13.07.2015 Views

FRAR 2012 - signumfideimalta

FRAR 2012 - signumfideimalta

FRAR 2012 - signumfideimalta

SHOW MORE
SHOW LESS

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

<strong>FRAR</strong> <strong>2012</strong>SIGNUM FIDEI 1


Signum Fidei}ajja ta’ Xhieda ta’Fidi- <strong>FRAR</strong> <strong>2012</strong> -S. Ġwann Battista de la Salle Familja LasalljanaFundaturNIFTAKRU LI QEDGĦINFIL-PREŻENZA T’ALLA.EJJEW NADURAWH.L-Intenzjonijiet tal-Papa u tal-Isfqijiet tagħna għal dan ix-xahar:1. Biex kulħadd ikollu l-ilma u r-riżorsi oħra meħtieġa għall-ħajja ta‟ kuljum .2. Biex il-Mulej iseddaq l-isforzi ta‟ kull min jassisti lill-morda u lill-anzjani flinħawifqar tad-dinja.3. Biex kulħadd jagħmel użu tajjeb mill-ħidma tal-anzjani fis-soċjetà, fil-Knisja ul-aktar fi ħdan il-familja.Dati ta’ importanza għax-xahar ta’ Frar:2 ta‟ Frar : Il-Preżentazjoni tal-Mulej.10 ta‟ Frar : Festa ta‟ Missierna San Pawl11 ta‟ Frar : Jum il-Morda. Festa tal-Madonna tal-Lourdes - L-Ewwel Dehra.22 ta‟ Frar : L-Erbgħa tal-Irmied. Bidu tar-Randan.Nota importanti:Din il-ħarġa ta‟ Frar issa tista‟ tiġi aċċessata minn fuq il-websitehttp://<strong>signumfideimalta</strong>.wordpress.com. Fl-istess website issa hemm aċċess għall-Vanġelu bil-Malti.2 SIGNUM FIDEI


L-Erbgħa 1 ta’ FrarSanta Briġida tal-IrlandaSan Henry Morse – Saċerdot, Ġiżwita u Martri‚Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.‛Qari:1. 2Samwel 24: 2,9-17 Jien dnibt meta għamilt iċ-ċensiment. Imma dawnin-nagħaġ x‟għamlu?2. Salm 31: 1-2,5-7 Aħfirli, Mulej, il-ħażen tiegħi.3. Mark 6: 1-6 Ebda profeta ma hu bla ġieħ jekk mhux f‟pajjiżu.SAN HENRY MORSE - Saċerdot Ġiżwita, Martri (1595-1645) Twieled fi Brome, f‟Suffolk (l-Ingilterra) u kien imrobbi fir-reliġjon protestanta.Waqt li kien jistudja l-liġi f‟Londra għamel il-ħsieb li jsir kattoliku. Ta‟ 23 senasiefer u wasal Douai (Franza) fejn ngħaqad mal-Knisja kattolika. Hawn bedal-istudji tiegħu għal saċerdot u temmhom f‟Ruma fejn kien ordnat qassis. Ta‟ 29 sena (1624) telaq għal Newcastle; kellu l-ħsieb li jsir ġiżwita. Immamalli wasal kien arrestat u mitfugħ il-ħabs f‟York. B‟xorti tajba għadda tlietsnin fil-kumpanija tal-ġiżwita Fr John Robinson. Taħt il-gwida tiegħu Henrygħamel in-novizzjat u anki pprofessa l-voti sempliċi. Meta nħeles mill-ħabs, hu ħalla l-Ingilterra. Hu reġa‟ rritorna l-Ingilterra fl-1633 (meta kellu 38 sena) taħt l-isem ta‟ Cuthbert Claxton. Kien attiv ħafnafost il-kattoliċi u l-protestanti, fi żmien il-pesta tal-1636. Ittieħed anki millmarda,imma fieq minnha. Żmien wara hu reġa‟ kien arrestat u mixli li kien qassis u li ried jaqleb irreliġjonta‟ 560 sudditi protestanti tar-re. Wara sitt xhur priġunerija kienikkundannat għall-mewt. Wara li ċċelebra quddiesa votiva f‟ġieħ it-TrinitàQaddisa, qatluh fit-Tyburn, billi għalquh u ġismu ġie maqsum f‟erba‟ biċċiet,nhar l-1 ta‟ Frar 1645. Henry Morse kien ibbeatifikat fl-1929. Hu wieħed mill-40 martri Ingliżi ddikjarati qaddisin minn Pawlu VI fl-1970.Riflessjoni - Il-Kobor tas-Saċerdozju:“Il-Kurat ta‟ Ars tkellem dwar il-kobor tad-don u l-missjoni saċerdotali b‟din l-espressjoni: „Kemm hi ħaġa tal-għaġeb is-saċerdozju! Kieku s-saċerdot kellujifhem sew dak li hu, kien imut bil-biża‟... Alla jobdi lis-saċerdot kull darba li bi ftitkliem iniżżel lill-Mulej mis-Sema biex jieħu sura f‟Ostja żgħira u jibdilha f‟Ġismu!”Papa Benedittu XVI – 2009SIGNUM FIDEI 3


Meditazzjoni ta’ S. Ġwann Battista De La Salle:“... Itlob ‟l Alla bil-ħerqa kollha ħalli jiggwidak fit-triq li twassal għall-Ġenna, minndik it-triq li Hu stess ippjana għalik, u itolbu jgħinek tħaddan dik il-perfezzjoni talistattiegħek, ladarba għoġbu li int tħaddanha, u riedek, u għadu jridek tgħaddiminnha, u biex takkwista l-mezzi biex titqaddes ...” Med: 3.3Missierna ...TALBAMulej, illumniftakru f‟dawk il-ħafna saċerdoti fid-dinjali qegħdin jiġu mżebilħa jew imweġġa‟fid-dinjità saċerdotali tagħhom.Mulej, agħtihom il-kuraġġ jissaportu kolloxu jibqgħu fidili LejK,anke sax-xhieda bit-tixrid ta‟ demmhom.Ammen.Papa Benedittu XVIIl-Ħamis 2 ta’ FrarIl-Preżentazzjoni tal-MulejJum il-Ħajja KonsagrataSanta Katerina Ricci - VerġniMed. ta‟ S.Ġw Battista De La Salle fuq il-Preżentazzjoni tal-Mulej, Nru. 104‚Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.‛Qari:1. Malakija 3: 1-4 Jasal fit-tempju tiegħu s-Sid mistenni minnkom.jewLhud 2: 14-18 Sar jixbah lil ħutu f‟kollox.2. Salm 23: 7-10 Il-Mulej hu s-Sultan tal-glorja.3. Luqa 2: 22-40 Għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek.4 SIGNUM FIDEI


IL-PREŻENTAZZJONI TAL-MULEJ Fil-qari tal-vanġelu tal-lum San Luqa jgħidilna li Marija, biex timxi skont il-liġi,marret fit-tempju biex tippreżenta t-Tarbija Ġesù erbgħin jum wara twelidu. F‟din il-festa, il-Knisja tara t-tkomplija tal-offerta prinċipali li l-Iben t‟Alla (il-Verb) magħmul bniedem għamel lill-Missier meta daħal fid-dinja. Il-Knisjatara fiha wkoll il-fidwa mħabbra għal kulħadd, għaliex, meta Xmun laqa‟ t-tarbija bħala d-dawl li kellu jdawwal lill-bnedmin u bħala l-glorja ta‟ Israel, rafih il-Messija, Feddej ta‟ kulħadd. Il-Knisja għarfet ukoll il-profezija dwar ilpassjonita‟ Kristu fil-kliem ta‟ Xmun meta għaqqad ‟l-Iben bħala “sinjal ta‟kontradizzjoni” u li sejf kellu jinfed ir-ruħ tal-omm, li seħħet fuq il-Kalvarju. Il-Knisja stess, l-aktar miż-Żminijiet tan-Nofs ‟il hawn, rat fil-qalb tal-Verġni liġarret lil binha lejn Ġerusalemm biex toffrih lill-Mulej, rieda li tagħmel din l-offerta li hi ferm ogħla mis-sempliċi rit li kien mitlub mill-liġi Lhudija dwar l-offerta tal-ewwel iben u l-purifikazzjoni tal-omm (Ara Marialis Cultus n. 20). Il-festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej oriġinarjament kienet tfakkar il-laqgħa fittempjuta‟ Ġesù tarbija ma‟ Xmun, li dwarha naqraw f‟Lq. 2,25ss. Il-festabdiet fil-Lvant u hi qadima ħafna; din il-festa kienet osservata bi proċessjonisolenni mill-Bażilika tal-Qabar ta‟ Kristu sa dik tar-Resurezzjoni. Il-proċessjoni bix-xemgħa hija drawwa qadima wkoll, ġejja mis-seklu ħamsa,u bdiet minħabba li Xmun sejjaħ lil Ġesù “dawl għall-ġnus”. Il-festa daħlet Ruma fit-tieni nofs tas-seklu seba‟, u kienet tissejjaħ kif kienujsejħulha fil-Lvant: l-Hypapante, kelma griega li tfisser il-Laqgħa. Mitt senawara beda jingħatalha l-isem ta‟ Il-Purifikazzjoni (Tisfija), isem li beda fiFranza u li bil-mod inxtered f‟diversi pajjiżi. Fil-fatt, il-festa tal-lum kellha danl-isem sar-riforma tal-Kalendarju tal-1969. Minn dik is-sena bdiet tissejjaħ il-Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej, u b‟hekk erġajna morna għall-iskop talfestakif kien oriġinarjament. It-tberik tax-xemgħa li jsir bħal-lum (u li minħabba f‟hekk il-festa tal-lumtissejjaħ ukoll il-Kandlora) beda fil-Ġermanja fis-seklu 10, drawwa li wasletRuma madwar mitejn sena wara.Riflessjoni:Alfred Delp (1907-45) kien Ġiżwita li ġie mgħallaq bħal-lum, it-2 ta‟ Frar, fl-1945,minħabba li kien jopponi lil Hitler. Fl-aħħar messaġġ tiegħu kiteb hekk:“Jekk matul il-ħajja ta‟ bniedem wieħed, ikun hemm naqra iżjed imħabba u karità,naqra aktar dawl u verità fid-dinja, allura ma jkunx għex għalxejn.”Meditazzjoni ta’ S. Ġwann Battista De La Salle:“... Għandek tammira l-umiltà ta‟ Marija f‟dan il-Misteru. Kienet ix-xewqa tagħha litidher fil-pubbliku bħala mara komuni bħall-oħrajn, għalkemm hi kienet wisq ogħlamin-nisa l-oħra fil-kwalitajiet tagħha bħala Verġni u Omm ...” Med: 104.1SIGNUM FIDEI 5


Missierna ...TALBAAgħmel li d-dawl jidher fina.Mulej Ġesù, fl-40 jum wara t-twelid tiegħek,inti kont meħud fit-tempju mill-ġenituri tiegħeku ppreżentat lil Alla Missierna.Fakkarna kontinwament li aħna t-tempju tal-Ispirtu s-Santu.Agħmel li d-dawl jidher fina.Għalkemm Xmun kien nieqes mid-dawlhuwa għaraf min kont.Iftħilna għajnejna biex inkunu nistgħu nagħrfuk fostna.Agħmel li d-dawl jidher fina.Xmun ħabbar li l-qalb ta‟ Marija se tkun minfuda.Kif Marija baqgħet ma‟ Ġesù fit-tbatija,nitolbuk li aħna nkunu nistgħu nkunu ta‟ għajnuna‟l dawk li jagħmlu parti minn ħajjitna.Agħmel li d-dawl jidher fina.Inti għidt li Inti d-Dawl tad-dinja,agħmel li dan id-Dawl jidher fina.Ammen.Bro. Nicholas HutchinsonIl-Ġimgħa 3 ta’ FrarSan Bjaġju – Isqof u MartriSan Ansgar – Isqof‚Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.‛Qari:1. Bin Sirak 47: 2-13 David għanna kliem ta‟ glorja lill-Mulej b‟qalbu kollha, uħabb lil dak li għamlu.2. Salm 17: 31,47,50,51 Ikun imfaħħar Alla tas-salvazzjoni tiegħi.3. Mark 6: 14-29 Ġwanni l-Battista li jien qtajtlu rasu; hu qam mill-mewt!6 SIGNUM FIDEI


SAN ANSGAR (JEW OSKAR) - Isqof (c.801-865) Ansgar (jew Oskar) jissejjaħ l-Appostlu tal-Iskandinavja għax ħadem ħafnafid-Danimarka u fl-Isvezja. Hu twieled f‟Amiens, Franza, fit-801. Hu kien raħeb Benedittin, fil-famużmonasteru qadim ta‟ Corbie. Minn Corbie bħala patri żagħżugħ u għalliemf‟Piccardy, hu mar biex jgħin fit-twaqqif ta‟ Corbie l-ġdida, jew Corvey,f‟Westphalia – monasteru li kellu jkun il-benniena taċ-ċiviltà nisranija fil-Ġermanja tat-Tramuntana. Minn hawn ir-re Harold tad-Danimarka ħadu biexjaħdem fost il-pagani Daniżi. Ansgar kien maħtur arċisqof ta‟ Hamburg u legat tal-Papa. Għal tlettax-ilsena hu ppriedka u organizza missjonijiet fl-Iskandinavja u fil-Ġermanja tat-Tramuntana. Fit-845, nies min-Nord qerdu Hamburg, u d-Danimarka u l-Isvezja reġgħu tilfu l-fidi. Is-sede ta‟ Bremen kien mgħaqqad ma‟ dik ta‟Hamburg. San Oskar irritorna fid-Danimarka u beda jaħdem biex iġib luragħall-fidi mill-ġdid lill-poplu f‟dak il-pajjiż. Ansgar kien predikatur u amministratur jinqala‟. Kien bniedem mogħti għattgħakkis,iħobb il-fqar. Hu kien jixtieq li jmut martri, iżda miet fil-paċi fi Bremen nhar it-3 ta‟ Frar 865fl-età ta‟ ħamsa u sittin sena. B‟xorti ħażina wara l-mewt ta‟ San Ansgar (jew Oskar) l-Isvezja reġgħet lurakompletament għall-paganiżmu.Riflessjoni:“Il-kuraġġ u l-perseveranza ta‟ rġiel u nisa bħal Ansgar tista‟ tiġi biss minn sisiensodi ta‟ kuraġġ u perseveranza missjunarja. Il-ħajja ta‟ Ansgar hija tifkira oħra liAlla jikteb dritt fuq linji mgħawġa. Kristu jieħu ħsieb l-effett tal-Appostolat kif iridHu; l-ewwel ħsieb tiegħu hu l-purità tal-Appostli.”„Saint of the Day‟ – St. Anthony MessengerPressMeditazzjoni ta’ S. Ġwann Battista De La Salle:“... M‟għandekx tkun kuntent billi offrejt lilek innifsek lil Alla darba waħda biss;kuljum għandek iġġedded l-offerta tiegħek u tikkonsagra x-xogħol kollu tiegħek lilU...” Med: 104.2L-ISPIRTU TA’ FIDI U L-EFFETTI TIEG}U1. LI MA T}ARES LEJN XEJN JEKK MHUX BL-G}AJNEJN TAL-FIDI.2. LI MA TAGĦMEL XEJN JEKK MHUX G}AL ALLA.3. LI TQIS KOLLOX B}ALA {EJ MINN ALLA.L-ISPIRTU TA’ FIDI HUWA SPIRTU LI F’KOLLOX JIRREGOLA RU}U LI JIMXI FUQ IL-MASSIMI U S-SENTIMENTI ME}UDIN MILL-ISKRITTURASIGNUM FIDEI 7


