13.07.2015 Views

FRAR 2012 - signumfideimalta

FRAR 2012 - signumfideimalta

FRAR 2012 - signumfideimalta

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

Sakemm kellu disa‟ snin ħa l-edukazzjoni elementari mid-dar; imma meta l-brothers tal-Iskejjel Insara (il-Frères) fetħu skola fi Cuenca, Franġisk kienfost l-ewwel studenti. Malajr inġibed lejn l-ideal ta‟ dawk ir-reliġjużi uddeċieda li jingħaqad magħhom. Il-ġenituri tiegħu riduh aktar li jsir saċerdot, u għalhekk ġegħluh jibda jattendis-seminarju djoċesan. Franġisk għażel li jobdi u jagħmel minn kollox biexjimxi ‟l quddiem fl-istudji u fil-ħajja qaddisa. Imma l-ambjent tas-seminarjuma kienx jaqbel mal-fiżiku tiegħu u beda jħoss ta‟ sikwiet uġigħ ta‟ ras kbir,tant li r-rettur qatagħha li jibagħtu lura d-dar. Issa sab ruħu ħieles li jerġa‟jattendi l-iskola tal-Frères. Ta‟ 14-il sena (24 ta‟ Marzu 1868), bil-kunsens ta‟ ommu, għaliex missierukien imsiefer, Franġisku daħal mal-Kongregazzjoni ta‟ De La Salle, fejn bidelismu għal Miguel (l-isem Mikiel bl-Ispanjol). Wara n-novizzjat kien mibgħut fiQuito fejn għallem fl-iskejjel għal aktar minn 40 sena. Missieru ma approvaxil-vokazzjoni ta‟ ibnu, tant li dam sentejn ma jkellmux. Sa mill-bidu tal-karriera tiegħu, Miguel kien apprezzat għat-talenti tiegħu biexjgħallem il-lingwi u l-letteratura. Sa minn meta kien għadu żagħżugħ hu kitebgħadd ta‟ text-books siewja kif ukoll kotba oħra ta‟ grammatika. Imma hu l-aktar kien jentużjażma ruħu jgħallem il-katekiżmu. Minħabba din l-inklinazzjoni tiegħu ġie inkarigat biex iħejji t-tfal għall-ewwel tqarbina. Ħaħsieb dan l-inkarigu bejn l-1880-1907, meta kien mibgħut l-Ewropa. Wara li għadda ftit xhur f‟Pariġi, kien mibgħut fil-Casamadre talkongregazzjonifil-Belġju fejn il-klima kienet ta‟ ħsara għal saħħtu. Issuperjurigħalhekk bagħtuh fi Premià de Mar, qrib Barcellona (Spanja) biexjaħdem fid-dar tal-formazzjoni. Hemm Br. Miguel seta‟ jissokta l-ħidmatiegħu bħala awtur ta‟ opri didattiċi u jgħallem l-Ispanjol. Fl-1909, minħabba l-periklu imminenti kawżat mir-Rivoluzzjoni Spanjola, ilbrothersmarru f‟Barcellona. Meta għadda l-periklu, marru lura fi Premià deMar, imma issa saħħet Br. Miguel xejn ma kienet tajba. Fit-tmiem ta‟ Jannar tal-1910, ħa riħ qawwi li żviluppa f‟polmonite. Fi tlettijiem huwa miet, nhar id-9 ta‟ Frar 1910, fl-għomor ta‟ 55 sena. Fl-1936 il-fdal ta‟ Br. Miguel ittieħed fl-Ekwador u llum jinsab fid-dar tal-Kongregazzjoni fi Quito. Pawlu VI iddikjarah beatu f‟Ottubru 1977. Papa Ġwann Pawlu II niżżel ismumal-qaddisin fl-1984.Riflessjoni:“Ta‟ spiss Bro. Miguel kien ibati minn attakki ta‟ emigranja, saqajh dgħajfa kienujġegħluh ibati ħafna, u l-persuna xipli tiegħu kienet tagħmlu suġġett għall-mard.Persuna kitbet hekk lil dan il-Brother:„Nittama li Alla jagħtik is-saħħa u l-kuraġġ biex tqaddes din il-prova qarsa, ujibdilha f‟għejjun ta‟ bżonnijiet spiritwali.”18 SIGNUM FIDEI

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!