltemp. Ir-rotta fassaltha u nibqa’ miexi fuqha jiġri x’jiġri.” Ikkummentadwar il-vjaġġ ta’ Fredu u Malta fir-rumanz Il-Gaġġa. Tara xebh bejniethom?Taħseb li ser jispiċċaw l-istess? Għaliex?Għalkemm ir-rumanz Il-Gaġġa huwa wiehed psikoloġiku u ddominatminn dak kollu li għaddej minn moħħ il-protagonista Fredu Gambin, tispikkal-istorja ta’ Malta. Naraw xebh kbir bejn il-vjaġġ ta’ Fredu Gambin lejn illibertàu l-vjaġġ ta’ Malta lejn l-Indipendenza. It-tnejn għandhom għan aħħariwieħed – dak li jiksbu l-ħelsien.Fredu Gambin huwa bniedem egoċentriku u egoist. Moħħu biss fiHinnifsu, u ma jimpurtaH minn ħadd u minn xejn aktar. Tul ir-rumanz, huwajibqa’ bl-istess problema. Din hi li mill-bidu sa l-aħħar huwa jistqarr li mhuxhu għandu jinbidel, u lanqas l-ambjent, imma kull darba jfittex ambjent ieħorlest għad-dispożizzjoni tiegħu. Iktar ma jaspira li jkun liberu u jgħix kif jixtieqhu, iktar isib ruħu f’gaġeġ u kull darba jinduna li flok inħeles, huwa tgħallaqaktar. Kawża tal-gaġeġ li ħonqu lil Fredu hija s-soċjetà oppressiva li twieledfiha għax din ma taċċetta l-ebda bidla. Każ klassiku huwa dak fejn Fredu xtaqjagħti dehra ġdida lid-drammi, billi jtella’ n-nisa fuq il-palk, iżda l-Kappillanoġġezzjona. “Beda jsemmi l-periklu u t-twegħir spiritwali li jista’ jfiġġ jekkkemm-il darba jisr it-taħlit.””Il-Kappillan bniedem sod u iebes daqs il-blatsamm.” Karattri b’ideat provinċjali bħall-Kappillan huma omm u missierFredu li għandhom il-mentalità li kull min iżomm mal-Partit Laburista umhux mal-Knisja huwa fil-ħażin. L-influwenza kbira li għandha l-Knisja fuqil-ġenituri ta’ Fredu ġġiegħel lil ommu ssejjaħ lil Roża “karkura,” u lilmissieru jagħtih ultimatum: “’L hawn jiġifieri tisma’ milli qaltlek ommok, ‘lhemm jiġifieri taqbad il-bieb u titlaq.” Hawn Frans Sammut jpoġġilnadomanda f’moħħna: “Tista’ Malta verament takkwista l-Indipendenza jekkikollha kommunità mibnija minn karrattri bhall-Kappillan u l-ġenituri ta’Fredu?”Hemm paralleliżmu qawwi bejn dak li jġhaddi minn Fredu, u dak liqed tesperjenza Malta. Fiż-żewġ każi, jidher ċar li t-tnejn huma mexjin lejnmument importanti f’ħajjithom, imma ħadd minnhom mhu tassewippreparat. Dan għaliex ma jridux jiffaċjaw id-difetti u n-nuqqasijiet tagħhom.Fejn jirrigwardja lil Malta, il-pajjiż huwa miexi lejn l-Indipendenza immaironikament il-kommunità Maltija hija maqsuma fi tnejn: dawk li jzommumal-Partit Laburista, u dawk li jżommu mal-Knisja. Minn naħa l-oħra, Freduhuwa miexi lejn l-indipendenza tiegħu minn Malta, mingħajr ma jaffronta l-immaturità tiegħu. Dan għaliex minflok jaċċetta li huwa l-problema, dejjem

jaħrab mis-sitwazzjoni, jew juża lil xi ħadd li mingħalih jista’ jfarraklu l-qafasli daħal fih. “Clara għalija kienet l-arma li biha nitqabad ma’ setgħet il-gaġġa.”Similarità oħra bejn iż-żewġ stejjer hija li kemm Fredu kif ukoll Maltama jafux li m’humiex ippreparati għall-ħelsien tagħhom. Il-Knisja trid tibqa’konservattiva, u trid tkompli tiddomina s-soċjetà u tagħmel ħafna pressjoni.“Kull bniedem magħluq ġo gaġġa għalih, maqtugħ minn kulħadd. U minjintebaħ għallinqas li l-gaġġa teżisti jgħodduh b’annimal. Xi stajt nagħmel?”Minn naħa l-oħra, Fredu nteressat biss fih innifsu. Il “jien” tiegħu huwakulħadd, u ħadd iżjed ma jeżisti. Għalkemm qed jgħix f’Malta, fejn is-suġġettfuq fomm kulħadd huwa l-Indipendenza, hu ma jagħtix kas ta’ dak li qed jiġrifis-soċjetà ta’ madwaru. Għall-kuntrarju, huwa jgħajjar lil Malta li hi blademm, u li qed toħnoq lil uliedha. Malta l-antika wkoll qed toqtol lill-ġdida. “U jiena bżaqtlek f’wiċċek, lilek u t-toroq dojoq iserrpu.”Fl-għeluq tar-rumanz, Fredu Gambin jidher ċert minnu nnifsu, u huwakunfidenti li ser jagħmel suċċess. Jgħid li l-vjaġġ tiegħu ser jispiċċa f’rebħa:“Vincerò.” Sakemm ma jammettix il-fatt li hu jeħtieġlu jinbidel, ser jibqa’joħloq gaġeġ madwaru, li joħonquh. Huwa jtemm il-vjaġġ tiegħu f’Malta billijgħid li Malta hi maqbuda f’superstizzjonijiet. Hemm ċertu similaritajiet għaldawk li nsibu fil-poeżija “Inċest” ta’ Mario Azzopardi “Għatti snienekfoloz…” Fredu ma jarax li l-vjaġġ ta’ Malta lejn l-Indipendenza huwapossibbli, għax jgħid li Malta li tixtieq issir indipendenti baqgħet marbutamal-passat u għalhekk ma tistax tagħmel progress. Fl-opinjoni ta’ Fredu,Malta hija gaġġa żgħira, u bla spazju filwaqt li barra hemm ftuh ta’ ideat unuqqas ta’ pressjoni: “U duru, duru dawra durella fl-ispazju ristrett ta’ ġolgaġġa.”“Fit-toroq dojoq jintnu bil-moffa u s-sadid tal-gallariji ...”Għalkemm Malta finalment kisbet l-Indipendenza, l-akkwist seta’ kienferm akbar li kieku l-poplu għaraf jaħdem id f’id, b’aktar għaqal u mhuxb’piki u firda li ma jagħmlux għajr dannu lin-nazzjon.Lucienne GattStudenta tat-Tieni Sena, Livell IntermedjuApril 2008

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!