TALBA‚Qalilhom parabbola biex jurihom li għandhom dejjem jitolbu bla ma jaqtgħu.”Luqa18:1O Alla tiegħi! Grazzi,tal-kuraġġ li timlieni bih ġurnata wara l-oħra.Tat-tama li tqanqal fija tal-ġranet ta‟ għada aħjar minn tal-lum.Tal-kuraġġ biex nimxi ‟l quddiem fil-ħajja ta‟ qdusija.Tal-qawwa tat-talb li tgħaqqadna flimkien.Jalla, Mulej, nutilizzaw dawn il-mumenti, biex nitolbukmingħajr ma naqtgħu qalbna.Grazzi għall-paċi fil-familji ta‟ pajjiżna.Grazzi għall-paċi f‟qalbi, u fuq din l-art.Ammen.Bro. LouisMissierna ...Is-Sibt 4 ta’ FrarSan Ġużepp ta‟ Leonessa – SaċerdotSan Ġwann de Britto – Saċerdot – MartriSan Andrea Corsini – IsqofSanta Veronika‚Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.‛Qari:1.1 Slaten 3: 4-13 Agħti lill-qaddej tiegħek moħħ ħafif biex jifhem, biex jista‟jmexxi l-poplu tiegħek.2. Salm 118: 9-14 Mulej għallimni l-preċetti tiegħek.3. Mark 6: 30-34 Kienu qishom nagħaġ bla ma għandhom ragħaj.SAN ĠUŻEPP TA’ LEONESSA - Saċerdot (1556-1612) Jissejjaħ ta‟ Leonessa għax twieled fil-belt ċkejkna b‟dan l-isem fl-Umbrija (l-Italja). Meta kien żgħir kien iħobb jagħmel altari żgħar bix-xbihat tal-Madonna u tal-qaddisin u jiġbor miegħu tfal oħra biex jitolbu. Ta‟ 16-il senadaħal mal-kappuċċini fil-kunvent ta‟ Carcerelle qrib Assisi. Bħala saċerdot żagħżugħ, fl-1587 (kellu allura 31 sena), is-superjuri bagħtuhbħala missjunarju fit-Turkija fejn għadda sentejn. San Ġużepp kien jaqdi l-ministeru tiegħu f‟Kostantinopli mal-insara u speċjalment mal-ilsiera fuq ix-8 SIGNUM FIDEI


xwieni. Hu kien jippriedka anke lill-Musulmani minkejja li kien hemm il-pienatal-mewt għal min jagħmel hekk. Difatti dawn arrestawh u tefgħuh il-ħabs,mnejn ħarġuh għax qabeż għalih l-ambaxxatur ta‟ Venezja. Huwa kien arrestat it-tieni darba waqt li kien dieħel fil-palazz irjali biexjevanġelizza lis-Sultan innifsu. Il-qaddis kien ikkundannat għall-mewt umdendel għal tlett ijiem b‟ganċijiet minn idu l-leminija u siequ x-xellugija.Wara dan kollu huwa ġie meħlus u l-qaddis mar lura pajjiżu ma‟ isqofortodoss li kien ikkonvertieh. Fl-Italja taha għall-priedki; ġieli ppriedka anki seba‟ darbiet f‟jum wieħed.Huwa kien devot b‟mod speċjali lejn Ġesù Msallab u ġeneralment kieniżomm il-kruċifiss waqt li kien jippriedka. Bil-kruċifiss f‟idejh huwa għamel żewġ operazzjonijiet tal-kanċer. Kienussuġġerewlu li jorbtuh biex ma jiċċaqlaqx waqt l-uġigħ – billi dak iż-żmien makienx hemm il-loppju, iżda l-qaddis uriehom il-kruċifiss u qalilhom: “Dan hu l-aqwa rbit. Dan iżommni aħjar mill-ħbula kollha.” San Ġużepp miet f‟Leonissa ta‟ 56 sena fl-4 ta‟ Frar 1612 wara t-tienioperazzjoni għall-kanċer. Iddikjarah qaddis Benedittu XIV, fl-1746.Mill-Imitazzjoni ta’ Kristu – 2Ktieb: Kap. 7“Kun dejjem marbut ma‟ Ġesù, issa u waqt il-mewt tiegħek, u erħi ruħek f‟idejhgħax hu l-ħabib fidil tiegħek. Meta jinsewk l-oħrajn, hu waħdu jista‟ jgħinek. Uftakar dejjem li dan il-maħbub tiegħek ma jridx lil ħaddieħor minfloku fejn ikun hu;imma jrid li qalbek tkun kollha tiegħu waħdu, biex fiha jkun qiegħed bħala sultanfuq it-tron tiegħu. Li kellek ħila tinħall għal kollox mill-ħlejjaq kollha kieku ‟l Ġesùssibu jgħammar miegħek.”Meditazzjoni ta’ S. Ġwann Battista De La Salle:“... Mingħand Alla biss nistgħu aħna naqilgħu l-grazzji li neħtieġu, għalhekkgħandek titolbu bil-ħerqa kollha biex jimliek bl-Ispirtu ta‟ talb ...” Med: 95.1Missierna ...TALBAMulej Alla,imlieni bi mħabba kbirakemm għaliKkif ukoll għall-oħrajn,biex tħassar għal kolloxkull mibgħeda u niket.Ammen.Bro. Nicholas HutchinsonSIGNUM FIDEI 9


Il-Ħadd 5 ta’ FrarIl-5 Ħadd ta‟ matul is-sena‚Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.‛Qari:1. Ġob 7: 1-4,6,7 Il-ħajja tal-bniedem fuq l-art.2. Salm146: 1-6 Faħħru ‟l-Mulej li jfejjaq il-qlub maqsuma.3 1Korintin 9: 16-19,22-23 Ħażin għalija jekk ma nxandarx l-Evanġelju.4. Mark 1: 29-39 Ġesù jfejjaq ħafna morda minn bosta mardiet.Riflessjoni fuq il-Vanġelu:esu jo]ro[ mis-Sinagoga u jmur ‚fid-dar‛ fejn hemm il-kwiet, u jsib lill-omm ilmarata’ Xmun bid-deni. Id-deni, b]ad-dnub jipparali\\ana, jaqtag]na mill-{ o]rajn. {esu ‚resaq lejha, qabadha minn idha, u qajjimha‛. {est profond usempli`i li jfakkarna fil-Mag]mudija, li tag]tina fejqan s]i] u qawmien biexning]ataw g]as-servizz tal-o]rajn skont il-pjan t’Alla g]alina.Wara l-[urnata {esu jmur jitlob f’post imwarrab, it-talb fil-missjoni ta’ {esukellu parti importanti ]afna. Kien ja]jie] u jag]tih l-ispirazzjoni g]ax kien jid]olf’kuntatt mal-Missier u mal-pjan li kien ]ejja g]alih.Naraw kif id-dixxipli huma msa]]ra bil-popolarita u s-su``ess li kien qieg]edigawdi {esu, i\da ‚hu qalilhom: ‘Imxu mmorru band’o]ra’.‛ It-tentazzjonijiet g]al{esu kellhom suriet differenti, hawnhekk narawh ittantat bin-nuqqas ta’ ]sieb taddixxiplili ma jifhmux il-kwalita tal-missjoni ta’ {esu. Ix-xitan tas-su``ess u l-popolarita fa`li, li baqa’ j[arrab lid-dixxipli ta’ {esu sa llum. {esu jirba] din ittentazzjonibil-qawwa li jie]u mit-talb u mill-fedelta tieg]u lejn il-Missier sal-a]]ar,sal-g]otja ta’ ]ajtu fuq is-salib.{esu [ie biex ifejjaq il-mard kollu tar-ru], tal-[isem, tas-so`jeta, irid lijqajjimna biex nimpenjaw ru]na g]all-fejqan tal-istrutturi li ijassru l-bniedem, utas-so`jeta. Permezz tat-talb a]na ninfet]u g]all-im]abba t’ Alla u g]al ]utna l-bnedmin u nie]du l-qawwa biex insawru l-istorja skont il-pjan tieg]uRiflessjoni:“Ta‟ spiss jkollna ngħaddu minn xi tbatija, daqqa ta‟ uġigħ f‟ġisimna, oħra xiinkwiet, forsi xi diżappunt, xi ċanfira tajba jew tmaqdir. Li kieku kellna nerfgħudawn il-mumenti ta‟ prova, bil-paċenzja ...”One Hundred Pious Reflections - Alan Butler: Nru. 23Meditazzjoni ta’ S. Ġwann Battista De La Salle:“... Meta xi ħadd jinġurjak jew jinfamak l-aħjar ħaġa għalik hi li żżomm fommok uqalbek siekta ...” Med: 5.110 SIGNUM FIDEI


O Sagrament Imqaddes,O Sagrament Divin,kull radd ta‟ ħajr, foħrijaminn qalbi nixtieq intik.TALBAGħażiża Verġni u Martri,li l-Knisja tfakkarna fil-liturġija tiegħek,inti wrejt reżistenza għat-tentazzjonijietta‟ ħakkiem kattiv, bl-erojiżmu tiegħek.Kif għaddejt minn tbatija orribli,int żammejt sħiħ fil-fidi lejn l-għarus tiegħek tas-sema,kont imfarrġa minn San Pietru.Waqt li l-infermiera jitolbuk l-għajnuna,agħtihom il-kuraġġ biex jarawlil Kristu f‟kull maridu jaqdu dmirhom tassewlejn il-morda kollha.Ammen.Missierna ...Qari:1.1Slaten 8: 1-7,9-13It-Tnejn 6 ta’ FrarSan Pawl Miki u sħabu MartriBeatu Pietru Kibe Kasui u sħabu MartriSanta Daroka – Verġni u MartriSan Pier Battista – Presbiteru – u sħabu Martri‚Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.‛Wasslu l-arka tal-patt f‟postha ġos-santwarju tattempju,u sħaba mliet it-tempju tal-Mulej.2. Salm 131 : 6-10 Qum u ejja Mulej, lejn il-mistrieħ tiegħek.3. Mark 6 : 53-56 Dawk kollha li kienu jmissuh kienu jfiqu.SIGNUM FIDEI 11


San Pawl Miki u sħabu - Martri († 1597) Dawn kienu sitta u għoxrin martri ta‟ Nagasaki, l-ewwel qaddisin mil-LvantImbiegħed li ġew ikkanonizzati. Fosthom kien hemm Pawlu Miki, qassis Ġiżwita Ġappuniż ta‟ nisel għoli,żewġ lajċi Ġiżwiti Ġappuniżi, sitt Franġiskani l-biċċa l-kbira minnhomSpanjoli b‟San Pjer Battista l-mexxej tagħhom, u sbatax lajċi Ġappuniżi uKoreani, terzjarji Franġiskani, li kienu jgħinu lill-qassisin. Dawn il-martri ġew marbutin ma‟ sitta u għoxrin salib u arbulati ftit aktar minnmetru ‟l bogħod minn xulxin f‟ringiela waħda twila u, minkejja t-tbatija u l-mewt qrib, huma komplew jippriedkaw u jkantaw. Kull wieħed minnhom kellu ħdejh lil dak li kellu joqtlu b‟lanza u, meta ngħatas-sinjal, ġew maqtula lkoll f‟ħin wieħed. Fosthom, qalbiena daqs l-oħrajn, kien hemm tliet subien ta‟ xi tlettax-il senal-wieħed, li kienu jgħinu l-quddiesa tal-patrijiet: dawn kienu S. Lwiġi Ibarki, S.Antnin Deynan u S. Tumas Kasaki. Dan kollu ġara fil-5 ta‟ Frar 1597, daqs ħamsin sena wara l-mawra ta‟ S.Franġisk Saverju fil-Ġappun, meta kien hemm diġà madwar 300,000kattoliku. San Pawl Miki u sħabu martri ġew iddikjarati qaddisin mill-Papa Piju IX fl-1862.Riflessjoni:“Il-martirju jxebbah lid-dixxipli mal-Imgħallem, li aċċetta l-mewt bil-ferħ għassalvazzjonitad-dinja, u b‟hekk huma jsiru bħalu fit-tixrid tad-demm. Għalhekk il-Knisja dan tqisu bħala l-akbar don u l-ogħla prova tal-imħabba. Għalkemm danmgħoti lil xi wħud biss, kulħadd għandu jkun lest li jagħti xhieda għal Kristuquddiem l-umanità, u li jimxi warajh it-triq tas-salib.”Kostituzzjoni Dogmatika tal-Knisja – Austin FlanneryMeditazzjoni ta’ S. Ġwann Battista De La Salle:“... Jekk inti tassew tħobb lil Kristu, int tagħmel minn kollox biex tiżra‟ l-imħabbaqaddisa tiegħu fil-qalb tat-tfal li inti qed tgħallem biex isiru dixxipli tiegħu, u l-għantiegħek għandu jkun li huma jaħsbu spiss fuq Ġesù ...” Med: 102.212 SIGNUM FIDEI


TALBAMulej, dawn il-folol ta‟ nies sfortunati,li l-ħajja tefgħathom f‟qagħda mwiegħra;li Inti tfejjaq bil-ħarsa, b‟dehra ta‟ ħniena infinita,aħna lkoll bħalhom.Mulej, illum ejja fejjaqnaminn din il-ħajja ta‟ qalb maqtugħa, bla tama,min-nuqqasijiet ta‟ bla mħabba,mill-fidi dgħajfa u min-nuqqas ta‟ ferħ.Ejja Mulej,itfa‟ fuqna dik il-ħarsa ta‟ missier,li sserrraħna mill-piż tat-toqolli qegħdin inġarrbu.U ġeddidna bl-ispirtu ta‟ mħabbtek,biex nerġgħu nqumu fuq saqajnau nagħtu xhieda tal-Aħbar Tajba.Br. LouisMissierna ...It-Tlieta 7 ta’ FrarSan Eġidjo Maria ta‟ San Ġużepp – ReliġjużIl-Beatu Piju IX – PapaSanta Koleta ta‟ Corbie – VerġniBeatu Anselmu Polaneo – Isqof u Martri‚Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.‛Qari:1.1Slaten 8: 22,23,27-30 Int kont għedt, Mulej : «Ismi jkun hemm!». Isma‟ t-talba li jagħmillek il-poplu tiegħek Iżrael.2. Salm 83: 3-5,10,11 Kemm hi għażiża d-dar tiegħek, Mulej tal-eżerċti!3. Mark 7: 1-13 Intom twarrbu l-kmandamenti ta‟ Alla biex tħaddnu t-tradizzjoni tal-bnedmin.SIGNUM FIDEI 13


IL-BEATU PAPA PIJU IX Dan il-Papa kellu l-itwal pontifikat fl-istorja tal-Knisja. Kien jismu GiovanniMaria Mastai Ferretti u twieled fit-13 ta‟ Mejju 1792 f‟Senigallia. Missieru xtaqu jidħol fil-gwardja Svizzera tal-Papa iżda kien rifjutat għax kienibati b‟attakki epileptiċi. Reġa‟ beda jistudja t-teologija u, meta fieq millmardali kellu, ġie ordnat saċerdot fl-1819. Fis-sena 1823 akkumpanja lid-delegat appostoliku ġewwa ċ-Ċilì. Kienmaħtur Isqof ta‟ Spoleto fl-1827, u ta‟ Imola fl-1832. Bħala arċisqof ta‟Spoleto huwa kkontrolla l-irvell kontra l-Awstrijaċi b‟attitudni ta‟ benevolenza. Kien maħtur kardinal fl-1840. Ġie magħżul Papa fl-1846 wara l-mewt tal-Papa Girgor XVI. Piju IX, li kellu reputazzjoni liberali, beda jgħix dak li kien magħruf għalih.Huwa ħabbar amnestija lill-pruġunieri politiċi u għamel ħafna riformi fl-IstatiPapali. Imma, għalkemm saru ħafna riformi, kien hemm dawk li riedu aktar.Meta l-Papa rrifjuta li jingħaqad fil-gwerra kontra l-Awstrija, tilef ħafna millpopolaritàtiegħu. Ir-radikali qatlu fl-10 ta‟ Novembru 1848, lill-prim ministrutiegħu Rossi, u tista‟ tgħid li prattikament daħlu għall-Papa, iżda fl-24 talistessxahar irnexxielu jaħrab bil-moħbi għal Gaèta. Dam eżiljat f‟din il-beltsal-4 ta‟ Settembru 1849. Fl-istess sena 1849 armata Franċiża stabbilietmill-ġdid l-awtorità tal-Papa ġewwa Ruma u fl-1850 Piju IX mill-ġdid daħal fil-Belt Eterna. Fl-1860 Cavour u Garibaldi ħatfu ħafna mill-istati tal-Papa u, fl-1870, meta l-armata Franċiża rtirat minn Ruma, daħlu l-Pjemontiżi. Piju IX għamelreżistenza simbolika u nqafel ġol-Vatikan. Issielet bla ma rnexxielu biexiħares is-setgħa temporali, garanzija tal-indipendenza spiritwali. Jekk kien sfortunat fl-isfera temporali, Piju IX wera lilu nnifsu mexxej kbir filħwejjeġspiritwali. Dan il-Papa jissejjaħ “il-Papa tal-Immakulata” għax kienhu li pproklama, nhar it-8 ta‟ Diċembru 1854, id-domma tat-Tnissil BlaTebgħa ta‟ Marija. Permezz tal-enċiklika Quanta Cura u s-“Sillabu” dan il-Papa kkundanna “ċerti erruri taż-żminijiet moderni”. Kien hu wkoll li laqqa‟ l-ewwel Konċilju Vatikan li pproklama l-infallibiltà tal-Papa meta jitkellem “excathedra” fuq fidi u morali. Papa Piju IX b‟kollox mexxa l-Knisja għal 32 sena. Huwa miet f‟Ruma fis-7ta‟ Frar 1878. Kien dikjarat beatu f‟Ruma flimkien mal-Papa Ġwanni XXIII fit-3 ta‟Settembru 2000 mill-Papa Ġwanni Pawlu II. Kien matul il-pontifikat tal-Beatu Piju IX li Għawdex ġiet iddikjarata bħaladjoċesi għaliha.14 SIGNUM FIDEI


Mill-Imitazzjoni ta’ Kristu – 2Ktieb: Kap. 8“Meta bniedem ikollu fuqu l-grazzja t‟Alla, isir jiflaħ għal kollox; imma meta jitlifha,jiftaqar u jiddgħajjef bħal wieħed li qisu qala‟ xebgħa. Imma avolja jsib ruħu f‟danl-imrar, ma għandux imbagħad jaqta‟ qalbu. „Isir minni dak li jrid Alla: kulma jiġrilinieħdu f‟ġieħ Kristu‟; għax wara x-xitwa jiġi s-sajf, wara l-lejl in-nhar, u wara l-irwiefen, il-bnazzi.”Meditazzjoni ta’ S. Ġwann Battista De La Salle:“... Jekk inti tagħti lilek innifsek għall-ħsad tal-erwieħ, għaliex għandek tibża‟ li dakli qed iħaddmek f‟dan ix-xogħol, sejjer jonqos li jagħtik l-ikel meħtieġ biex tagħmeldan ix-xogħol tiegħu? ...” Med: 67.3Missierna ...TALBAO Mulej Ġesù Kristu,inti tajtna ‟l Ommok Marijali aħna nqimu bħala l-Omm tagħnali dejjem lesta biex tgħinna;bil-qalb nitolbukli kull x‟ħin infittxu l-għajnuna ta‟ din l-Omm,jistħoqilna ngawdu l-frott tas-salvazzjoni tiegħek.Int li tgħix u ssaltangħal dejjem ta‟ dejjem,Ammen.Beatu Papa Piju IXL-Erbgħa 8 ta’ FrarSan Ġilormu EmilianiSanta Ġużeppina Bahkita – Reliġjuża‚Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.‛Qari:1. 1Slaten 10: 1-10 Is-sultana ta‟ Saba rat l-għerf kollu ta‟ Salamun.2. Salm 36: 5,6,30,31,39,40 Minn fomm il-ġust joħroġ kliem il-għerf.3. Mark 7: 14-23 Dak li joħroġ minn ġol-bniedem, dak hu li jtebba‟ lillbniedem.SIGNUM FIDEI 15


