13.07.2015 Views

FRAR 2012 - signumfideimalta

FRAR 2012 - signumfideimalta

FRAR 2012 - signumfideimalta

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

It-Tlieta 14 ta’ FrarSan Metodju u San Ċirillu – Patruni tal-EwropaSan Valentino – Presbiteru - Martri‚Fl-Isem tal-Missier li ]alaqnital-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen‛.Qari:1. Atti 13: 46-49 Aħna se nduru għal fuq il-pagani2. Salm 116: 1,2 Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-tajba.3. Luqa 10: 1-9 Il-ħsad kbir, imma l-ħaddiema ftit.SAN ĊIRILLU U SAN METODJU - (827-868) u (826-840) Dawn iż-żewġ qaddisin, Appostli tas-Slavi u Patruni tal-Ewropa, huma l-uniċiżewġ qaddisin aħwa, minbarra l-appostli, li għandhom post għalihom filkalendarjuuniversali Ruman. Huma mhux biss għallmu lis-Slavi imma humawkoll awturi tal-liturġija tagħhom. Huma kienu Griegi mit-Tessalonika u kienu jafu jitkellmu bl-ilsien Slavoniku.Dawn ġew mibgħuta mill-imperatur ta‟ Kostantinopli u mill-patrijarka Fozju fil-Moravja bħala missjunarji. Ċirillu kien qassis b‟fama ta‟ filosfu msemmi.Metodju kien raħeb. Qabel marru fil-Moravja huma sawru alfabet Slavoniku u ittraduċew il-Vanġeli. Ix-xogħol tagħhom fil-Moravja mar ‟il quddiem, in-nies riedu isqof ugħalhekk marret delegazzjoni Ruma biex titlob dan. Hemmhekk Ċirillu daħalraħeb f‟monasteru Grieg u miet ħamsin jum wara. Metodju ġie ordnat qassis u mibgħut bħala legat tal-Papa għas-Slavi kollha.Wara ftit xhur huwa reġa‟ mar Ruma u ġie magħmul arċisqof ta‟ Sirmium(illum post fl-ex-Jugoslavja) b‟ġurisdizzjoni fuq il-Pannonia u l-Moravja kollhau suġġett direttament lejn is-Santa Sede. Billi d-Duka tal-Moravja kienjipreferi l-liturġija Latina, San Metodju ġie akkużat fil-falz, għamel żmien fleżiljuu kien anke mitfugħ il-ħabs. Il-Papa rnexxielu jeħilsu mill-ħabs u millakkużifoloz, u reġa‟ kkonferma d-dritt tal-liturġija bl-ilsien tal-post. San Metodju għadda l-aħħar sittax-il sena bħala isqof jittraduċi l-bqija tal-Bibbja fl-ilsien Slavoniku u jsawwar kodiċi ta‟ liġijiet tal-Knisja. Il-Papa Ġwanni Pawlu II iddikjara lil S. Ċirillu u S. Metodju bħala ko-patrunital-Ewropa (flimkien ma‟ S. Benedittu) bl-Ittra Apostolika “Egregi Virtutis” (31ta‟ Diċembru 1980).SIGNUM FIDEI 27

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!