13.07.2015 Views

FRAR 2012 - signumfideimalta

FRAR 2012 - signumfideimalta

FRAR 2012 - signumfideimalta

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

xwieni. Hu kien jippriedka anke lill-Musulmani minkejja li kien hemm il-pienatal-mewt għal min jagħmel hekk. Difatti dawn arrestawh u tefgħuh il-ħabs,mnejn ħarġuh għax qabeż għalih l-ambaxxatur ta‟ Venezja. Huwa kien arrestat it-tieni darba waqt li kien dieħel fil-palazz irjali biexjevanġelizza lis-Sultan innifsu. Il-qaddis kien ikkundannat għall-mewt umdendel għal tlett ijiem b‟ganċijiet minn idu l-leminija u siequ x-xellugija.Wara dan kollu huwa ġie meħlus u l-qaddis mar lura pajjiżu ma‟ isqofortodoss li kien ikkonvertieh. Fl-Italja taha għall-priedki; ġieli ppriedka anki seba‟ darbiet f‟jum wieħed.Huwa kien devot b‟mod speċjali lejn Ġesù Msallab u ġeneralment kieniżomm il-kruċifiss waqt li kien jippriedka. Bil-kruċifiss f‟idejh huwa għamel żewġ operazzjonijiet tal-kanċer. Kienussuġġerewlu li jorbtuh biex ma jiċċaqlaqx waqt l-uġigħ – billi dak iż-żmien makienx hemm il-loppju, iżda l-qaddis uriehom il-kruċifiss u qalilhom: “Dan hu l-aqwa rbit. Dan iżommni aħjar mill-ħbula kollha.” San Ġużepp miet f‟Leonissa ta‟ 56 sena fl-4 ta‟ Frar 1612 wara t-tienioperazzjoni għall-kanċer. Iddikjarah qaddis Benedittu XIV, fl-1746.Mill-Imitazzjoni ta’ Kristu – 2Ktieb: Kap. 7“Kun dejjem marbut ma‟ Ġesù, issa u waqt il-mewt tiegħek, u erħi ruħek f‟idejhgħax hu l-ħabib fidil tiegħek. Meta jinsewk l-oħrajn, hu waħdu jista‟ jgħinek. Uftakar dejjem li dan il-maħbub tiegħek ma jridx lil ħaddieħor minfloku fejn ikun hu;imma jrid li qalbek tkun kollha tiegħu waħdu, biex fiha jkun qiegħed bħala sultanfuq it-tron tiegħu. Li kellek ħila tinħall għal kollox mill-ħlejjaq kollha kieku ‟l Ġesùssibu jgħammar miegħek.”Meditazzjoni ta’ S. Ġwann Battista De La Salle:“... Mingħand Alla biss nistgħu aħna naqilgħu l-grazzji li neħtieġu, għalhekkgħandek titolbu bil-ħerqa kollha biex jimliek bl-Ispirtu ta‟ talb ...” Med: 95.1Missierna ...TALBAMulej Alla,imlieni bi mħabba kbirakemm għaliKkif ukoll għall-oħrajn,biex tħassar għal kolloxkull mibgħeda u niket.Ammen.Bro. Nicholas HutchinsonSIGNUM FIDEI 9

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!