13.07.2015 Views

FRAR 2012 - signumfideimalta

FRAR 2012 - signumfideimalta

FRAR 2012 - signumfideimalta

SHOW MORE
SHOW LESS

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

IL-BEATU PAPA PIJU IX Dan il-Papa kellu l-itwal pontifikat fl-istorja tal-Knisja. Kien jismu GiovanniMaria Mastai Ferretti u twieled fit-13 ta‟ Mejju 1792 f‟Senigallia. Missieru xtaqu jidħol fil-gwardja Svizzera tal-Papa iżda kien rifjutat għax kienibati b‟attakki epileptiċi. Reġa‟ beda jistudja t-teologija u, meta fieq millmardali kellu, ġie ordnat saċerdot fl-1819. Fis-sena 1823 akkumpanja lid-delegat appostoliku ġewwa ċ-Ċilì. Kienmaħtur Isqof ta‟ Spoleto fl-1827, u ta‟ Imola fl-1832. Bħala arċisqof ta‟Spoleto huwa kkontrolla l-irvell kontra l-Awstrijaċi b‟attitudni ta‟ benevolenza. Kien maħtur kardinal fl-1840. Ġie magħżul Papa fl-1846 wara l-mewt tal-Papa Girgor XVI. Piju IX, li kellu reputazzjoni liberali, beda jgħix dak li kien magħruf għalih.Huwa ħabbar amnestija lill-pruġunieri politiċi u għamel ħafna riformi fl-IstatiPapali. Imma, għalkemm saru ħafna riformi, kien hemm dawk li riedu aktar.Meta l-Papa rrifjuta li jingħaqad fil-gwerra kontra l-Awstrija, tilef ħafna millpopolaritàtiegħu. Ir-radikali qatlu fl-10 ta‟ Novembru 1848, lill-prim ministrutiegħu Rossi, u tista‟ tgħid li prattikament daħlu għall-Papa, iżda fl-24 talistessxahar irnexxielu jaħrab bil-moħbi għal Gaèta. Dam eżiljat f‟din il-beltsal-4 ta‟ Settembru 1849. Fl-istess sena 1849 armata Franċiża stabbilietmill-ġdid l-awtorità tal-Papa ġewwa Ruma u fl-1850 Piju IX mill-ġdid daħal fil-Belt Eterna. Fl-1860 Cavour u Garibaldi ħatfu ħafna mill-istati tal-Papa u, fl-1870, meta l-armata Franċiża rtirat minn Ruma, daħlu l-Pjemontiżi. Piju IX għamelreżistenza simbolika u nqafel ġol-Vatikan. Issielet bla ma rnexxielu biexiħares is-setgħa temporali, garanzija tal-indipendenza spiritwali. Jekk kien sfortunat fl-isfera temporali, Piju IX wera lilu nnifsu mexxej kbir filħwejjeġspiritwali. Dan il-Papa jissejjaħ “il-Papa tal-Immakulata” għax kienhu li pproklama, nhar it-8 ta‟ Diċembru 1854, id-domma tat-Tnissil BlaTebgħa ta‟ Marija. Permezz tal-enċiklika Quanta Cura u s-“Sillabu” dan il-Papa kkundanna “ċerti erruri taż-żminijiet moderni”. Kien hu wkoll li laqqa‟ l-ewwel Konċilju Vatikan li pproklama l-infallibiltà tal-Papa meta jitkellem “excathedra” fuq fidi u morali. Papa Piju IX b‟kollox mexxa l-Knisja għal 32 sena. Huwa miet f‟Ruma fis-7ta‟ Frar 1878. Kien dikjarat beatu f‟Ruma flimkien mal-Papa Ġwanni XXIII fit-3 ta‟Settembru 2000 mill-Papa Ġwanni Pawlu II. Kien matul il-pontifikat tal-Beatu Piju IX li Għawdex ġiet iddikjarata bħaladjoċesi għaliha.14 SIGNUM FIDEI

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!