SANTA ĠUŻEPPINA BAKITHA – Reliġjuża Ġużeppina twieldet aktarx fl-1869 f’Kardofan, fis-Sudan. G]addiet it-tfulija u\-\g]o\ija tag]ha b]ala skjava – ma]qura u abbu\ata u sfruttata mill-familjali kienet ]atfitha b]ala skjava. Il-Konslu Taljan, Callisto Leganani, meta spi``a mill-kariga tieg]u b]alaKonslu g]as-Sudan, talab lill-familja biex je]odha mieg]u l-Italja (xtraha utaha l-libertà). }a ]siebha u taha edukazzjoni g]and is-Sorijiet. Hija rċeviet l-magħmudijafid-9 ta‟ Jannar 1890, meta kellha 21 sena. Hawn ħadet l-isem ta‟Ġużeppina. Bi\-\mien Ġużeppina ]asset li xtaqet tagħti ħajjitha lil Alla u għalhekk daħletreli[juza mas-Sorijiet tal-Karità ta’ Canossa. Ħadet il-voti fit-8 ta‟ Diċembru1896. G]exet ]ajjitha tagħti servizz lill-Komunità b]ala purtinara. G]amlet ]afna[id man-nies li tant kienu juruha stima u m]abba kbira. Mietet ta’ madwar 68 sena, wara attakk qawwi tal-plewrite, Viċenza, nhar it-8ta‟ Frar 1947. Kellha funeral kbir; il-poplu tal-belt ]a sehem fil-funeral bi][aru. Il-Papa Ġwann Pawlu II ddikjarha beata, fl-1988, u fis-sena tal-Ġublew,2000, saret l-ewwel qaddisa mis-Sudan. Sentejn wara isimha ddaħħal fil-Kalendarju Universali tal-Knisja.“L-ilsira fqira ġiet ħdejn is-Sinjur it-Tajjeb tagħha.”Santa Ġużeppina Bakitha – kull metakienet iżżur lil Ġesù SagramentatRiflessjoni - Il-ħajja ġdida fi Kristu :“Ladarba intom, bil-mewt tagħkom ma‟ Kristu, ħlistu mill-prinċipji tad-dinja, għalaissa, bħallikieku għadkom tgħixu għad-dinja, tintrabtu bi preċetti bħalma huma: „Latiħux dan, la dduqx din, la tmissx dak?‟ U dan kollu għall-ħwejjeġ li jiġu fix-xejn blużu:preċetti u tagħlim tal-bnedmin. Fil-wiċċ jidhru li fihom xi għerf, reliġjonvolontarja, umiltà u tgħakkis tal-ġisem; fir-realtà ma jiswew xejn ħlief biex ipaxxu l-frugħat tal-bniedem.” Kolossin 2: 20-23Meditazzjoni ta’ S. Ġwann Battista De La Salle:“... Jekk inti tixtieq tgħix ferħan, ħu pjaċir meta tkun waħdek. Aktar ma tinqata‟mill-ħwejjeġ tad-dinja, aktar tgawdi l-paċi tal-moħħ u tal-qalb. Kemm humaferħana dawk li għandhom ħsibijiethom maqtugħa mill-ħwejjeġ tal-art u għandhomkuxjenza kwieta ...” Med: 105.116 SIGNUM FIDEI


TALBAMulej nitolbok tiftħilna għajnejnabiex niżnu u napprezzaw lil kulħadd,nagħrfu dak li għandna komuniflok noqogħdu nfittxu dak li jifridna.Urina kif nagħrfu nagħżlu bejndak li huwa importantiu dak li mhux.Iftħilna qalbna u ħsibijietnabiex inkunu dejjem nies ta‟ rieda tajbau nies li nġibu ħajja u ferħ lill-oħrajn.Ammen.Bro. Nicholas HutchinsonMissierna ...Qari:1.1Slaten 11: 4-13Il-Ħamis 9 ta’ FrarSan Miguel Fibres Cordero – Frère ta‟ S. Ġw. Bta. De La SalleSanta Skolastika – Verġni‚Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.‛Ladarba ma ħaristx il-patt tiegħi, jien naħtaflek issaltna.2. Salm105: 3,4,35-37,40 Ftakar fija, Mulej, fi mħabtek għall-poplu.3. Mark 7: 24-30 Taħt il-mejda, il-ġriewi wkoll jieklu l-frak mill-ħobż tattfal.SAN MIGUEL FERBES CORDERO - Reliġjuż (1854-1910) Twieled fi Cuenca (Ekwador) u semmewh Franġisk, imma kienu jsejħuluPanchito. Minn twelidu sofra minn riġlejn deformati tant li seta‟ jagħti l-ewwelpassi waħdu meta kellu ħames snin. Imrobbi f‟ambjent tabilħaqq nisrani, nissel fih devozzjoni soda lejn il-Madonna. Fil-familja kienu kuljum jirreċitaw ir-Rużarju u jaqraw qari tajjeb, l-aktar xi ħajja ta‟ qaddis.SIGNUM FIDEI 17


Sakemm kellu disa‟ snin ħa l-edukazzjoni elementari mid-dar; imma meta l-brothers tal-Iskejjel Insara (il-Frères) fetħu skola fi Cuenca, Franġisk kienfost l-ewwel studenti. Malajr inġibed lejn l-ideal ta‟ dawk ir-reliġjużi uddeċieda li jingħaqad magħhom. Il-ġenituri tiegħu riduh aktar li jsir saċerdot, u għalhekk ġegħluh jibda jattendis-seminarju djoċesan. Franġisk għażel li jobdi u jagħmel minn kollox biexjimxi ‟l quddiem fl-istudji u fil-ħajja qaddisa. Imma l-ambjent tas-seminarjuma kienx jaqbel mal-fiżiku tiegħu u beda jħoss ta‟ sikwiet uġigħ ta‟ ras kbir,tant li r-rettur qatagħha li jibagħtu lura d-dar. Issa sab ruħu ħieles li jerġa‟jattendi l-iskola tal-Frères. Ta‟ 14-il sena (24 ta‟ Marzu 1868), bil-kunsens ta‟ ommu, għaliex missierukien imsiefer, Franġisku daħal mal-Kongregazzjoni ta‟ De La Salle, fejn bidelismu għal Miguel (l-isem Mikiel bl-Ispanjol). Wara n-novizzjat kien mibgħut fiQuito fejn għallem fl-iskejjel għal aktar minn 40 sena. Missieru ma approvaxil-vokazzjoni ta‟ ibnu, tant li dam sentejn ma jkellmux. Sa mill-bidu tal-karriera tiegħu, Miguel kien apprezzat għat-talenti tiegħu biexjgħallem il-lingwi u l-letteratura. Sa minn meta kien għadu żagħżugħ hu kitebgħadd ta‟ text-books siewja kif ukoll kotba oħra ta‟ grammatika. Imma hu l-aktar kien jentużjażma ruħu jgħallem il-katekiżmu. Minħabba din l-inklinazzjoni tiegħu ġie inkarigat biex iħejji t-tfal għall-ewwel tqarbina. Ħaħsieb dan l-inkarigu bejn l-1880-1907, meta kien mibgħut l-Ewropa. Wara li għadda ftit xhur f‟Pariġi, kien mibgħut fil-Casamadre talkongregazzjonifil-Belġju fejn il-klima kienet ta‟ ħsara għal saħħtu. Issuperjurigħalhekk bagħtuh fi Premià de Mar, qrib Barcellona (Spanja) biexjaħdem fid-dar tal-formazzjoni. Hemm Br. Miguel seta‟ jissokta l-ħidmatiegħu bħala awtur ta‟ opri didattiċi u jgħallem l-Ispanjol. Fl-1909, minħabba l-periklu imminenti kawżat mir-Rivoluzzjoni Spanjola, ilbrothersmarru f‟Barcellona. Meta għadda l-periklu, marru lura fi Premià deMar, imma issa saħħet Br. Miguel xejn ma kienet tajba. Fit-tmiem ta‟ Jannar tal-1910, ħa riħ qawwi li żviluppa f‟polmonite. Fi tlettijiem huwa miet, nhar id-9 ta‟ Frar 1910, fl-għomor ta‟ 55 sena. Fl-1936 il-fdal ta‟ Br. Miguel ittieħed fl-Ekwador u llum jinsab fid-dar tal-Kongregazzjoni fi Quito. Pawlu VI iddikjarah beatu f‟Ottubru 1977. Papa Ġwann Pawlu II niżżel ismumal-qaddisin fl-1984.Riflessjoni:“Ta‟ spiss Bro. Miguel kien ibati minn attakki ta‟ emigranja, saqajh dgħajfa kienujġegħluh ibati ħafna, u l-persuna xipli tiegħu kienet tagħmlu suġġett għall-mard.Persuna kitbet hekk lil dan il-Brother:„Nittama li Alla jagħtik is-saħħa u l-kuraġġ biex tqaddes din il-prova qarsa, ujibdilha f‟għejjun ta‟ bżonnijiet spiritwali.”18 SIGNUM FIDEI


Meditazzjoni ta’ S. Ġwann Battista De La Salle:“... Ladarba inti responsabbli biex tqaddes lill-istudenti tiegħek, inti stess għandujkollok qdusija li mhix komuni, jekk inti trid tgħaddiha lill-oħrajn, kemm bl-eżempjutajjeb tiegħek kif ukoll bil-kelma li inti tuża‟ biex tgħinhom isalvaw ruħhom ... Intitista‟ tiġi mgħejjun ħafna billi tagħmel ipenn li tagħmel meditazzjoni ta‟ kuljum ...”Med: 39.1“Dak li jikteb S.Ġwann BattistaDe La Salle lill-għalliema,japplika għall-ommijiet umissirijiet, għal uliedhom.”Br. LouisMissierna ...TALBAMissier, agħmel li t-talb u l-eżempju ta‟ San Migueljgħinuna naraw dak li hu xieraq f‟oħrajnu li jkunu ta‟ inkuraġġament.Ġeddidna fi mħabbteK u għinna ngħixu ferħana kuljumfil-preżenza tiegħeK.Għinna nsibu r-rieda tiegħeK fina,u ngħixu ħajja sempliċi fuq il-Vanġelu.Agħmel li nibdlu d-dgħjufija tagħna fil-qawwa tiegħeKu li nagħmlu użu sewwa tal-ġid u t-talenti li Inti tajtna.Nitolbu dan bi Kristu Sidna,Ammen.“Wie]ed biss huwa l-Isem li jg]odd,dak ta’ {esù Nazzarenu.”SIGNUM FIDEI 19


Il-Ġimgħa 10 ta’ FrarSan Pawl Appostlu – Patrun ta‟ Malta‚Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.‛Qari:1. Għerf 14: 3-7 Tajtu triq fil-baħar, u mogħdija żgura fost il-ħalel.2. Salm 106: 21-31 Ħa jsebbħu l-Mulej għal tjubitu.3. Atti 27:16-28 Il-Maltin ġiebu ruħhom magħna bi ħlewwa liemabħalha.jew1. 2 Korintin 11:18,24-31 Tliet darbiet rajt l-għarqa.2. Mark 16: 15-20 Marru jippriedkaw kullimkien.SOLENNITÀ TAL-APPOSTLU MISSIERNA SAN PAWL – Patrun ta‟ Malta Fl-10 ta‟ Frar il-gżejjer Maltin ifakkru l-miġja ta‟ San Pawl fostna. Din hijaġrajja ta‟ importanza ewlenija fl-istorja ta‟ pajjiżna. Huwa l-jum talmagħmudijata‟ Malta għax kienet dik iċ-ċirkustanza li fiha missirijietnasemgħu għall-ewwel darba bl-aħbar it-tajba ta‟ Sidna Ġesù Kristu, ftit sninbiss wara t-tlugħ fis-sema ta‟ Ġesù. Ir-rakkont tal-wasla ta‟ San Pawl f‟Malta jagħtihulna b‟ħafna dettalji SanLuqa, l-Evanġelista li kien sieħeb San Pawl fil-vjaġġ. Meta San Pawl kien fi vjaġġ fuq il-baħar fi triqtu lejn Ruma bħala priġunierbiex il-kawża tiegħu tinstema‟ quddiem Ċesari, Alla fil-providenza tiegħu talgħaġeb,għoġbu li dan l-Appostlu jara l-għarqa biex jiġi hawn Malta. Il-kliemli San Pawl qal lil sħabu wara li dehrlu l-anġlu meta t-tempesta kienet fleqqeltagħha: “jeħtieġ li naħbtu ma‟ gżira” (Atti 27, 26) bilfors jagħtunax‟naħsbu li Alla kellu ħsibijiet kbar fuq Malta meta riedu li f‟dawk iċċirkustanzijasal fostna l-Appostlu tal-Ġnus. San Luqa fl-Atti jsemmi l-laqgħa sabiħa li missirijietna għamlu lill-Appostlu ulil sħabu, b‟kollox 276 ruħ. Bla dubju, tul it-tlett xhur li dam fostna, San Pawlxandar it-Twemmin fi Kristu Ġesù, li kien għadu kif miet u rxoxta inqas minn30 sena qabel. Ix-xandir ta‟ Pawlu, kif ukoll il-mirakli li għamel, kellhom effett kbir fuq il-popluMalti ta‟ dak iż-żmien u aċċetta d-don tal-Fidi li, bi grazzja speċjali ta‟ Alla,baqgħet nieżla minn ġenerazzjoni għal oħra sal-ġurnata tal-lum. Hu emmnutli, kif kien soltu jagħmel San Pawl f‟kull pajjiż li jżur, huwa waqqaf il-Knisjafuq artna u anki taha, skont it-tradizzjoni, l-ewwel Isqof tagħha fil-persuna ta‟Publju, il-prinċep tal-gżira. In-nawfraġju ta‟ San Pawl hu t-titular ta‟ waħda mill-parroċċi tal-Belt Valletta,kif ukoll dik tal-Munxar ġewwa Għawdex.20 SIGNUM FIDEI


Kif kien xieraq, il-knisja f‟Malta tfakkar dan il-jum providenzjali bħala festakmandata, u għalhekk illum hemm l-obbligu tas-smigħ tal-quddies. Nitolbullum lil Alla li jagħmel li Malta żżomm sħiħ u bla mittiefes it-tagħlim li SanPawl tana bil-kliem u bl-eżempji tiegħu.‚Il-Knisja f’Malta trodd ]ajr lill-Mulej g]aliex sej]ilna mid-dlamijiet tad-dnub umid-dell tal-mewt li fihom konna qed ng]ixu, u da]]alna fid-dawl tieg]u talg]a[ebmeta bag]tilna lill-appostlu tieg]u jxandrilna l-bxara t-tajba tal-Evan[elju.‛Br. LouisRiflessjoni:“Pawlu jurina li hu jaf sew u li jridna nifhmu li l-Knisja mhux tiegħu u lanqastagħna. Il-Knisja hija l-Ġisem ta‟ Kristu, hija „l-Knisja ta‟ Alla, l-Għalqa ta‟ Alla, ilbinjata‟ Alla ... it-Tempju ta‟ Alla (1Kol 16:3-9).” „Pawlu ta‟ Tarsu‟ – Papa Benedittu XVIMeditazzjoni ta’ S. Ġwann Battista De La Salle:“... Għandek xorti kbira li inti g]araft il-verità, u li twelidt, u trawwimt fir-reli[jonnisranija. L-ewwel ]a[a li g]andek tag]mel hija li tie]u ]siebha u tippreseverha.Inti t]ossok im]e[[e[ f’din il-]a[a, b]alma kien San Pawl billi żamm r-reli[jonlhudija?‛ Med: 140.1Verb Etern,Kelma ta’ Alla tieg]i,irrid ng]addi ]ajti nisimg]ek,irrid noqg]od dejjem attentabiex nitg]allem kollox ming]andek.Beata Eli\abetta tat-Trinità - KarmelitanaMissierna ...TALBA lil S. Pawl:Appostlu tal-Mulejgħinna nkunu appostli,li naqdu lill-Knisja b‟qalb safja,inkunu xhieda tal-Verità u s-Sbuħija tagħhaf‟dan id-dlam ta‟ żminijietna.Mieghek infaħħru ‟l Alla l-Missier.Lilu, kull glorja fil-Knisja u fi Kristuissa u għal dejjem.Br. LouisSIGNUM FIDEI 21


