13.07.2015 Views

FRAR 2012 - signumfideimalta

FRAR 2012 - signumfideimalta

FRAR 2012 - signumfideimalta

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

L-Erbgħa 1 ta’ FrarSanta Briġida tal-IrlandaSan Henry Morse – Saċerdot, Ġiżwita u Martri‚Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.‛Qari:1. 2Samwel 24: 2,9-17 Jien dnibt meta għamilt iċ-ċensiment. Imma dawnin-nagħaġ x‟għamlu?2. Salm 31: 1-2,5-7 Aħfirli, Mulej, il-ħażen tiegħi.3. Mark 6: 1-6 Ebda profeta ma hu bla ġieħ jekk mhux f‟pajjiżu.SAN HENRY MORSE - Saċerdot Ġiżwita, Martri (1595-1645) Twieled fi Brome, f‟Suffolk (l-Ingilterra) u kien imrobbi fir-reliġjon protestanta.Waqt li kien jistudja l-liġi f‟Londra għamel il-ħsieb li jsir kattoliku. Ta‟ 23 senasiefer u wasal Douai (Franza) fejn ngħaqad mal-Knisja kattolika. Hawn bedal-istudji tiegħu għal saċerdot u temmhom f‟Ruma fejn kien ordnat qassis. Ta‟ 29 sena (1624) telaq għal Newcastle; kellu l-ħsieb li jsir ġiżwita. Immamalli wasal kien arrestat u mitfugħ il-ħabs f‟York. B‟xorti tajba għadda tlietsnin fil-kumpanija tal-ġiżwita Fr John Robinson. Taħt il-gwida tiegħu Henrygħamel in-novizzjat u anki pprofessa l-voti sempliċi. Meta nħeles mill-ħabs, hu ħalla l-Ingilterra. Hu reġa‟ rritorna l-Ingilterra fl-1633 (meta kellu 38 sena) taħt l-isem ta‟ Cuthbert Claxton. Kien attiv ħafnafost il-kattoliċi u l-protestanti, fi żmien il-pesta tal-1636. Ittieħed anki millmarda,imma fieq minnha. Żmien wara hu reġa‟ kien arrestat u mixli li kien qassis u li ried jaqleb irreliġjonta‟ 560 sudditi protestanti tar-re. Wara sitt xhur priġunerija kienikkundannat għall-mewt. Wara li ċċelebra quddiesa votiva f‟ġieħ it-TrinitàQaddisa, qatluh fit-Tyburn, billi għalquh u ġismu ġie maqsum f‟erba‟ biċċiet,nhar l-1 ta‟ Frar 1645. Henry Morse kien ibbeatifikat fl-1929. Hu wieħed mill-40 martri Ingliżi ddikjarati qaddisin minn Pawlu VI fl-1970.Riflessjoni - Il-Kobor tas-Saċerdozju:“Il-Kurat ta‟ Ars tkellem dwar il-kobor tad-don u l-missjoni saċerdotali b‟din l-espressjoni: „Kemm hi ħaġa tal-għaġeb is-saċerdozju! Kieku s-saċerdot kellujifhem sew dak li hu, kien imut bil-biża‟... Alla jobdi lis-saċerdot kull darba li bi ftitkliem iniżżel lill-Mulej mis-Sema biex jieħu sura f‟Ostja żgħira u jibdilha f‟Ġismu!”Papa Benedittu XVI – 2009SIGNUM FIDEI 3

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!