13.07.2015 Views

FRAR 2012 - signumfideimalta

FRAR 2012 - signumfideimalta

FRAR 2012 - signumfideimalta

SHOW MORE
SHOW LESS

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

BEATU DANJEL BROTTIER - Saċerdot (1876-1936) Twieled fi Franza ċentrali, sar saċerdot fl-1899 ta‟ 24 sena u ngħaqad mal-Kongregazzjoni tal-Ispirtu s-Santu. Hu għadda ħafna snin bħala missjunarjuf‟Dakar fis-Senegal, fejn ukoll għen fil-bini tal-katidral. Fl-ewwel gwerra dinjija hu offra ruħu bħala kappillan fl-Armata Franċiża, ugħall-ħidma tiegħu kiseb sitt midalji tal-mertu, kif ukoll il-ġieħ ta‟ kavallier tal-Legion d‟Honneur. Wara l-gwerra hu waqqaf l-Unjoni Nazzjonali tal-Kumbattenti li hi għalFranza dak li għall-inglizi hu l-British Legion. Ġie maħtur Assistent SuperjurĠenerali tal-Kongregazzjoni tiegħu, imbagħad kien mistieden imexxiorfanatrofju u skola ta‟ apprentistat f‟Auteuil, qrib Pariġi, fejn kellu jieħu ħsieb2,000 apprentist iltim, imma mingħajr ebda mezzi finanzjarji. Malajr, Daniel Brottier poġġa l-ħidma tiegħu taħt il-ħarsien ta‟ Santa Tereżata‟ Lisieux (li allura kienet għadha beata), u wiegħed li jibni kappella għallġieħtagħha billi hi spiss ħarsitu matul il-gwerra. Kien jaqla‟ bosta favuri kbarmingħandha, kważi mirakli. L-għajnuna finanzjarja ma naqsitux, u Tereżasaret “il-Burżar” tiegħu, għax kull kont li kien jirċievi seta‟ jħallsu. Kiteb elufta‟ ittri u bosta artikoli jappella għall-għajnuna. Hu kien jorganizza kull senaċerimonji mill-aqwa f‟ġieħ Santa Tereżina, li għalihom kienu jattendu eluf ta‟Pariġini. Ħalaq diversi opri ta‟ assistenza. Kien jemmen ħafna fis-servizz għall-oħrajn.Kien jaħdem kemm jiflaħ minn kmieni filgħodu, minkejja li kien ibati ħafna bluġigħta‟ ras, u jmur jorqod mhux qabel il-11 ta‟ bil-lejl. Hu kellu fih sens kbirtad-dover. Il-Beatu Danjel Brottier miet fit-28 ta‟ Frar 1936, fl-għomor ta‟ 59 sena. Illumix-xogħol tiegħu għadu sejjer: 25 dar, 3,400 żgħażagħ, staff ta‟ madwar1,300 ruħ. Minħabba l-ħidma tiegħu favur iż-żgħażagħ hu ġie mlaqqam id-Dun Bosco ta‟ Franza. Kien ibbeatifikat minn Ġwanni Pawlu II, fil-25 ta‟ Novembru 1984.Riflessjoni:F‟waħda mill-kitbiet tiegħu, il-Beatu Danjel Brottier kiteb hekk:“Taqdi jfisser ma tappartjenix aktar lilek innifsek; ma jibqagħlek kważi ebdadrittijiet; ma jibqagħlekx ħlief dmirijiet; ma tagħrafx aktar l-interessi proprji tiegħek,jew b‟danakollu tissagrifikahom dejjem għall-ġid u fl-interess ġenerali. Taqdi jfissertaħseb, trid, taġixxi għall-ġid tal-oħrajn; tfisser tgħix, u kultant tmut, għall-ġid ta‟kulħadd, fl-imħabba ta‟ Alla.”Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:“... Il-Mulej hekk qal lid-dixxipli tiegħu: „L-ikbar wieħed fostkom għandu jkun dak lijservi lil kulħadd.‟ ...”52 SIGNUM FIDEI

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!