Is-Sibt 11 ta’ FrarJum il-mordaL-Ewwel Dehra tal-Madonna ta‟ Lourdes‚Fl-Isem tal-Missier li ]alaqnital-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen‛.Qari:1.1Slaten 12: 26-32; 13: 33-34 Ġerobogħam għamel żewġ għoġġiela tad-deheb.2. Salm 105: 4a,6-7a,19-22 Ftakar fija, Mulej, fi mħabbtek għall-poplutiegħek.3. Mark 8: 1-10 Kielu u xebgħu.IL-VERĠNI MBIERKA MARIJA TA’ LOURDES (1858) Fil-11 ta‟ Frar 1858, il-Madonna dehret għall-ewwel darba lil BernadetteSoubirous f‟għar fl-irdum ta‟ Massabielle ħdejn Lourdes f‟riġlejn l-muntanjiPirinej, fi Franza. Bernadette kien għad kellha erbatax-il sena u qalet li ratmara l-aktar sabiħa, żagħżugħa, liebsa l-abjad, b‟kuruna twila mdendla ma‟driegħha. Hija sellmet lil Bernadette b‟inkin żgħir u dehret tistedinha biex titlob. Il-Madonna dehret tgħaddi ż-żibeġ tal-kuruna bejn subgħajha filwaqt liBernadette kienet tgħid ir-Rużarju. Għat-talba tal-kappillan, f‟kull dehra lis-Sinjura li kienet qed tidhrilha kienet issaqsiha x‟jisimha. Kien fil-25 ta‟ Marzu, festa tal-Annunzjazzjoni, għall-mistoqsija li Bernadettereġgħet għamlitilha dwar x‟kien jisimha, is-Sinjura għaqqdet il-palmi ta‟idejha flimkien u b‟leħen ċar wieġbet bid-djalett ta‟ Lourdes: “Jiena l-Immakulata Konċizzjoni.” Id-domma tat-Tnissil Bla Tebgħa ta‟ Marija kienet ġiet definita mill-Papa PijuIX inqas minn erba‟ snin qabel. It-tmintax u l-aħħar dehra saret nhar il-festatal-Madonna tal-Karmnu, fis-16 ta‟ Lulju 1858. Matul dawn id-dehriet il-Madonna talbet lil Bernardette biex titlob għallmidinbin,biex tagħmel penitenza, biex isiru proċessjonijiet hemmhekk u biextinbena kappella. Id-dehriet ħallew impressjoni qawwija fuq Bernadette. Meta darba neputijatagħha staqsietha: “Zi, hija xejn sabiħa l-Madonna?”, Bernadette weġbitha:“Hija tant sabiħa li, min jaraha darba, jkollu seba‟ mitt sena sa jmut biex majitlifha qatt iktar!” Illum Lourdes huwa wieħed mill-aktar santwarji Marjani li jżuruh nies, fejn l-għadd ta‟ mirakli kbar li saru, ġeneralment waqt il-Purċissjoni bis-Sagrament,huma monument ħaj tal-interess kbir li Marija għandha fina l-bnedminmifdijin bid-Demm ta‟ Binha. Mill-1992 il-Papa Ġwann Pawlu II iddikjara l-11 ta‟ Frar Jum Internazzjonalital-Morda.22 SIGNUM FIDEI


Riflessjoni:“Flimkien ma‟ Marija Omm Kristu, li kienet ħdejn is-Salib, ejjew aħna nieqfuquddiem is-slaleb tal-bnedmin illum‟. Hekk Lourdes huwa wieħed mill-akbarsantwarju Marjan maħbub mill-Insara, huwa l-post u fl-istess ħin is-simbolu tattamau grazzja, bħala sinjal ta‟ aċċettazzjoni tat-tbatija offruta għas-salvazzjoni.”Beatu Papa ĠwannPawlu II – Vatikan 13 ta‟ Mejju 1992Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:“...Dak li għandu aktar jsaħħaħna f‟devozzjoni kbira lejn Marija, huwa l-benefiċċjuli nakkwistaw minn għandha...” Med: 151.2“Mulej, ma nitolbokx li qatt ma nkunimnikkta, jew miġugħa, imma li Inti qattma tabbandunani fin-niket u l-uġiegħ”.Santa Bernardetta SoubirousMissierna...TALBANitolbu għall-mordaMulej tal-ħajja,aqbad idejn il-morda kollhau għinhom f‟din il-prova,sabbarhom fit-tbatija u fl-uġiegħseddaq fuqhom il-ferħbħala rigal għat-tbatija li qed iħaddnu.Agħtihom il-grazzja li t-talb tagħhomu l-aċċettazzjoni tat-tbatijaikun għajn ta‟ vokazzjonijiet ġoddafil-KnisjaAmmen.Beatu Papa Ġwanni Pawlu IISIGNUM FIDEI 23


Il-Ħadd 12 ta’ FrarIs-6 Ħadd ta‟ matul is-Sena‚Fl-Isem tal-Missier li ]alaqnital-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen‛.Qari:1. Levitiku 13; 1,2,44-46 Joqgħod għalih waħdu u jgħammar ‟il bogħod min-nies.2. Salm 31: 1,2,5,11 Int kenn għalija, iddawwarni u tferraħni bil-ħelsientiegħek.3. 1Korintin 10:31-11:1 Ixbħu lili, bħalma jien nixbaħ lil Kristu.4. Mark 1: 40-45 Il-ġdiem marlu u ġismu ndaf.Riflessjoni fuq il-Vanġelu:Il-[rajja tal-fejqan tal-lebbru\ titfg]alna dawl kbir fuq il-persuna u l-missjoni ta’{esu. F’dak i\-\mien bil-li[i tal-Kittieba u l-Fari\ej, in-nies kienu maqsuma –‚safjin‛ u ‚imni[[sin‛. Kien hemm ]afna regoli dettaljati ta’ x’wie]ed g]andujag]mel u ma jag]milx biex i\omm ru]u pur jew safi. Li jkollok a``ess g]al Allakien jiddependi mill-Qassisin tat-tempju.Il-mod radikali ta’ kif ‚Resaq fuq {esu wie]ed im[iddem, jitolbu bil-]erqa,‛minkejja li kien jaf li l-Li[i ma tippermettilux li jersaq lejn xi ]add; jurina kif hu kienjaf li l-]elsien u l-fejqan setg]u ji[u biss minn {esu; ‚Jekk trid, tista’ tfejjaqni‛.{esu j]ossu ‚mqanqal mill-]niena‛. Jidde`iedi li jikser il-Li[i, ‚medd idu fuqu,messu u qallu: ‘Irrid, kun imnaddaf’.‛ Li tfejjaq wie]ed lebbru\ kien daqs li kiekurxuxtajtu mill-mewt. ‚u minnufih il-[diem marlu u [ismu ndaf‛.{esu jwiddbu biex ma jg]id lil ]add imma jmur jag]ti xhieda li huwa {esu lijfejjaq mhux il-li[i u r-reli[jon tat-tempju. {esu ]a post il-lebbru\ skont kif kienettistipula l-li[i, {esu huwa dak li jwarrab is-sistemi li jwarrbu u jeskludu. Hu stessimur jaqsam ]ajtu mal-imwarrbin.Il-fejqan ikun s]i] meta jmiss il-fond tal-qlub tag]na, dan ma jse]]x blg]ajjatjew b’xi [esti goffi, imma fis-skiet ta’ qalbna. Hemmhekk fis-skiet ni[uf’kuntatt mal-Ispirtu ta’ Kristu u n]alluh ‚imissna‛ biex ifejjaqna minn [ewwa ujg]arrafna tassew min hu.G]andna nkunu lesti li nilqg]u l-imwarrbin tas-so`jeta’ ta’ \mienna u ng]inubiex in]affulhom is-slaleb tag]hom biex jer[g]u jintegraw ru]hom fis-so`jeta.Mill-Imitazzjoni ta’ Kristu – 2Ktieb : Kap 12“Jekk bla tgemgim terfa‟ salibek, salibek jerfa‟ lilek, u jwasslek fejn tixtieq tasal,jiġifieri fejn it-tbatija tispiċċa; dik it-tbatija li fid-dinja ma setgħet qatt taqta‟. Immajekk terfgħu fuq il-qalb, jiġrilek li tħoss aktar it-toqol tiegħu: u l-kbira hi, li jeħtieġlekbil-fors terfgħu. Jekk tneħħi salib minn fuqek, inti żgur terġa‟ ssib ieħor, u aktarxitqal”.24 SIGNUM FIDEI


Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:‚...Kun konvint, li Alla lest li ma jirrifjuta xejn minn dak li inti titolbu, bil-fidi qawwija,fit-tjieba Tiegħu...” Med: 38.2Missierna...TALBAAlla ta‟ kull tjieba,tħalli xejn ibegħedek minna,aħna li ġejna salvatibil-mewt u l-qawmien ta‟ Ibnek.Qawwina fil-fidi,ħalli npoġġu il-fiduċja tagħnafl-imħabba Tiegħek lejnaf‟kull ċirkustanza.Bi Kristu SidnaAmmen.It-Tnejn 13 ta’ FrarBeatu Ġordan tas-Sassonja – PresbiteruBeata Kristina minn Spoleto – Lajka Agostinjana‚Fl-Isem tal-Missier li ]alaqnital-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen‛.Qari:1. Ġakbu 1: 1-11 It-tiġrib tal-fidi tagħkom inissel is-sabar.2. Salm 118: 67,68,71,72,75,76 Tiġi fuqi tjubitek, biex ikolli l-ħajja.3. Mark 8: 11-13 Għalfejn irid sinjal dan in-nisel?BEATU ĠORDAN TAS-SASSONJA - Presbiteru (1175/1185-1237) Twieled f‟Burberg, fil-Ġermanja, lejn tmiem is-seklu tnax. Ħa l-libsa tal-Ordni Dumnikan fil-kunvent ta‟ Pariġi fit-12 ta‟ Frar 1220 minnidejn il-Beatu Reġinaldu. Ġordan kien ħabib kbir tal-Fundatur San Duminku Ġordan kien l-ewwel wieħed li ngħażel Superjur Ġenerali bħala suċċessurta‟ San Duminku biex imexxi l-Ordni tal-Predikaturi.SIGNUM FIDEI 25


Għal ħmistax-il sena Ġordan mexxa bi ħlewwa u tjieba kbira ż-żewġ fergħattal-Ordni (patrijiet u sorijiet) iħeġġiġhom bil-kelma u l-eżempju tiegħu,jiktbilhom, iżurhom ta‟ sikwit, u jirranġa l-kostituzzjonijiet. Ġordan kellu mħabba kbira lejn il-Verġni Mbierka u għall-ġieħ tagħha ordnal-kant tas-Salve Regina wara l-kompieta. Il-Beatu Ġordan miet b‟diżgrazzja fl-età ta‟ madwar 37 sena, meta sab l-għarqa huwa u rieġa‟ lura bil-baħar minn żjara fil-Provinċja tal-Art Imqaddsa.Kien it-13 ta‟ Frar 1237. Il-Papa Piju XII wettaq il-qima lejh fl-10 ta‟ Mejju 1826.Riflessjoni:“Kif nistgħu ma ngħarfux, li biex nistqarru l-fidi Nisranija, jitlob l-erojiżmu tal-martrita‟ żmienna, f‟kull parti tad-dinja? Hekk ukoll kif nistgħu ma ngħidux li kullimkien,anke fejn ma hemmx persekuzzjoni, hemm prezz għoli x‟jitħallas biex tgħix il-Vanġelu l-ħin kollu.Papa Benedittu XVI“Il-Kattoliċi għandhom ikunulesti li jsoffru l-Martirju fis-Soċjeta Sekulariżżata”Papa Benedittu XVINota – Mill-Istorja tal-Istitut :Bħallum, 13 ta‟ Frar 1982, Brother James Miller, f‟eta ta‟ 38 sena, ġie assasinat fil-Gwatemala, fejn kien jaħdem. Waqt li kienu ser jisparawlu, Br. James kien pront umbotta tifel li kien hemm ħdejh, biex dan ma jiġix milqut.Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:“...Iż-żelu tiegħek għandu jkun hekk imħeġġeġ, li saħansitra int tasal biex tagħtiħajtek, li tant hi għażiża għalik, għal dawk it-tfal li ġew fdati f‟idejk...” Mtr : 6:2Missierna…TALBAMissier tas-Sema,l-Iben Tiegħek mar qabilnabiex ilesti post għalina.Għinna biex fil-ħajja tagħnafuq din l-artaħna nimxu warajH,biex b‟hekk ningħaqdu Miegħekfis-Saltna Tiegħek tas-Sema.Dan nitolbuhbi Kristu Sidna.Ammen.26 SIGNUM FIDEI


It-Tlieta 14 ta’ FrarSan Metodju u San Ċirillu – Patruni tal-EwropaSan Valentino – Presbiteru - Martri‚Fl-Isem tal-Missier li ]alaqnital-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen‛.Qari:1. Atti 13: 46-49 Aħna se nduru għal fuq il-pagani2. Salm 116: 1,2 Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-tajba.3. Luqa 10: 1-9 Il-ħsad kbir, imma l-ħaddiema ftit.SAN ĊIRILLU U SAN METODJU - (827-868) u (826-840) Dawn iż-żewġ qaddisin, Appostli tas-Slavi u Patruni tal-Ewropa, huma l-uniċiżewġ qaddisin aħwa, minbarra l-appostli, li għandhom post għalihom filkalendarjuuniversali Ruman. Huma mhux biss għallmu lis-Slavi imma humawkoll awturi tal-liturġija tagħhom. Huma kienu Griegi mit-Tessalonika u kienu jafu jitkellmu bl-ilsien Slavoniku.Dawn ġew mibgħuta mill-imperatur ta‟ Kostantinopli u mill-patrijarka Fozju fil-Moravja bħala missjunarji. Ċirillu kien qassis b‟fama ta‟ filosfu msemmi.Metodju kien raħeb. Qabel marru fil-Moravja huma sawru alfabet Slavoniku u ittraduċew il-Vanġeli. Ix-xogħol tagħhom fil-Moravja mar ‟il quddiem, in-nies riedu isqof ugħalhekk marret delegazzjoni Ruma biex titlob dan. Hemmhekk Ċirillu daħalraħeb f‟monasteru Grieg u miet ħamsin jum wara. Metodju ġie ordnat qassis u mibgħut bħala legat tal-Papa għas-Slavi kollha.Wara ftit xhur huwa reġa‟ mar Ruma u ġie magħmul arċisqof ta‟ Sirmium(illum post fl-ex-Jugoslavja) b‟ġurisdizzjoni fuq il-Pannonia u l-Moravja kollhau suġġett direttament lejn is-Santa Sede. Billi d-Duka tal-Moravja kienjipreferi l-liturġija Latina, San Metodju ġie akkużat fil-falz, għamel żmien fleżiljuu kien anke mitfugħ il-ħabs. Il-Papa rnexxielu jeħilsu mill-ħabs u millakkużifoloz, u reġa‟ kkonferma d-dritt tal-liturġija bl-ilsien tal-post. San Metodju għadda l-aħħar sittax-il sena bħala isqof jittraduċi l-bqija tal-Bibbja fl-ilsien Slavoniku u jsawwar kodiċi ta‟ liġijiet tal-Knisja. Il-Papa Ġwanni Pawlu II iddikjara lil S. Ċirillu u S. Metodju bħala ko-patrunital-Ewropa (flimkien ma‟ S. Benedittu) bl-Ittra Apostolika “Egregi Virtutis” (31ta‟ Diċembru 1980).SIGNUM FIDEI 27


Riflessjoni:“L-14 ta‟ Frar norbtuh ħafna drabi mal-festa ta‟ San Valentinu. Ma nafux minnkien dan Valentinu imma xi leġġendi jgħidu li kien Isqof fi żmien l-Imperu Ruman,meta ħarġet liġi li s-suldati Rumani mhux permess li jiżżewġu, għax jekk ikunumiżżewġa, ma jiġġieldux sewwa.Jingħad li l-Isqof Valentinu kien iżewweġ dawn is-suldati bil-moħbi għax ma kienxjemmen f‟din il-liġi. Ġara li l-Imperatur sar jaf u bgħatu l-ħabs, fejn miet fl-14 ta‟Frar.Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:“...Kun żgur li jien mhux ser nonqos milli nitlob l‟Alla għalik...”Ittra lil Br.Gabriel Drolin f‟Ruma – minn Pariġi : 14 ta‟ Frar 1710Missierna...TALBAMissier, naqraw fil-Vanġeluli Lilek l-aħjar li niddiskrivuKhu bil-kelma ‘Mħabba’.L-imħabba tiegħek lejn il-bniedemtant kienet kbira li saħansitra bagħatt lil Ibnek Ġesùbiex jgħix bħala wieħed minna.Nitolbuk biex aħna napprezzaw u ngħożżulil xulxin.Alla ta‟ mħabbagħinna nikbru fl-imħabba.Ammen.Br.Nicholas HutchinsonL-Erbgħa 15 ta’ FrarSan Klawdju de la Colombiere – presbiteru‚Fl-Isem tal-Missier li ]alaqnital-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen‛.Qari:1. Ġakbu 1: 19-27 Kunu intom dawk li jagħmlu l-kelma, u mhux tisimgħuha biss.2. Salm 14 : 2-5 Mulej, min igħammar fid-dar tiegħek ?3. Mark 8 : 22-26 L-agħma kien imfejjaq, u beda jara kollox tajjeb mill-bogħodukoll.28 SIGNUM FIDEI


