FRAR 2012 - signumfideimalta
FRAR 2012 - signumfideimalta FRAR 2012 - signumfideimalta
San Pawl Miki u sħabu - Martri († 1597) Dawn kienu sitta u għoxrin martri ta‟ Nagasaki, l-ewwel qaddisin mil-LvantImbiegħed li ġew ikkanonizzati. Fosthom kien hemm Pawlu Miki, qassis Ġiżwita Ġappuniż ta‟ nisel għoli,żewġ lajċi Ġiżwiti Ġappuniżi, sitt Franġiskani l-biċċa l-kbira minnhomSpanjoli b‟San Pjer Battista l-mexxej tagħhom, u sbatax lajċi Ġappuniżi uKoreani, terzjarji Franġiskani, li kienu jgħinu lill-qassisin. Dawn il-martri ġew marbutin ma‟ sitta u għoxrin salib u arbulati ftit aktar minnmetru ‟l bogħod minn xulxin f‟ringiela waħda twila u, minkejja t-tbatija u l-mewt qrib, huma komplew jippriedkaw u jkantaw. Kull wieħed minnhom kellu ħdejh lil dak li kellu joqtlu b‟lanza u, meta ngħatas-sinjal, ġew maqtula lkoll f‟ħin wieħed. Fosthom, qalbiena daqs l-oħrajn, kien hemm tliet subien ta‟ xi tlettax-il senal-wieħed, li kienu jgħinu l-quddiesa tal-patrijiet: dawn kienu S. Lwiġi Ibarki, S.Antnin Deynan u S. Tumas Kasaki. Dan kollu ġara fil-5 ta‟ Frar 1597, daqs ħamsin sena wara l-mawra ta‟ S.Franġisk Saverju fil-Ġappun, meta kien hemm diġà madwar 300,000kattoliku. San Pawl Miki u sħabu martri ġew iddikjarati qaddisin mill-Papa Piju IX fl-1862.Riflessjoni:“Il-martirju jxebbah lid-dixxipli mal-Imgħallem, li aċċetta l-mewt bil-ferħ għassalvazzjonitad-dinja, u b‟hekk huma jsiru bħalu fit-tixrid tad-demm. Għalhekk il-Knisja dan tqisu bħala l-akbar don u l-ogħla prova tal-imħabba. Għalkemm danmgħoti lil xi wħud biss, kulħadd għandu jkun lest li jagħti xhieda għal Kristuquddiem l-umanità, u li jimxi warajh it-triq tas-salib.”Kostituzzjoni Dogmatika tal-Knisja – Austin FlanneryMeditazzjoni ta’ S. Ġwann Battista De La Salle:“... Jekk inti tassew tħobb lil Kristu, int tagħmel minn kollox biex tiżra‟ l-imħabbaqaddisa tiegħu fil-qalb tat-tfal li inti qed tgħallem biex isiru dixxipli tiegħu, u l-għantiegħek għandu jkun li huma jaħsbu spiss fuq Ġesù ...” Med: 102.212 SIGNUM FIDEI
TALBAMulej, dawn il-folol ta‟ nies sfortunati,li l-ħajja tefgħathom f‟qagħda mwiegħra;li Inti tfejjaq bil-ħarsa, b‟dehra ta‟ ħniena infinita,aħna lkoll bħalhom.Mulej, illum ejja fejjaqnaminn din il-ħajja ta‟ qalb maqtugħa, bla tama,min-nuqqasijiet ta‟ bla mħabba,mill-fidi dgħajfa u min-nuqqas ta‟ ferħ.Ejja Mulej,itfa‟ fuqna dik il-ħarsa ta‟ missier,li sserrraħna mill-piż tat-toqolli qegħdin inġarrbu.U ġeddidna bl-ispirtu ta‟ mħabbtek,biex nerġgħu nqumu fuq saqajnau nagħtu xhieda tal-Aħbar Tajba.Br. LouisMissierna ...It-Tlieta 7 ta’ FrarSan Eġidjo Maria ta‟ San Ġużepp – ReliġjużIl-Beatu Piju IX – PapaSanta Koleta ta‟ Corbie – VerġniBeatu Anselmu Polaneo – Isqof u Martri‚Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.‛Qari:1.1Slaten 8: 22,23,27-30 Int kont għedt, Mulej : «Ismi jkun hemm!». Isma‟ t-talba li jagħmillek il-poplu tiegħek Iżrael.2. Salm 83: 3-5,10,11 Kemm hi għażiża d-dar tiegħek, Mulej tal-eżerċti!3. Mark 7: 1-13 Intom twarrbu l-kmandamenti ta‟ Alla biex tħaddnu t-tradizzjoni tal-bnedmin.SIGNUM FIDEI 13
- Page 1 and 2: FRAR 2012SIGNUM FIDEI 1
- Page 3 and 4: L-Erbgħa 1 ta’ FrarSanta Briġid
- Page 5 and 6: IL-PREŻENTAZZJONI TAL-MULEJ Fil-qa
- Page 7 and 8: SAN ANSGAR (JEW OSKAR) - Isqof (c.8
- Page 9 and 10: xwieni. Hu kien jippriedka anke lil
- Page 11: O Sagrament Imqaddes,O Sagrament Di
- Page 15 and 16: Mill-Imitazzjoni ta’ Kristu - 2Kt
- Page 17 and 18: TALBAMulej nitolbok tiftħilna għa
- Page 19 and 20: Meditazzjoni ta’ S. Ġwann Battis
- Page 21 and 22: Kif kien xieraq, il-knisja f‟Malt
- Page 23 and 24: Riflessjoni:“Flimkien ma‟ Marij
- Page 25 and 26: Meditazzjoni ta’ San Ġwann Batti
- Page 27 and 28: It-Tlieta 14 ta’ FrarSan Metodju
- Page 29 and 30: SAN KLAWDJU LA COLOMBIÈRE SAĊERDO
- Page 31 and 32: Ottubru 1880) kien maħtur ir-rettu
- Page 33 and 34: Huma libsu l-abitu griż tal-Aħwa
- Page 35 and 36: Jingħad fuqu li qatt ma beda jpitt
- Page 37 and 38: Missierna...TALBAO Alla Kbir, nitol
- Page 39 and 40: It-Tlieta 21 ta’ FrarSan Pietru D
- Page 41 and 42: L-Erbgħa 22 ta’ FrarBidu tar-Ran
- Page 43 and 44: Il-Ħamis 23 ta’ FrarIl-Ħamis ta
- Page 45 and 46: SAN ETHELBERT RE (? - †616) Ethel
- Page 47 and 48: Marija Tereża kienet issib l-għax
- Page 49 and 50: li wieħed jibni d-dinja bil-ħila
- Page 51 and 52: Meditazzjoni ta’ San Ġwann Batti
- Page 53 and 54: Missierna ...TALBAO Ġesù,agħmel
- Page 55 and 56: TALB GĦAL ŻMIEN IR-RANDANTalba g
- Page 57 and 58: JG}IX {ESU’F’QALBNA !G}AL DEJJE