13.07.2015 Views

FRAR 2012 - signumfideimalta

FRAR 2012 - signumfideimalta

FRAR 2012 - signumfideimalta

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

San Pawl Miki u sħabu - Martri († 1597) Dawn kienu sitta u għoxrin martri ta‟ Nagasaki, l-ewwel qaddisin mil-LvantImbiegħed li ġew ikkanonizzati. Fosthom kien hemm Pawlu Miki, qassis Ġiżwita Ġappuniż ta‟ nisel għoli,żewġ lajċi Ġiżwiti Ġappuniżi, sitt Franġiskani l-biċċa l-kbira minnhomSpanjoli b‟San Pjer Battista l-mexxej tagħhom, u sbatax lajċi Ġappuniżi uKoreani, terzjarji Franġiskani, li kienu jgħinu lill-qassisin. Dawn il-martri ġew marbutin ma‟ sitta u għoxrin salib u arbulati ftit aktar minnmetru ‟l bogħod minn xulxin f‟ringiela waħda twila u, minkejja t-tbatija u l-mewt qrib, huma komplew jippriedkaw u jkantaw. Kull wieħed minnhom kellu ħdejh lil dak li kellu joqtlu b‟lanza u, meta ngħatas-sinjal, ġew maqtula lkoll f‟ħin wieħed. Fosthom, qalbiena daqs l-oħrajn, kien hemm tliet subien ta‟ xi tlettax-il senal-wieħed, li kienu jgħinu l-quddiesa tal-patrijiet: dawn kienu S. Lwiġi Ibarki, S.Antnin Deynan u S. Tumas Kasaki. Dan kollu ġara fil-5 ta‟ Frar 1597, daqs ħamsin sena wara l-mawra ta‟ S.Franġisk Saverju fil-Ġappun, meta kien hemm diġà madwar 300,000kattoliku. San Pawl Miki u sħabu martri ġew iddikjarati qaddisin mill-Papa Piju IX fl-1862.Riflessjoni:“Il-martirju jxebbah lid-dixxipli mal-Imgħallem, li aċċetta l-mewt bil-ferħ għassalvazzjonitad-dinja, u b‟hekk huma jsiru bħalu fit-tixrid tad-demm. Għalhekk il-Knisja dan tqisu bħala l-akbar don u l-ogħla prova tal-imħabba. Għalkemm danmgħoti lil xi wħud biss, kulħadd għandu jkun lest li jagħti xhieda għal Kristuquddiem l-umanità, u li jimxi warajh it-triq tas-salib.”Kostituzzjoni Dogmatika tal-Knisja – Austin FlanneryMeditazzjoni ta’ S. Ġwann Battista De La Salle:“... Jekk inti tassew tħobb lil Kristu, int tagħmel minn kollox biex tiżra‟ l-imħabbaqaddisa tiegħu fil-qalb tat-tfal li inti qed tgħallem biex isiru dixxipli tiegħu, u l-għantiegħek għandu jkun li huma jaħsbu spiss fuq Ġesù ...” Med: 102.212 SIGNUM FIDEI

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!