SAN KLAWDJU LA COLOMBIÈRE SAĊERDOT (1641-1682) San Klawdju La Colombière nistgħu nsejħulu l-Appostlu tal-Qalb ta‟ Ġesùflimkien ma‟ Santa Margerita M. Alacoque li tagħha kien direttur spiritwali. Klawdju twieled ftit ‟il bogħod minn Lyon (Franza) fl-1641. It-tifel kiber flgħożżata‟ familja tassew nisranija. Kmieni bagħtuh jistudja f‟kulleġġ tal-Ġiżwiti. Ta‟ 17-il sena ngħaqad mal-Kumpanija ta‟ Ġesù. Ġie ordnat saċerdot f‟Pariġita‟ 28 sena fl-1669. Għallem fi skola tal-Ġiżwiti u kien predikatur f‟Lyon. Ta‟ 33 sena ħa l-voti solenni u, xahrejn wara, fi Frar 1675, sar superjur ta‟komunità żgħira f‟Paray-le-Monial. B‟kollox dam hemm 18-il xahar biss, iżdadan kien żmien biżżejjed biex jagħti lil Santa Margarita Marija Alacoque,f‟kunvent tal-Viżitazzjoni fil-qrib, id-direzzjoni spiritwali u l-inkoraġġiment likellha bżonn. Hu l-aktar li jibqa‟ mfakkar għal din il-missjoni tiegħu li sawretit-tifsira ta‟ ħajtu. F‟Ottubru 1676 kien mibgħut Londra bħala predikatur tal-qorti ta‟ MariaBeatrice d‟Este, mart Ġakbu d-Duka ta‟ York li ‟l quddiem sar ir-Re Ġakbu II.Hawn beda jxerred kemm jista‟ d-devozzjoni lejn il-Qalb ta‟ Ġesù. Jibqa‟msemmi għall-fiduċja sħiħa li kellu f‟Alla anki meta l-affarijiet ma kenux jidhrusejrin tajjeb. Diversi talbiet tiegħu jippruvaw tajjeb dan. Wara sentejn f‟Londra, Klawdju kien akkużat falsament li kien qed jippriedkakontra Charles II, u l-Parlament (magħmul minn Protestanti) f‟Novembru1678 tefgħu lil Klawdju l-ħabs. Minkejja li ma nstabx ħati tal-akkużi li nġiebukontrieh, hu xorta waħda kien imkeċċi mill-Ingilterra u ordnat jirritorna fiFranza, saħħtu mkissra għall-aħħar. Sas-sena 1681 il-qaddis kien id-direttur tal-istudenti Ġiżwiti f‟Lyon. Imbagħadkien mibgħut mill-ġdid f‟Paray-le-Monial fejn saħħtu tant marret lura li mietnhar il-15 ta‟ Frar 1682, ta‟ 41 sena. Klawdju La Colombière kien dikjarat beatu minn Piju XI fis-16 ta‟ Ġunju1928, u Ġwann Pawlu II iddikjarah qaddis f‟April 1992.Riflessjoni :‚..L-aktar rimedju \gur u effika`i biex innaqsu l-imperfezzjonijiet u l-[ibdiet ]\ienabiex nikkomettu \balji akbar huwa l-Ewkaristija‛Il-Kelma t’Alla – {esu’ biss jfhemilna! }add u xejn aktar minn {esu’.Br.LouisMeditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:“...Fl-imġieba ta‟ persuna, għandu dejjem ikun hemm il-kalma li tolqtok bil-kobortagħha. Għalkemm għandek tieħu ħsieb li xejn minn dan m‟għandu jgħati l-idejata‟ suppervja jew arroganza tal-ispirtu, għax attitudni bħal din iddejjaq lil kulħadd.Hija s-sempliċi modestja u l-għerf li għandek miġbur bħala nisrani, li għandek turifl-imġieba tiegħe...”Rules of Christian Decorum and Civility – 1703 – 1Parti : Kap 1SIGNUM FIDEI 29


Missierna…TALBAMulej, jien qiegħed fid-dinja biex nuri l-ħniena tiegħeKwaqt li xi nies jigglorifikawkbilli juru l-qawwa tal-grazzja Tiegħek,bil-fedelta dejjiema lejK.Jiena nigglorifikakbilli nuri kemm Inti ħanin lejn il-midimbin.Nuri li l-ħniena Tiegħek hija bla tarf,u li ebda midneb, kbira kemm hi kbira l-offiża,m‟għandu jaqta‟ qalbu mill-maħfra.Jekk jien inqastek seww, Redentur tiegħi,tħallinix noffendik iżjedbilli naħseb li m‟għandekxħniena biżżejjed biex taħfirli.Ammen.San KlawdjuIl-Ħamis 16 ta’ FrarBeatu Xmun ta‟ Cassia – PresbiteruSan Oneżimu – Martri l-1 SekluBeatu Ġużeppi Allamano – Saċerdot 1851-1926San Ġuventinu u San Massiminu – Martri († 363)‚Fl-Isem tal-Missier li ]alaqnital-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen‛.Qari:1. Ġakbu 2: 1-9 Mhux Alla kien li għażel lill-foqra? Imma intom lill-fqir inqastuhmill-ġieħ2. Salm 33 : 2-7 Dan il-fqajjar sejjaħ u l-Mulej semgħu.3. Mark 8: 27-33 Inti l-Messija. ... Bin il-bniedem ibati ħafna.BEATU ĠUŻEPPI ALLAMANO - Saċerdot (1851- 1926) Dan il-Beatu hu l-Fundatur tal-Missjunarji tal-Consolata. Hu twieledf‟Castelnuovo d‟Asti fil-21 ta‟ Jannar 1851, ir-raba‟ minn ħames ulied.Ommu kienet oħt San Ġużeppi Cafasso (Festa 23 ta‟ Ġunju). Missieru mietmeta hu kellu tliet snin. Studja fl-Oratorju ta‟ San Ġwann Bosco f‟Valdocco, udan il-qaddis kien wieħed mid-diretturi spiritwali tiegħu. Hu daħal is-seminarju djoċesan ta‟ Torin f‟Jannar 1866 u kien ordnatsaċerdot ta‟ 22 sena, fl-20 ta‟ Settembru 1873. Seba‟ snin wara (fit-2 ta‟30 SIGNUM FIDEI


Ottubru 1880) kien maħtur ir-rettur tas-santwarju tal-Madonna Consolataf‟Torin, li ġiebu ħafna ‟l quddiem u għamlu għajn ta‟ tiġdid spiritwali għaddjoċesikollha. Hu kien ukoll jgħallem it-teoloġija fis-seminarju. Fl-1889 insibuh Ruma fejn mar jassisti għall-beatifikazzjoni ta‟ zijuh DonCafasso. Waqt li kien hemm, iltaqa‟ ma‟ missjunarju Taljan jaħdem fiċ-Ċina,Padre Bonzano, li ħajjar lil Allamano jwaqqaf istitut missjunarju ġdid. Danseħħ fid-29 ta‟ Jannar 1901. u li ssemma għall-Consolata. Fl-1902 l-Istitut tal-Consolata bagħat l-ewwel żewġ missjunarji tiegħu lejn il-Kenja. Tmien snin wara saret vigarjat u wieħed miż-żewġ saċerdoti nħatarIsqof. Fuq il-parir tal-Papa San Piju X, Padre Ġużeppi Allamano fl-1910waqqaf ukoll istitut ieħor ta‟ Sorijiet tal-Consolata. Malajr, il-membri taż-żewġistituti żdiedu sewwa u nfetħu missjonijiet ġodda fl-Afrika tal-Lvant. Don Allamano kien bniedem paċenzjuż u dejjem lest biex jgħin lil min jitolbul-għajnuna. Kien jinsisti ħafna mal-missjunarji tiegħu li, qabel kollox, kellhomikunu ta‟ ħajja qaddisa biex ikunu jistgħu jqaddsu lil oħrajn. Riedhom ukoll lijistudjaw l-użanzi u l-kultura tal-pajjiżi li jmorru jaħdmu fihom. Ħabrek ħafna lijkollhom katekisti tajbin u vokazzjonijiet minn fost in-nies tal-pajjiż. Huwa kien grat ħafna lejn il-benefatturi tal-Istituti tiegħu, u speċjalment lejnil-ġenituri tal-missjunarji li mhux biss taw minn ġidhom imma lil uliedhomstess għall-missjoni. Dun Ġużepp Allamano miet fis-16 ta‟ Frar 1926 meta kellu 75 sena. Kiendikjarat beati mill-Papa B. Ġwanni Pawlu II fis-7 ta‟ Ottubru 1990.Riflessjoni:‚{esu’ qal : ‘}obb il-proxxmu tieg]ek b]alek innifsek’ Mat.22: 19Darba wa]da fil-g]axija waqt ir-‘Rush Hour’ wie]ed ra[el kien g]addej ji[ri biexjid]ol fil-kju. F’daqqa wa]da, mara qawwija mhux ħażin, nbuttatu u marret qablufil-kju u kwa\i waqg]etu. B’mod ironiku r-ra[el qallha ‘Sku\ani sinjura ma kelli l-ebda ]sieb li nid]ol fik b’dak il-mod’. Il-mara we[bitu ‘Skużani sinjur. Kif tista’ tkunhekk [entili , wara dak li g]amiltlek?’Imbag]ad ir-ra[el g]al darb’o]ra, g]ax il-mara ]asbitu li kien sin`ier; ipprova jsibxi ]a[a o]ra biex isewwi s-sitwazzjoni: ‘Mhix xi ]a[a li twe[[a’ li turi korte\ijaman-nies’.Meta kien sejjer lejn id-dar ]assu mbarazzat bil-mod kif tkellem u bl-umilta’ kollhau b’sin`erità kbira talab ‘Mulej xi trid tg]idli b’dan li ġara?’ U l-Mulej irrispondieh:‘Qed nipprova ng]idlek dak li ili nipprova ng]id lin-nies g]al sekli s]a]:-L-im]abba tqanqal reazzjoni ta’ katina ta’ m]abba , b]alma l-mibg]eda tqanqalreazzjoni ta’ ‘katina ta’ mibg]eda’.Jien x’reazzjonijiet iqanqluni fil-]ajja tieg]i?Tag]lima: }add m’g]andu aktar b\onn ta’ m]abba, jekk mhux dak li ma jist]oqluxl-Im]abba!Br.LouisSIGNUM FIDEI 31


Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:“...Alla għażlek biex tkun xhiedha Tiegħu mal-oħrajn...” Med: 146.2Missierna...TALBAGħażiż Missier,Inti tixtieq titma‟, tlibbes u tgħati l-kennlil uliedek kollha!Ikollok maħfra għal dak li fid-dnubfittex biex jitma‟ u jgħajjexfuq spejjeż ta‟ dawk fil-bżonn.Mulej, nitolbok, bil-ġenerosità Tiegħekħu ħsieb lil dawn kollha.Bi Kristu SidnaAmmen.Il-Ġimgħa 17 ta’ FrarIs-Seba‟ Fundaturi tal-Ordni tas-Serviti ta‟ Marija – Tifkira (abjad)‚Fl-Isem tal-Missier li ]alaqnital-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen‛.Qari:1. Ġakbu 2: 14-24.26 Bħalma l-ġisem mingħajr ruħ hu mejjet, hekk ukoll himejta l-fidi mingħajr għemil.2. Salm 111: 1-6 Hieni l-bniedem li jitgħaxxaq bil-kmandamenti tal-Mulej.3. Mark 8: 34 - ; 9: 1 Min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi u tal-Evanġelju,isalvaha.SEBA’ QADDISIN FUNDATURI TAS-SERVI TA’ MARIJA (Seklu XII) Dawn il-qaddisin kienu negozjanti tad-drapp f‟Firenze li, għal ħabta tas-sena1233, waqt li belthom kienet għaddejja minn żmien ta‟ ġlied imdemmi bejn l-aħwa, ħallew il-familji tagħhom u ġidhom u bdew jgħixu ħajja ta‟ faqar fiddistrettta‟ Cafaggio.32 SIGNUM FIDEI


Huma libsu l-abitu griż tal-Aħwa tal-Penitenza, konfraternità ta‟ lajċi li tagħhakienu membri, u ddedikaw ruħhom għat-talb, penitenzi u għemejjel ta‟ħniena. Wara ftit taż-żmien, xi wħud minnhom bdew jgħixu ħajja waħedhom fuq il-Muntanja Senario, xi dsatax-il kilometru bogħod minn Firenze. Meta d-Dumnikan Qaddis Pietru ta‟ Verona, ippriedka f‟Firenze matul l-Avvent u r-Randan tas-snin 1244-45, is-seba‟ sħab għenuh jorganizza s-Soċjetà ta‟Marija, għaqda ta‟ lajċi, filwaqt li hu għen lill-Aħwa biex jifformaw komunitàreliġjuża waħda li tinkludi kemm l-eremiti fuq il-muntanja Senario kif ukoll ilgruppta‟ appostolat f‟Cafaggio. Huma sejħu lilhom infushom “Servi ta‟ Marija” għax kien hemm kappella tal-Madonna fiż-żewġ postijiet. Dawn is-Serviti adottaw ir-regola ta‟ S. Wistin uħadu l-abitu iswed b‟devozzjoni lejn id-Duluri tal-Madonna. Is-seba‟ fundaturi kienu dawn: Bonfiglio (gwida tal-grupp lajk u wara prijurtal-komunità ġdida); Bonagiunta, (prijur bejn l-1256 u l-1257); Manetto (liwaqqaf l-ewwel fundazzjonijiet fi Franza); Amadio (ir-ruħ tal-grupp);Sostegno u Uguccione (ħbieb magħhom); u Alessju (ziju ta‟ Santa Ġuljana).Jinsabu kollha midfunin flimkien f‟Monte Senario,fuq l-artal li sar mill-Kardinal Alessio Enrico Maria Lepicier, ta‟ l-istess Ordni, li kien żar Malta uG]awdex u nkuruna l-Madonna ta‟ Pinu bħala Legat tal-Papa fl-1935. Dawn is-Seba‟ Fundaturi tas-Servi ta‟ Marija ġew ikanonizzati flimkien fl-1888 mill-Papa Ljun XIII.Riflessjoni:‚Jekk il-fidi tal-bniedem hija dg]ajfa, lil Alla jarah b]ala g]ajnuna u jmur g]andubil-problemi \g]ar tieg]u. X’aktarx li jaraha bi tqila li j]alli ’l Alla jag]mel Huf’kollox.Pero aktar ma jemmen u aktar ma jankra lilu nnifsu fit-tama u l-im]abba, aktar ittalbtieg]u jsir impersonali, mhux g]ax ikun tilef l-interess f’]ajtu stess, imma g]axi]oss li jrid jg]ixha g]as-servizz ta’ Alla.‛Adrienne Von Speyr - Mietet fl-1967. (Tabiba u kittieba fuq il-mistiċiżmu. Kellha l-istigmi.)Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:‚. . . Toqg]odx ta]seb li Alla abbandunak meta jibg]atlek it-tentazzjonijiet. Anzig]all-kuntrarju, din hija wa]da mill-provi li jista’ jkollok li Alla qed juri interessspe`jali tas-salvazzjoni tieg]ek, ladarba qed jibg]atlek opportunitajiet biex t]arre[lilek innifsek fil-]ajja tal-virtu, u b’hekk inti tissa]]a] fiha. . .‛ Med. 17.3SIGNUM FIDEI 33


Missierna...TALBAMulej Ġesù,hekk kif messejtl-għajnejn tar-raġel agħma,miss lilnabiex għajnejna jinfetħuħalli nkunu nistgħu narawdawk il-ħwejjeġ sbieħ li hawn madwarnakif ukoll fil-ħajja tagħna.Ammen.Br.Nicholas HutchinsonIl-Sibt 18 ta’ FrarBeatu Ġwann ta‟ Fiesole (Beatu Anġeliku) – Presbiteru‚Fl-Isem tal-Missier li ]alaqnital-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen‛.Qari:1. Ġakbu 3: 1-10 Ħadd ma għandu ħila jimmansa l-ilsien.2. Salm 11: 2-5,7-8 Int, Mulej, tieħu ħsiebna.3. Mark 9: 2-13 Tbiddel quddiemhom.BEATU ĠWANNI TA’ FIESOLE - Saċerdot Duminikan (1387-1455) Kien jismu Guidolino di Pietro, u twieled f‟Vicchiodi Mugello, fl-Italja. Sa minnżogħżitu hu tgħallem is-sengħa ta‟ pittur f‟Firenze. Madwar l-1420 flimkien ma‟ ħuh Benedetto ingħaqad mad-Dumnikani filkunventta‟ Fiesole, u ħa l-isem ta‟ Fra Ġwann ta‟ Fiesole. Huwa kienbniedem sempliċi u twajjeb, fqir u umli. Wara li ordna saċerdot issokta jpitter. Hu kien tipikament Dumnikan: jgħaddilill-oħrajn il-frott tal-kontemplazzjoni tiegħu, għax fi kwadri mill-isbaħ pinġa l-misteri tas-sema li huwa kien jikkontempla fit-talb u fl-istudju tal-KotbaMqaddsa. Ix-xogħlijiet tiegħu għadhom sa llum jgħaxxqu lil kulħadd fi Fiesole, Firenze,Orvieto u fil-Vatikan. Bħala xhieda tal-virtujiet u tal-arti tiegħu kulħadd kienisejjaħlu l-“Beatu Anġeliku” u b‟dan l-isem hu magħruf bħala wieħed millaqwapitturi reliġjużi ta‟ kull żmien.34 SIGNUM FIDEI


