13.07.2015 Views

FRAR 2012 - signumfideimalta

FRAR 2012 - signumfideimalta

FRAR 2012 - signumfideimalta

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

IL-PREŻENTAZZJONI TAL-MULEJ Fil-qari tal-vanġelu tal-lum San Luqa jgħidilna li Marija, biex timxi skont il-liġi,marret fit-tempju biex tippreżenta t-Tarbija Ġesù erbgħin jum wara twelidu. F‟din il-festa, il-Knisja tara t-tkomplija tal-offerta prinċipali li l-Iben t‟Alla (il-Verb) magħmul bniedem għamel lill-Missier meta daħal fid-dinja. Il-Knisjatara fiha wkoll il-fidwa mħabbra għal kulħadd, għaliex, meta Xmun laqa‟ t-tarbija bħala d-dawl li kellu jdawwal lill-bnedmin u bħala l-glorja ta‟ Israel, rafih il-Messija, Feddej ta‟ kulħadd. Il-Knisja għarfet ukoll il-profezija dwar ilpassjonita‟ Kristu fil-kliem ta‟ Xmun meta għaqqad ‟l-Iben bħala “sinjal ta‟kontradizzjoni” u li sejf kellu jinfed ir-ruħ tal-omm, li seħħet fuq il-Kalvarju. Il-Knisja stess, l-aktar miż-Żminijiet tan-Nofs ‟il hawn, rat fil-qalb tal-Verġni liġarret lil binha lejn Ġerusalemm biex toffrih lill-Mulej, rieda li tagħmel din l-offerta li hi ferm ogħla mis-sempliċi rit li kien mitlub mill-liġi Lhudija dwar l-offerta tal-ewwel iben u l-purifikazzjoni tal-omm (Ara Marialis Cultus n. 20). Il-festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej oriġinarjament kienet tfakkar il-laqgħa fittempjuta‟ Ġesù tarbija ma‟ Xmun, li dwarha naqraw f‟Lq. 2,25ss. Il-festabdiet fil-Lvant u hi qadima ħafna; din il-festa kienet osservata bi proċessjonisolenni mill-Bażilika tal-Qabar ta‟ Kristu sa dik tar-Resurezzjoni. Il-proċessjoni bix-xemgħa hija drawwa qadima wkoll, ġejja mis-seklu ħamsa,u bdiet minħabba li Xmun sejjaħ lil Ġesù “dawl għall-ġnus”. Il-festa daħlet Ruma fit-tieni nofs tas-seklu seba‟, u kienet tissejjaħ kif kienujsejħulha fil-Lvant: l-Hypapante, kelma griega li tfisser il-Laqgħa. Mitt senawara beda jingħatalha l-isem ta‟ Il-Purifikazzjoni (Tisfija), isem li beda fiFranza u li bil-mod inxtered f‟diversi pajjiżi. Fil-fatt, il-festa tal-lum kellha danl-isem sar-riforma tal-Kalendarju tal-1969. Minn dik is-sena bdiet tissejjaħ il-Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej, u b‟hekk erġajna morna għall-iskop talfestakif kien oriġinarjament. It-tberik tax-xemgħa li jsir bħal-lum (u li minħabba f‟hekk il-festa tal-lumtissejjaħ ukoll il-Kandlora) beda fil-Ġermanja fis-seklu 10, drawwa li wasletRuma madwar mitejn sena wara.Riflessjoni:Alfred Delp (1907-45) kien Ġiżwita li ġie mgħallaq bħal-lum, it-2 ta‟ Frar, fl-1945,minħabba li kien jopponi lil Hitler. Fl-aħħar messaġġ tiegħu kiteb hekk:“Jekk matul il-ħajja ta‟ bniedem wieħed, ikun hemm naqra iżjed imħabba u karità,naqra aktar dawl u verità fid-dinja, allura ma jkunx għex għalxejn.”Meditazzjoni ta’ S. Ġwann Battista De La Salle:“... Għandek tammira l-umiltà ta‟ Marija f‟dan il-Misteru. Kienet ix-xewqa tagħha litidher fil-pubbliku bħala mara komuni bħall-oħrajn, għalkemm hi kienet wisq ogħlamin-nisa l-oħra fil-kwalitajiet tagħha bħala Verġni u Omm ...” Med: 104.1SIGNUM FIDEI 5

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!