Jingħad fuqu li qatt ma beda jpitter bla ma qabel ikun talab, u qatt ma kienipitter kurċifiss bla mad-dmugħ kien iġelben minn għajnejh. Mewtu ġrat fit-18 ta‟ Frar 1455, fil-kunvent ta‟ Sidtna Marija fuq il-Minerva, ul-fdalijiet tiegħu jinsabu fil-knisja ta‟ dan l-istess kunvent. Il-Beatu Papa Ġwann Pawlu II fit-3 ta‟ Ottubru tal-1982, ikkonferma l-qimalejn il-Beatu Ġwanni ta‟ Fiesole u aktar tard ħatru patrun tal-artisti.Riflessjoni:Fra Anġeliku kien pittur devot u metikolus ħafna. Is-serenità li wieħed jara fl-artitiegħu tirrifletti l-ħajja tiegħu. Huwa kien jgħid, li jekk xi ħadd irid jipprattika l-artigħandu jgħix ħajja kwieta u bla ma jinkwieta żejjed. Kien jgħid ukoll, li dak ilbniedemli jintriga ruħu biex iressaq l-affarijiet fuq Kristu, għandu jgħix ma‟ Kristu.Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:“...Tkellem dejjem bil-mod, waqt li toqgħod attent tiegħek innifsek biex turi modrijalejn l-oħrajn...” Rules of Christian Decorum and Civility – 1703 – 1 Parti : Kap 9Missierna...TALBAO Alla, kollok ħniena u mgħodrija,bil-mewt u l-qawmien ta‟ Ibnek Ġesù KristuInt salvajt lid-dinja.Ikollok ħniena minna metaaħna nonqsu li ngħixu l-ħajja ġdida li Inti tgħajtna;erfana meta d-dnubiet tagħnajġiebulna qtiegħ ta‟ qalb;agħtina l-kuraġġ u ġedded ix-xewqa tagħnabiex ngħixu skont ir-rieda Tiegħek,bi Kristu SidnaAmmen.Kollox huwa possibli għaldak li għandu l-fidi.Br.LouisSIGNUM FIDEI 35


Il-Ħadd 19 ta’ FrarIs-7 Ħadd ta‟ matul is-Sena‚Fl-Isem tal-Missier li ]alaqnital-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen‛.Qari:1. Isaija 43: 18,19,21,22,24,25 Jiena ħassart dnubietek.2. Salm 40: 2-5,13,14 Fejjaqni għax dnibt kontra tiegħek.3. 2Korintin 1: 18-22 Ġesù ma kienx Iva u Le; fih kien hemm l-Ivaweħidha.4. Mark 2: 1-12 Bin il-bniedem għandu s-setgħa jaħfer iddnubietfuq l-art.Riflessjoni fuq il-Vanġelu: Hija ħaġa ħafifa li wieħed jgħid li jemmen f‟Alla, imma li ngħidu li nemmnu liAlla qiegħed jikkontrolla kollox insuba, ħafna drabi, diffiċli. Xi kultant bilkemm ma naslux biex nażżardaw ngħidu, jew nemmnu, li majafx x‟inhu jagħmel. Dan hu li Alla qed jitlob minna. Li nintelqu kompletament f‟Idejh u nemmnub‟għajnejna magħluqa. Il-Fidi nħossuha ħaġa sabiħa u ma nsibuhiex bi tqila biex ngħidu dan. Peronuru li nemmnu mhux bi kliemna biss, iżda bix-xhiedha tal-Fidi fis-siegħa talprova. Ġesù fejjaq il- midrub x‟ħin ra l-fid, hekk qawwija, ta‟ dawk l‟erba‟ rġiel liġarrewh u saħansitra qalgħu s-saqaf biex iniżżlu dan ir-raġel quddiemu. Dinix-xena tqanqal lil Ġesù li jinżel sal-għeruq tal-għali tal-bniedem, jinsa‟ ujaħfer kull dnub. Alla tgħaxxaq b‟din il-maħfra li Ibnu wettaq. HU għamilna mill-ġdid Tiegħu,uliedu, u mmarkana bis-Siġill Tiegħu. Permezz ta‟ din il-ħniena hekk kbiraTiegħu, aħna ġejna salvi u erġajna sirna werrieta tal-ġenna, .Riflessjoni:“Alla ħalaq il-persuni biex ikunu maħbubin, u l-bqija tal-ħolqien biex jinqdew bih.Darba din l-ordni tinqaleb, tiġri traġedja”Br. LouisMeditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:“...Aqra l-Vanġelu ta‟ spiss b‟attenzjoni u affezzjoni, qis li tistudjah sew biex tkuntista‟ tipprattikah...” Med : 117.336 SIGNUM FIDEI


Missierna...TALBAO Alla Kbir, nitolbuk,aqlgħalna l-grazzja li aħna dejjem nqisudak li ngħidu u nagħmlu spiritwalment,u li dan jkun biss dak li jogħġob Lilek.Dan nitolbuh f‟Ġesù Kristu Ibnek,li jgħix u jsaltan, flimkien mal-Ispirtu s-Santu,Alla wieħed, għal dejjem ta‟ dejjemAmmen.It-Tnejn 20 ta’ FrarKonsagrazzjoni tal-Konkatidral ta‟ San Ġwann il-BeltIl-Beati Franġisku u Ġjaċinta MartoIL-5 Dehra tal-Lourdes‚Fl-Isem tal-Missier li ]alaqnital-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen‛.Qari:1. Ġakbu 3: 13-18 Jekk ħsiebkom fil-ġlied, qisu li b‟hekk ma tiftaħrux.2. Salm 18: 8-10,15 Il-preċetti tal-Mulej dritti u jferrħu l-qalb.3. Mark 9: 14-29 Jien nemmen. Għinni fil-fidi nieqsa tiegħi!IL-BEATI FRANĠISKU (1908-1919) u ĠJAĊINTA MARTO (1910-1920) Franġisku u Ġjaċinta Marto kienu żewġt aħwa rgħajja li l-Madonnadehritilhom diversi drabi f‟Fatima u tathom messaġġ ta‟ penitenza u talbgħall-konversjoni tal-midinbin. Iż-żewġt aħwa twieldu f‟Aljustrel, fil-Portugall, Franġisku fil-11 ta‟ Ġunju 1908u Ġjaċinta fil-11 ta‟ Marzu 1910. Huma raw l-ewwel darba lill-Madonna fit-13ta‟ Mejju 1917, meta huma kienu qed jirgħaw in-ngħaġ ma‟ kuġinthom Luciados Santos. Il-Verġni Marija b‟kollox dehritilhom sitt darbiet, l-aħħar dehra seħħet fit-13ta‟ Ottubru 1917. Il-Madonna qalet lil Franġisku u ‟l oħtu Ġjaċinta li Hi makinetx se ddum ma tibgħat għalihom biex ikunu magħha l-ġenna, waqt liLuċija kellha tibqa‟ ħajja, titgħalllem taqra u tikteb għax riditha xxerred maddinjad-devozzjoni lejn il-Qalb immakulata tagħha.SIGNUM FIDEI 37


F‟waħda mid-dehriet il-Madonna wriet lit-tfal dehra tal-infern fejn imorrumitlufin għal dejjem il-midinbin li jmutu bla jikonvertu. Hi talbet lit-tfal jagħmlutalb u sagrifiċċji għall-midinbin. Franġisku, u speċjalment Ġjaċinta, ħadu danil-messaġġ bl-ikbar serjetà u impenn, u għamlu sagrifiċċji mhux żgħar għallkonverżjonital-midinbin. Meta wieħed jikkonsidra l-età żgħira tagħhomikollok tgħid li bilfors kellhom qawwa speċjali biex jaslu li jbatu tant ub‟rassenjazzjoni perfetta t-tbatijiet kbar li ġarrbu. Franġisku miet fl-4 ta‟ April 1919 fid-dar tal-familja; għex b‟kollox 10 snin uxahrejn. Ġjaċinta mietet f‟Lisbona, fl-20 ta‟ Frar 1920, xahar qabel għalqet l-10 snin. Il-proċess tal-beatifikazzjoni ta‟ Franġisku u Ġjaċinta Marto nbeda fl-1952 untemm fl-1979. Ġew dikjarati beati flimkien waqt żjara tal-Papa ĠwanniPawlu II f‟Fatima fit-13 ta‟ Mejju 2000. Huma l-iżgħar fost il-beati mhuxmartri, u huma eżempju ħaj ta‟ mħabba u tbatija għall-insara kollha.Riflessjoni:‚ ..Oqg]od attent biex ma titlifx il-pa`enzja fid-dover tieg]ek mat-tfal waqt il-klassi,inkella ma jkun jiswielek xejn..‛‚..Drawwa ]a\ina ma tinqatax ming]ajr tbatija; u ]add ma jie]u gost joqg]od g]alfehmiet ]addie]or..‛Imitazzjoni ta’ Kristu.Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:‚... Qatt titkellem ma’ xi ]add, jekk mhux bil-[entilezza u jekk ta]seb u tib\a’ li matitkellimx mod ie]or, allura \omm fommok sieket..‛ Med: 65.2Missierna...TALBAAlla Missierna,nitolbuk l-grazzja li naċċettaw lil kulħaddu nkunu ġenerużi mal-proxxmu kollu,anke ma‟ dawk li ma jaqblux magħna.Napprezzaw dak li jagħmel ħaddieħorbil-mod li nixtiequ li niġu apprezzati aħna.Agħtina l-għajnuna biex qatt ma nqisu„l ħaddieħor inqas minna.Għinna nżommu moħħna miftuħbiex nitgħallmu minn xulxin,u b‟hekk ngħixu flimkien f‟unità kif tixtieqna Int.Ammen.Br.Nicholas Hutchinson38 SIGNUM FIDEI


It-Tlieta 21 ta’ FrarSan Pietru Damiani - Isqof u duttur tal-KnisjaIs-sitt dehra ta‟ Lourdes‚Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.‛Qari:1. Ġakbu 4: 1-10 Titolbu u ma tiksbux, għax titolbu ħażin.2. Salm 54: 7-11,23 Ħalli xortik f‟idejn il-Mulej.3. Mark 9: 30-37 Jekk xi ħadd irid ikun l-ewwel wieħed, għandu jkunqaddej ta‟ kulħadd.SAN PJER DAMJAN - Isqof u Duttur tal-Knisja (1007-1072) Kien jismu Pietru Onesti u kien l-iżgħar minn ħafna wlied ta‟ familja fqiraminn Ravenna li kienet ġejja minn nisel nobbli. Sab ruħu ltim ta‟ età żgħira, ukien mibgħut jirgħa l-qżieqeż. It-tjubija u l-kwalitajiet intellettwali tiegħuqanqlu lil wieħed minn ħutu, l-arċipriet Damjan ta‟ Ravenna, biex iħallasgħall-edukazzjoni tiegħu. Pietru, bħala att ta‟ rikonoxxenza lejn dan il-benefattur tiegħu, żied isem ħuhma‟ tiegħu, u beda jissejjaħ Pietru (Pjer) Damjani. Għamel progressi hekkkbar fl-istudji li, ta‟ 25 sena, kien diġà sar magħruf bħala għalliem f‟Ravennau f‟Parma. Ta‟ 27 sena (fl-1034) daħal mal-Benedittini ta‟ Fonte Avellana fuq il-muntanjiAppennini, magħrufin għall-ħajja iebsa u ħarxa tagħhom. Kien imqabbadbiex jagħti konferenzi spiritwali lill-irħieb tal-monasteru tiegħu u ta‟ oħrajn filqrib. San Pjer Damjan kellu mħabba speċjali lejn il-Madonna. Ta‟ 36 sena nħataril-pirjol tal-abbazija ta‟ Monte Avallano (qatt ma ried jissejjaħ „abbati‟), karigali żamm sakemm miet 39 sena wara. Hu organizza mill-ġdid il-ħajja talirħieb,billi ipproduċa struttura ta‟ komunità ta‟ eremiti ddedikata biss għallkontemplazzjoni. Ħabrek kemm felaħ bil-kitba u bil-kelma biex jikkumbatti l-abbużi skandalużili kienu komuni fil-Knisja: l-inkontinenza, il-lussu żejjed, il-laxkezza tal-kleru,ix-xiri u l-bejgħ ta‟ benefiċċji ekkleżjastiċi. Pjer Damjan jibqa‟ magħruf għallkitbiettiegħu, fosthom il-Liber Gomorrhianus, ippublikat fl-1051, li fih ilqaddisjikkundanna ‟l-kleru li ma kienx qed jgħix il-vokazzjoni tiegħu, u l-Liber Gratissimus li jitkellem dwar il-validità tal-ordinazjonijiet bis-simonija. Papa Stiefnu X ħatru kardinal-isqof ta‟ Ostja, kariga li kellu jaċċetta bilforstaħt it-theddida ta‟ skomunika. Barra milli kien amministratur tad-djoċesi ta‟Gubbio, San Pjer Damjan serva taħt seba‟ Papiet fuq diversi missjonijietdelikati, bħala legat tal-Papa, viżitatur ta‟ djoċesijiet u abbaziji, u kienf‟kuntatt kontinwu mal-aktar nies magħrufa ta‟ żmienu.SIGNUM FIDEI 39


Il-qaddis miet fil-21 ta‟ Frar 1072 meta kellu 75 sena. Ġie ddikjarat Duttur tal-Knisja mill-Papa Ljun XII, fl-1828.Riflessjoni:Minħabba li San Pjer Damjan kien ibati ħafna bin-nuqqas ta‟ rqad u b‟uġigħ ta‟ ras,huwa msejjaħ minn dawk li jsofru minn dawn l-inkonvenjenzi. Fuq qabru ried lijinkitbu: “Dak li int, kont jien; dak li jien għad tkun int. Ftakar fija u itlob għalija.Ħenn għal Pietru li l-fdal tiegħu jinsab hawn. Itlob ‟l Alla jħenn għalija.”S. Pjer Damjan kien jitkellem b‟konvinzjoni kbira fuq il-ġenna minħabba l-esperjenza sħiħa tiegħu ta‟ kontemplazzjoni divina. S. Pjer Damjan kien profetajgħajjat kontra kull ħaġa minn ġewwa jew minn barra li żżomm lill-bnedmin„marbutin‟ ma‟ din id-dinja. Kien jinkoraġġixxi ħafna d-dixxiplina. S. Pjer Damjanżviluppa t-teorija tas-“sempliċità qaddisa” li biha l-bniedem juża l-għerf filwaqt lijibqa‟ maħlul għal kollox minn kull rabta.Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:“… Il-Knisja hija l-omm tagħna, u magħha rridu nkunu magħquda, u fuqha rriduniddependu għal dak kollu li għandu x‟jaqsam mar-Reliġjon. Irridu noqogħdugħad-deċiżjonijiet tagħha u nilqgħuhom daqs li kieku huma kmand ...” Med: 106.1Missierna ...TALBAO Mulej,waqt li mexjin dlonk it-triq ta‟ ħajjitnal-qawwa tagħna tinsab FiK;ġewwa qalbna hemm it-Triq Eternali rridu ngħaddu minnha,biex naslu fil-post fejn Int tgħammargħal dejjem mal-poplu tiegħeKfil-ferħ u l-paċi.Kun Int l-għajnuna tagħnawaqt li ngħaddu mill-wied tad-dmugħ;eħlisna minn kull periklu,ħallina nifirħu fl-għejjun tal-ilma ħaj,li jsaħħaħna matul it-triq.Żommna fidili sal-aħħarbi Kristu Sidna,Ammen.40 SIGNUM FIDEI


L-Erbgħa 22 ta’ FrarBidu tar-Randan - L-Erbgħa tal-IrmiedJum ta’ sawm: għal dawk ta’bejn it-18 u d-95 sena.Astinenza: għal dawk minn 14-il sena ’l fuq.Meditazzjoni ta’ S.{wann Battista de La Salle, Nru. 16Matul ir-Randan il-Knisja tu\a l-Pjaneti, trie]i tal-altar, tal-Kanopew tat-Tabernaklu, e``... ta’ kulur vjola, simbolu ta’ ‚Talb u Penitenza.‛‚Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.‛Qari:1. Ġoel 2: 12-18 Ċarrtu qlubkom, u mhux ilbieskom.2. Salm 50: 3-6a,12-14,17 O Alla, ħenn għalina għax dnibna!3. 2 Korintin 5: 20– ; 6: 2 Agħmlu ħbieb ma‟ Alla: araw, issa hu ż-żmienit-tajjeb.4. Mattew 6: 1-6,16-18 Missierek, li jara dak li hu fil-moħbi, iroddlok hu.L-Erbgħa tal-Irmied:Dan huwa sinjal ta‟ penitenza li kien isir fi żmien it-Testment il-Qadim u li l-Knisja għadha żżomm sal-lum u li jfisser li l-bniedem huwa midneb u li dan huważ-żmien biex jistqarr ħtijietu quddiem Alla u jesprimi r-rieda tiegħu li jbiddel il-qalbtal-ġebel f‟qalb tal-laħam bit-tama li l-Mulej juri lilu nnifsu mimli ħniena.Riflessjoni:X’ nista’ nag]mel dan ir-Randan biex ninfeta] aktar biex nilqa’ l-grazzja tieg]Uf’qalbi?… Insum minn dak l-imrar u niffeste[[ja bit-Tjubija!… Insum min-nuqqas ta’ sabar: u niffeste[[ja bil-Kalma.… Insum mill-g]a\\: u niffeste[[ja bil-B\ulija.Qatt irriflettejt?Alla lill-poplu tieg]u kien weg]du li jibg]atlu ’l-Messija. U \amm kelmtu g]ax sarbniedem b]alna u salvana ...A]na fil-Mag]mudija weg]dnieh ukoll li ni`]du l-g]emejjel ta’ Satana!Qed in\omm kelmti jien?Br.LouisSIGNUM FIDEI 41


Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 16Għal Ras ir-Randan S. Ġwann Battista De La Salle għamel meditazzjoni fi 3partijiet. Se nwasslulkom it-tieni parti kif qiegħda introdotta bl-Ingliż.Ash WednesdayOf the Penitential Spirit in which we ought to receivethe ashes, and spend Lent.2In receiving the holy ashes, beg of God that spirit of penance with which youshould be animated, and which should accompany and sanctify you fast. For anexterior fast serves little purpose if it does not humble the spirit at the same timeas it mortifies the flash. Hence, the effect which the ceremony of the imposition ofashes ought to have on you is to introduce a certain mortification into your generalconduct, making you fast, as it were, with the eyes by a great recollection, andseparation from all that can distract you; with the tongue by means of exactsilence, which will allow you to disengage yourself from creatures in order toattach yourself to God during this holy season; and with the heart by a completerenunciation of vain thoughts, which might distract you and interrupt yourcommuning with God.The fruit of a Christian fast is the mortification of one‟s senses and of one‟s evilinclinations, and detachment from creatures.TALBAMulej Ġesù,nitolbok, agħtini l-għajnuna,biex ma naħlix dan iż-żmienli huwa żmien ta‟ mħabba,u żmien ta‟ ħniena.Huwa żmien li matulu Alla juri lilU nnifsu bħala Missier.Inti turi lilek nnifsek bħala salvaturu l-Ispirtu s-Santu juri lilu nnifsu bħala n-nar li jikkonsma.Ħalli ruħi tgawdi din il-grazzja!Nitolbok Mulej.Br. LouisMissierna …42 SIGNUM FIDEI


Il-Ħamis 23 ta’ FrarIl-Ħamis ta‟ wara L-Erbgħa tal-IrmiedSan Polikarpu – Isqof u MartriIs-seba‟ dehra ta‟ Lourdes‚Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.‛Qari:1. Dewteronomju 30: 15-20 Qgħedtlek illum quddiemek il-barka u s-saħta,biex tagħżel minnhom.2. Salm 1: 1-6 Hieni l-bniedem li qiegħed fil-Mulej it-tama tiegħu.3. Luqa 9: 22-25 Min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, danisalvaha.SAN POLIKARPU – Isqof u Martri (c. 59-155? 158?) L-atti awtentiċi ta‟ dan il-martri famuż kienu miktuba mill-Knisja ta‟ Smirni uhuma dokument importanti fl-istorja tal-knisja tal-bidu. Polikarpu ħaddan it-twemmin nisrani meta kien għadu żagħżugħ ħafna u sardixxiplu ta‟ San Ġwann l-Evanġelista, li wkoll ħatru Isqof ta‟ Smirni. Polikarpu mexxa l-Knisja ta‟ Smirni għal 70 sena, u fost id-dixxipli tiegħunsibu lil San Irenew u lill-kittieb Papija. San Irenew ħalla miktub li SanPolikarpu kien jaf personalment lil San Ġwann u lil oħrajn li kienu raw lill-Mulej. Għall-ħabta tal-158, San Polikarpu mar Ruma biex jikkonsulta ruħu mal-Papa San Aniċetu dwar id-data taċ-ċelebrazzjoni tal-Għid il-Kbir billi l-Knejjes tal-Lvant u dawk tal-Punent kienu jiċċelebrawh f‟dati differenti. Ġiemiftiehem li t-tnejn setgħu jimxu fuq l-użanzi tagħhom. Taħt l-imperaturi Lucius Virus u Marcus Aurelius, il-qaddis kien arrestat umeħud quddiem il-prokonslu. Meta ġie mitlub jiċħad lil Kristu, huwa wieġeb:“Jiena qdejt lil Ġesù għal sitta u tmenin sena u hu qatt ma għamilli tort; kif,mela, nista‟ neħodha kontra s-sultan tiegħi li salvani?” Talli ma riedx jiċħad lilKristu, hu kien ikkundannat għall-mewt billi kien mitfugħ fin-nar. L-awturi tal-atti tiegħu, li jgħidu li kienu xhieda ta‟ dak li kitbu, jsemmu l-fatt lil-fjammi tan-nar ma messewhx, imma ffurmaw bħal arkata fuq rasu.Minħabba f‟hekk Polikarpu kien maqtul bix-xabla. Il-mewt tiegħu ġrat fit-23 ta‟ Frar, għall-ħabta tas-sena 166. Ġismu ġiemaħruq, imma xi għadam tiegħu nġabar b‟devozzjoni mill-insara u llumjinsab ppreservat fil-knisja ta‟ San Ambrogio in Massimo, f‟Ruma. San Polikarpu hu wieħed mill-Padri Appostoliċi. Ir-rakkont tal-martirju tiegħu,l-ittra tiegħu lill-Filippin u l-ittra li San Injazju ta‟ Antjokja kitiblu, huma fost l-aktar dokumenti prezzjużi tal-knisja bikrija.SIGNUM FIDEI 43


Riflessjoni:“Żommu sħaħ fl-imġiba u imxu fuq l-eżempju tal-Mulej, sodi fil-fidi li ma tinbidilx,maħbubin bħal aħwa. Tħobbu ‟l xulxin - tgħinu lil xulxin bl-imħabba tal-Mulej, u matobgħodu lil ħadd.”Ittra minn San Polikarku lil FilippiniMeditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:“… Biex tirnexxi fil-ministeru tiegħek, għandek tagħti lilek innifsek sew għat-talb ...”MTR. 4:1Missierna …TALBAO Mulej,in-nar ta‟ mħabtek melal-martri San Polikarpu bil-kuraġġ.Il-Vanġelu neħħielu kull biża‟ tal-mewt.Agħti l-poplu tiegħeK il-grazzjali tħobb bħal ma ħabb hu,li jgħix bħal ma għex hu,u li jmut għall-fidi.B‟Ġesù Kristu Sidna,Ammen.Il-Ġimgħa 24 ta’ FrarIl-Ġimgħa ta‟ wara L-Erbgħa tal-IrmiedIt-tmien dehra ta‟ Lourdes‚Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.‛Qari:1. Isaija 58: 1-9a Jaqaw mhuwiex dan is-sawm li jiena rrid?2. Salm 50: 3-6a,18,19 Qalb maqsuma u sogħbiena int ma twarrabhiex, o Alla.3. Mattew 9: 14-15 Meta l-għarus jitteħdilhom, imbagħad isumu.44 SIGNUM FIDEI


SAN ETHELBERT RE (? - †616) Ethelbert inħatar Re ta‟ Kent fil-560, u estenda s-setgħa tiegħu għan-naħata‟ isfel tal-Ingilterra. Huwa żżewweġ lill-prinċipessa nisranija Bertha, bint Charibert Re tal-Franki.B‟hekk daħlet għall-ewwel darba l-fidi nisranija fl-Ingilterra Anglo-Sassonagħaliex missier Bertha insista li bintu tkun tista‟, bil-libertà, tipprattika t-twemmin tagħha f‟dak il-pajjiż. Meta Santu Wistin ta‟ Canterbury wasal l-Ingilterra, fil-597, flimkien mal-40irħieb Benedittini li kienu ntbagħtu hemm mill-Papa San Girgor il-Kbir, hukellu merħba sabiħa mir-Re Ethelbert minkejja li sa dak iż-żmien kien għadupagan. Imqanqal mill-eżempju tal-fidi ta‟ martu, kif ukoll mill-ħeġġa ta‟ Santu Wistinu l-irħieb tiegħu, Ethelbert għażel li jħaddan il-fidi nisranija, u rċieva l-magħmudija nhar l-Għid il-Ħamsin tal-istess sena (597) minn idejn SantuWistin. B‟hekk Ethelbert sar l-ewwel Re nisrani ingliż, u minn dak inhar ‟ilquddiem ta s-sapport tiegħu għall-kawża ta‟ Kristu fis-saltna tiegħu. Kontra s-slaten ta‟ żmienu li kienu jimponu t-twemmin tagħhom fuq is-suddititagħhom, Ethelbert kien ħalla lis-sudditi fil-libertà jekk iħaddnux il-fidi li issabeda jħaddan hu, għaliex kien iżomm li l-konverżjoni permezz tal-konvinzjonikienet l-unika vera konverżjoni, u inkoraġġixxa l-ħidma tal-missjunarji nsara. San Ethelbert kien kontinwament ħsiebu biex iġib ‟il quddiem il-ġid tal-poplutiegħu. Huwa ħareġ liġijiet siewja li baqgħu miżmumin b‟għożża fl-Ingilterrafiż-żminijiet li ġew wara. Huwa ħabrek biex jeqred il-paganiżmu fis-saltna tiegħu, u kien mezz biexukoll ikkonverta Sebert, ir-Re ta‟ East Saxony, flimkien man-nies tiegħu, kifukoll lil Redwald, Re ta‟ East Anglia. San Ethelbert miet fl-24 ta‟ Frar 616, wara li kien ilu re 56 sena.Mill-Imitazzjoni ta’ Kristu – 3 Ktieb: Kap. 5“L-imħabba hi dejjem b‟għajnejha miftuħa, imma umli; timxi dritt, ma tpaxxix lilhannifisha; moħħha mhux fi ħwejjeġ boloh u fiergħa; bil-qies fix-xewqat tagħha,nadifa f‟għemilha, attenta li ma tisfrattax u ma tiġġerriex ‟l hawn u ‟l hemm, udejjem għassa fuq is-sensi tagħha kollha.”Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:“... Għandek dejjem tfittex dak kollu li jwasslek għas-Salvazzjoni tal-erwieħ li ġewfdati f‟idejk biex tieħu ħsiebhom, għax wara kollox dan għandu jkun l-iskop tal-istatu l-ħidma tiegħek ...” Med. 107.3SIGNUM FIDEI 45


TALBANirringrazzjak Mulej,talli Inti tafni aktar milli jien naf lili nnifsi.Nirringrazzjak talli ħallejtni nagħraf lili nnifsiaħjar milli jafuni l-oħrajn.Għalhekk Mulej,nitolbok li tagħmilni aħjar milli jaħsbu li jien,u aħfirli għal dak kolluli huma ma jafux fuqi.Ammen.Br. Nicholas HutchinsonMissierna ...Is-Sibt 25 ta’ FrarIs-Sibt ta‟ wara L-Erbgħa tal-IrmiedBeata Adeodata Pisani – Verġni – ReliġjużaSan Tarasju - Patrijarka ta‟ Kostantinopli (730-807)Id-disa’ dehra ta’ Lourdes‚Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.‛Qari:1. Isaija 58: 9b-14 Tagħti ġieħ lill-Mulej jekk timxi fit-triqat tiegħu.2. Salm 85:1-6 Għallimni, Mulej, triqatek.3. Luqa 5: 27-32 Mhux il-ġusti ġejt insejjaħ, iżda l-midinbin għall-indiema.BEATA ADEODATA PISANI – Verġni - Reliġjuża Il-Beata Marija Adeodata Pisani twieldet f‟Napli fid-29 ta‟ Diċembru 1806, ungħatat l-isem ta‟ Marija Tereża. Il-ġenituri tagħha kellhom jisseparaw meta t-tifla kienet għadha tarbija,minħabba li missierha kellu l-problema tax-xorb. Omm missierha rabbietha fl-għożża iżda meta mietet, Marija Tereża kellhabiss 10 snin. Hi ntbagħtet f‟kulleġġ tal-bniet f‟Napli sakemm għalqet 17-ilsena. Sentejn wara, ġiet Malta għal kollox flimkien ma‟ ommha u marrujoqogħdu r-Rabat. Ommha kemm-il darba ppruvat issibilha għarus biextiżżewweġ, iżda Marija Tereża qatt ma riedet. Ma' missierha ltaqgħet bostadrabi u dejjem ġabitlu rispett. Ħafna kienu jammiraw il-ħajja eżemplaritagħha u ċerta qdusija diġà kienet bdiet tidher fiha.46 SIGNUM FIDEI


Marija Tereża kienet issib l-għaxqa tagħha titlob fil-knisja ta' San Mark, li l-Agostinjani għandhom fir-Rabat. Kien proprju f'dil-knisja quddiem ix-xbiehatal-Madonna tal-Parir it-Tajjeb, li ħasset is-sejħa li tidħol soru. Marija Tereża daħlet fil-monasteru ta‟ San Pietru fl-Imdina nhar il-festa tal-Madonna tal-Karmnu tal-1828 meta kellha 22 sena. Hawn ingħatat l-isemta‟ Marija Adeodata u fit-8 ta‟ Marzu 1830 hi għamlet il-professjoni reliġjużasolenni. Fiż-żmien li għexet bejn l-erba‟ ħitan tal-monasteru hi ngħatat diversi karigi.Ġiet eletta badessa fl-1851 u fis-sentejn li għamlet tmexxi l-monasteru hijasaħħet ir-riforma tal-ħajja komunitarja b‟aktar osservanza lejn ir-regolimonastiċi. Sakemm kien possibli għaliha bħala soru tal-klawsura, dak li setgħettiddisponi minnu qassmitu lill-foqra li kienu jħabbtu l-bieb tal-monasteru. Hijaspikkat fit-talb u s-sagrifiċċju u dejjem fittxet il-ħajja ta‟ perfezzjoni. MarijaAdeodata mietet fil-25 ta‟ Frar 1855, fl-eta‟ ta‟ tmienja u erbgħin sena. Hija ġiet ibbeatifikata nhar id-9 ta‟ Mejju, 2001 mill-Beatu Papa ĠwannPawlu II, flimkien ma‟ Dun Ġorġ Preca u l-Kjeriku Nazju Falzon.Mill-Imitazzjoni ta’ Kristu – 1Ktieb: Kap. 22“Il-qaddisin ta‟ Alla u l-veru ħbieb ta‟ Kristu qatt ma fittxew dak li jogħġob lill-ġisem,anqas dak li jlellex fid-dinja! Imma t-tama u l-ħsibijiet tagħhom kienu dejjem kollhafil-ħwejjeġ eterni, ix-xewqat tagħhom kienu biss lejn is-Sema, għal dawk il-ħwejjeġli qatt ma jintemmu li l-għajn ma tarahomx hawnhekk. Għax il-ħwejjeġ ta‟ din iddinjajkaxkruk lejn it-telfien. Mela ħija, qatt la tehda tgħaddi ‟l quddiem fit-tjieba,issa li għandek iż-żmien.”Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:“... Il-konverżjoni ta‟ San Mattew, hija tassew straordinarja u turi l-qawwa talgrazzjiu l-effetti sbieħ li jseħħu fir-ruħ ...”Med:167.1Missierna ...TALBAO Alla, għajn ta‟ kull ġid,inroddulek ħajr li fil-Beata M. Adeodatatajtna mudell ta‟ ħajja qaddisa.Għinna, biex fuq l-eżempju tagħha,għall-imħabba tiegħeKu ta‟ ommna l-Verġni Marija,ngħixu ħajja qaddisa mibnija fuq it-talb,l-imħabba tal-proxxmu,u t-twettiq tar-rieda tiegħeK.Ammen.SIGNUM FIDEI 47


Il-Ħadd 26 ta’ FrarL-ewwel Ħadd tar-Randan‚Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.‛Qari:1. Ġenesi 9: 8-15 Alla jeħles lil Noé mid-dilluvju u jagħmel patt miegħu.2. Salm 24: 4-9 Il-mogħdijiet tal-Mulej, kollhom tjieba u fedeltà.3. 1Pietru 3: 18-22 L-ilma tal-magħmudija jsalva lilkom ukoll.4. Mark 1: 12-15 Kien imġarrab mix-xitan, u l-anġli kienu jaqduh.Riflessjoni fuq il-Vanġelu: It-tentazzjonijiet li Ġesù ġarrab, ħallewh bla dubju li huwa l-iben t‟Alla. Huwafil-provi tagħna li tiddi l-ħniena t‟Alla. Il-verità tal-ħajja turina, li kif niltaqgħu ma‟ xi kuntrarju arana ingemgmu unilmentaw. Xi inkonvinjent, jew xi marda li ġiet fuqna meta l-iżjed li aħnamħabbtin, xi ħadd qed jagħmlilna xi bsaten fir-roti fil-ħidma tagħna, jewmhux qed jirnexxielna nsibu dak li nixtiequ jew li għandna bżonn. Dak li qeditellifna kollox jagħtina fastidju u jurtana. F‟dawn iċ-ċirkustanzi, jew oħrajn iżjed diffiċli jew iżjed serji, il-qaddisin udawk li għexu l-Vanġelu, jistqarru li huwa neċessarju li tagħmel ir-rieda ta‟Alla, ġurnata wara l-oħra. Alla qatt ma jrid minna dak li hu impossibli. Kull ħaġa li Alla jafdalna f‟idejnaHu dejjem se jagħtina l-għajnuna, ikun magħna, u kull ma jkun qed jistennamit-twettiq tagħha huwa l-ħniena u l-imħabba. Għalhekk jekk minħabba d-dgħjufija tagħna, xi ħaġa tmurilna żmerċ utnikkitna, għandna neħduha bħala providenzjali, ġejja minn Alla,naċċettawha bl-umiltà kollha u b‟hekk inkunu qed napprofittaw minn din ilgrazzjabiex nitqaddsu. Ħafna drabi l-Mulej iċaħħadna mill-għajnuna, għaliex din ma tkunxse tmexxina ‟l quddiem fil-qdusija u s-salvazzjoni. Kif jgħidulna l-qaddisin,dak li ma jimliniex bi mħabba ikbar lejn Alla, aħna m‟għandniex bżonnu. Kieku nafu xi grazzji kbar huma dawk l-inċidenti li aħna nsejħu tfixkil,diżappunti, sfortuna u fallimenti, kieku nċanfru lilna nfusna kull darba lingemgmu minħabba fihom. Jekk nieqfu u nirriflettu ftit naraw l-id divinaf‟dan it-tfixkil kollu.Riflessjoni:“Mattew u Luqa jirrakkuntaw tliet tiġribiet ta‟ Ġesù li fihom hija riflessa t-taqbidamal-missjoni tiegħu, imma fl-istess ħin tqum il-mistoqsija fuq x‟inhu dak li tabilħaqqjiswa fil-ħajja tal-bniedem. Il-qofol ta‟ kull tiġrib – dan jidher ċar hawn – huwa lijitwarrab Alla, li ħdejn dak kollu li fil-ħajja tagħna jidher urġenti, jieħu t-tieni post,jekk ukoll ma jidhirx żejjed u ta‟ xkiel. Li wieħed iġib l-ordni fid-dinja mingħajr Alla,48 SIGNUM FIDEI


li wieħed jibni d-dinja bil-ħila tiegħu biss, li jagħraf ir-realtajiet politiċi u materjalibiss bħala verità u jħalli ‟l Alla fil-ġenb daqslikieku illużjoni, din hija t-tentazzjoni, ittiġribli jheddidna f‟ħafna forom.”“Ġesù ta‟ Nazzaret” – Papa Benedittu XVIMeditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:“... Aqra l-Vanġelu ta‟ spiss b‟attenzjoni u bi mħabba u ħallieh ikun l-istudjuprinċipali biex tpoġġieh fil-prattika ...” Med: 171.3Missierna …TALBAO Alla li taħfer,Int bgħatt lil ibnek il-waħdienibiex jgħix u jmut fostna, biex jeħlisna mill-jasar,mid-dnub u l-mewt.Aħfer fejn aħna ma naħfrux,fejjaq fejn aħna mhux kapaċi nfejqu.Agħmel li nkunu umli u ta‟ qalb tajbau soda fl-ispirtu,bi Kristu Sidna,Ammen.It-Tnejn 27 ta’ FrarL-ewwel ġimgħa tar-RandanSan Gabrijel tal-Addolorata, Reliġjuż (1838-1862)San Leonardu – Isqof ta‟ Sivilja (600)L-għaxar dehra ta‟ Lourdes‚Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.‛Qari:1. Levitiku 19: 1,2,11-18 Agħmel ħaqq mill-proxxmu tiegħek fis-sewwa.2. Salm 18: 8-10,15 Il-kliem tiegħek, Mulej, huwa spirtu u ħajja.3. Mattew 25: 31-46 Kemm għamiltu ma‟ wieħed mill-iżgħar fostdawn ħuti, għamiltuh miegħi.SIGNUM FIDEI 49


SAN GABRIJEL TAL-ADDOLORATA - Reliġjuż (1838-1862)(Student tal-Brothers ta‟ De La Salle fi Spoleto, l-Italja) Twieled f‟Assisi fl-1 ta‟ Marzu 1838 u għammduh fl-istess jum u semmewhgħal San Franġisk. Missieru, Sante Possenti, li bħala gvernatur tal-IstatiPontifiċji ħtieġlu jiċċaqlaq minn post għal ieħor, fl-aħħar mar joqgħod għalkollox fi Spoleto. Fil-kulleġġ ta‟ Spoleto, Francesco kien maħbub ħafna minn sħabu. L-ewwelf‟ħafna suġġetti, jinteressa ruħu fit-teatru u fil-kaċċa u kien iħobb ukoll ilballijiet. Iżda b‟għaġeb kbir tan-nies ta‟ Spoleto, fil-21 ta‟ Setembru 1856, l-għada talgradwazzjonitiegħu, ta‟ 18-il sena, telaq biex jibda n-novizzjat mal-PatrijietPassjonisti f‟Morrovalle, u għażel l-isem ta‟ Gabrijel tal-Addolorata. Senawara għamel il-professjoni reliġjuża. Fin-novizzjat, sar mudell tal-osservanza u tal-perfezzjoni għal kulħadd. Hubena l-qdusija tiegħu prinċipalment fuq żewġ pilastri: id-devozzjoni lejn il-Madonna u r-rebħa totali tiegħu nnifsu permezz ta‟ attenzjoni għall-ħwejjeġżgħar. Huwa kiteb: “Meta Alla tani l-vokazzjoni tiegħi, Hu sawwab fuqiwaħda mill-aqwa grazzji tiegħU. Jiena rrid inpattilu billi nagħtih l-aqwa ħaġa ligħandi – l-imħabba kollha ta‟ qalbi.” F‟waħda mill-ittri tiegħu kiteb: “Il-ġenna tiegħi huma d-duluri tal-maħbubaommi Marija.” F‟ittra oħra stqarr kemm kien iħossu hieni fil-ħajja reliġjużatiegħu u jgħid li, kieku ż-żgħażagħ kellhom ikunu jafuh dan, żgur li kienujagħżlu lilha u mhux il-pjaċiri tad-dinja li jgħaddu f‟tebqa ta‟ għajn. Huwa kellu tentazzjonijiet kbar biex iżeblaħ ‟l Alla u biex ma jemminx. Flaħħarlejl qabel miet hu ġarrab id-dlam tas-Salib, iżda l-aħħar siegħa kienetwaħda ta‟ paċi kbira hekk kif hu qabad ix-xbiha favorita ta‟ Marija Addoloratau sejjaħ isimha. Il-qaddis miet fis-27 ta‟ Frar 1862 bil-marda tat-tiżi. F‟Isola del Gran Sasso,fl-Italja, tlett ijiem qabel ma għalaq erbgħa u għoxrin sena, meta kien għadurċieva biss l-ordnijiet minuri u kien kważi lest għas-saċerdozju. San Gabrijel tal-Addolorata ġie ddikjarat beatu minn San Piju X fl-1908 u fostdawk preżenti għall-okkażjoni, kien hemm dik li darba kienet in-namratatiegħu. Kien iddikjarat qaddis fl-1920. Huwa ġie msejjaħ San Alwiġi ta‟żmienna u mudell taż-żgħażagħ.Riflessjoni:“Il-Mulej ma jitnikkirx u ma joqgħodx jissaportihom, sa ma jfarrak ġenbejn il-kiefra,u jrodd il-kastigi lill-ġnus. Sa ma jneħħi l-kotra tal-ħżiena u jfarrak ix-xettri talinġusti.Sa ma jħallas il-bniedem skont għemilu u xogħlijiet il-bniedem skontħsibijietu. Sa ma jiġġudika l-kawża tal-poplu tiegħU u jferraħhom bil-ħnienatiegħU, daqs sħab tax-xita fi żmien in-nixfa.”Bin Sirak 35: 19-2450 SIGNUM FIDEI


Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:“… Alla ħafirlek dejn kbir immens u jistenna li bħala tpattija inti taħfer xi ftit minndak li ħaddieħor għamel lilek ...” Med: 74.1Missierna …TALBAO Alla,mexxina mill-mewt għall-ħajja,minn gidba għall-verità.Mexxina minn qtugħ il-qalb għat-tamamill-biża‟ għall-fidi.Mexxina mill-mibgħeda għall-imħabbamill-ġenna għall-paċi.Ħalli l-paċi timla qlubna,id-dinja tagħnau l-univers tagħna.Ammen.Br. Nicholas HutchinsonIt-Tlieta 28 ta’ FrarL-Ewwel Ġimgħa tar-RandanSan Oswald – Isqof († 992)Beatu Danjel Brottier Saċerdot (1876-1936)Il-ħdax-il dehra ta‟ Lourdes‚Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.‛Qari:1. Isaija 55: 10,11 Il-kelma tiegħi tagħmel dak li jogħġob lili.2. Salm 33: 4-7,16-19 Il-Mulej jeħles il-ġusti mid-dwejjaq kollha tagħhom.3. Mattew 6: 7-15 Itolbu hekk.SIGNUM FIDEI 51


BEATU DANJEL BROTTIER - Saċerdot (1876-1936) Twieled fi Franza ċentrali, sar saċerdot fl-1899 ta‟ 24 sena u ngħaqad mal-Kongregazzjoni tal-Ispirtu s-Santu. Hu għadda ħafna snin bħala missjunarjuf‟Dakar fis-Senegal, fejn ukoll għen fil-bini tal-katidral. Fl-ewwel gwerra dinjija hu offra ruħu bħala kappillan fl-Armata Franċiża, ugħall-ħidma tiegħu kiseb sitt midalji tal-mertu, kif ukoll il-ġieħ ta‟ kavallier tal-Legion d‟Honneur. Wara l-gwerra hu waqqaf l-Unjoni Nazzjonali tal-Kumbattenti li hi għalFranza dak li għall-inglizi hu l-British Legion. Ġie maħtur Assistent SuperjurĠenerali tal-Kongregazzjoni tiegħu, imbagħad kien mistieden imexxiorfanatrofju u skola ta‟ apprentistat f‟Auteuil, qrib Pariġi, fejn kellu jieħu ħsieb2,000 apprentist iltim, imma mingħajr ebda mezzi finanzjarji. Malajr, Daniel Brottier poġġa l-ħidma tiegħu taħt il-ħarsien ta‟ Santa Tereżata‟ Lisieux (li allura kienet għadha beata), u wiegħed li jibni kappella għallġieħtagħha billi hi spiss ħarsitu matul il-gwerra. Kien jaqla‟ bosta favuri kbarmingħandha, kważi mirakli. L-għajnuna finanzjarja ma naqsitux, u Tereżasaret “il-Burżar” tiegħu, għax kull kont li kien jirċievi seta‟ jħallsu. Kiteb elufta‟ ittri u bosta artikoli jappella għall-għajnuna. Hu kien jorganizza kull senaċerimonji mill-aqwa f‟ġieħ Santa Tereżina, li għalihom kienu jattendu eluf ta‟Pariġini. Ħalaq diversi opri ta‟ assistenza. Kien jemmen ħafna fis-servizz għall-oħrajn.Kien jaħdem kemm jiflaħ minn kmieni filgħodu, minkejja li kien ibati ħafna bluġigħta‟ ras, u jmur jorqod mhux qabel il-11 ta‟ bil-lejl. Hu kellu fih sens kbirtad-dover. Il-Beatu Danjel Brottier miet fit-28 ta‟ Frar 1936, fl-għomor ta‟ 59 sena. Illumix-xogħol tiegħu għadu sejjer: 25 dar, 3,400 żgħażagħ, staff ta‟ madwar1,300 ruħ. Minħabba l-ħidma tiegħu favur iż-żgħażagħ hu ġie mlaqqam id-Dun Bosco ta‟ Franza. Kien ibbeatifikat minn Ġwanni Pawlu II, fil-25 ta‟ Novembru 1984.Riflessjoni:F‟waħda mill-kitbiet tiegħu, il-Beatu Danjel Brottier kiteb hekk:“Taqdi jfisser ma tappartjenix aktar lilek innifsek; ma jibqagħlek kważi ebdadrittijiet; ma jibqagħlekx ħlief dmirijiet; ma tagħrafx aktar l-interessi proprji tiegħek,jew b‟danakollu tissagrifikahom dejjem għall-ġid u fl-interess ġenerali. Taqdi jfissertaħseb, trid, taġixxi għall-ġid tal-oħrajn; tfisser tgħix, u kultant tmut, għall-ġid ta‟kulħadd, fl-imħabba ta‟ Alla.”Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:“... Il-Mulej hekk qal lid-dixxipli tiegħu: „L-ikbar wieħed fostkom għandu jkun dak lijservi lil kulħadd.‟ ...”52 SIGNUM FIDEI


Missierna ...TALBAO Ġesù,agħmel li qalbi tkun tixbah lil tiegħekjew aħjar ibdilha f‟qalbeksabiex inkun sensittiv għall-ħtiġijiet ta‟ ħaddieħor,speċjalment ta‟ dawk li huma mnikktau li qed isofru.Jalla r-raġġi tal-ħniena tiegħekisibu l-mistrieħ f‟qalbi,Ammen.L-Erbgħa 29 ta’ JannarL-ewwel ġimgħa tar-RandanL-Anniversarju ta’ għeluq id-9 xahar mill-mewt tal-mibkiBro. LouisAgħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.‚Fl-Isem tal-Missier li ]alaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.‛Qari:1. Ġona 3: 1-10 In-nies ta‟ Ninwè reġgħu lura mit-triq tagħhomil-ħażina.2. Salm 50: 3,4,12,13,18,19 Qalb niedma u sogħbiena, int ma twarrabhiex,O Alla.3. Luqa 11: 29-32 Ebda sinjal ma jingħata lil dan in-nisel ħlief is-sinjalta‟ Ġona.Salm 31 (32) Salm ta’ David - L-hena ta' min jaqla' l-maħfraHieni l-bniedem li ħtijietu maħfura,li għandu d-dnub tiegħu mistur!Hieni l-bniedem li ebda ħażen ma jgħoddlu l-Mulej,u ma għandu ebda qerq f'qalbu!Jien bqajt sieket, u nfena ġismi,jiena u nokrob il-jum kollu.SIGNUM FIDEI 53


Għax lejl u nhar it-toqol ta' idek fuqi;saħħti nfniet bħal bis-sħana tas-sajf.Id-dnub tiegħi jien stqarrejtlek,u l-ħażen tiegħi ma ħbejtulekx.Jien għedt: "Quddiem il-Mulej nistqarr ħtijieti."U int ħfirtli l-ħażen tad-dnub tiegħi.Għalhekk kull min hu twajjeblilek jitlob fi żmien in-niket.Jekk ifuru ilmijiet kotrana, lilu qatt ma jilħquh.Int kenn għalija, mit-taħbit tħarisni,iddawwarni u tferraħni bil-ħelsien tiegħek.Riflessjoni:"U meta ngħid lill-ħażin: 'Int tmut żgur,' u hu jerġa' lura minn ħtijietu u jagħmel ilħaqqu s-sewwa, irodd ir-rahan, ipatti għas-serq, jimxi fuq il-preċetti li jagħtu l-ħajja, bla ma jagħmel il-ħażen, dan żgur jibqa' ħaj, ma jmutx.Ħtijietu li jkun waqa' fihom ma niftakruhomlux; għax is-sewwa u d-dritt ikungħamel, għalhekk żgur li jibqa' ħaj.”Eżekjel 33: 14-16Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:“... Tistenniex li s-salvazzjoni tiegħek iġġibha bl-għajnuna tal-oħrajn, imma din tiġibiss mingħand Alla ...”Ittra lil reliġjużaMissierna ...TALBAGħall-predikaturi tar-RandanMissier Etern,għall-merti infiniti ta‟ Ġesù Kristu,li għalih darba għedt„Dan hu ibni l-maħbub, isimgħuh‟,agħmel li l-kelma ta‟ dawn is-saċerdotijkollha l-qawwa tal-istess kelma tiegħubiex l-insara jipperswadu ruħhommill-veritajiet eterni u jipprattikawhomgħall-akbar glorja tiegħeK ugħall-qdusija tal-istess saċerdoti.F‟ġieħ l-istess Kristu Sidna,Ammen.54 SIGNUM FIDEI


TALB GĦAL ŻMIEN IR-RANDANTalba għall-PenitentiSinjur Alla, O Missier, li tilqa‟ fi ħdanek lil kull min jersaq lejk bl-ispirtu ta‟ l-umilta uta‟ l-indiema, sostni fil-fehma tajba tagħhom lill-penitenti li ma jerġgħux iduru għaddnub,billi jagħmlu kull mezz biex qatt iżjed ma jinfirdu minnek, u speċjalment lijaħarbu mill-okkażjoni prossima u li jitolbu f‟kull tentazzjoni.San Ġorġ PrecaTALBA LIL ĠESU MSALLABO Ġesu maħbub tiegħi,mixħut għarkubbtejjaquddiemek, nitolbok bl-akbarħrara li tnissel f‟qalbitwemmin, tama u mħabbal-aktar qawwijakif ukoll indiema kbira ta‟dnubieti u fehma sħiħa li manerġax noffendik;filwaqt li jiena, bl-imħabba ubil-ħniena kollha, sejjernaħseb fuq il-hames pjagitiegħek b‟dak il-kliemquddiem għajnejja li qal fuqekil-profeta David: “Nifduli idejjau riġlejja; għaddewli l-għadamtiegħi kollu.”SIGNUM FIDEI 55


It-Talba tas-Signum FideiMissierna li inti fis-smewwiet,fil-Providenza tiegħek,Inti għoġbok tagħżilni biex inkun Sinjal ta‟ Fidif‟dinja mimlija konfużjoni u inċertezzi.Ixgħel fija u fil-membri kollha tas-Signum Fidei,spirtu qawwi ta‟ FIDI u ĠENEROŻITA‟,ħalli meta niġi biex nikkommetti ruħi fl-appostolat,nimxi fuq l-eżempju ta‟San Ġwann Battista De La Salle,u ndawwal oħrajn,biex huma wkoll jikkonsagraw ħajjithom,ħalliwasslu l-Vanġelu lid-dinja fl-edukazzjoni.Bierek ix-xogħol ta‟ ħutna,huma fejn huma, biex flimkien ,imdawwla bl-entużjażmutal-Ispirtu tal-imħabba tiegħek,insiru dejjem aktar il-Melħ tad-Dinja,id-Dawl tad-Dinja, l-aktar fost il-fqar u ,dawk li jinsabu bogħod mis-salvazzjoni li inti toffri.Ilqa‟ ġewwa dirgħajk lil ħutnali telqu qabilna bis-sinjal tat-twemminu li issa jinsabu reqdin fil-paċi tiegħek.Qed nitolbok dan,permezz ta‟ Ġesu‟ Kristu,Ibnek l-Għażiż.Amen56 SIGNUM FIDEI


JG}IX {ESU’F’QALBNA !G}AL DEJJEMDirezzjoni: Min jixtieq tagħrif dwar is-Signum Fidei kkuntatjaw:M. Camilleri, 117, “Camille”, Triq Nazju Ellul, Gzira.Tel. 21317422, Mob. 79317422E-mail: petcam@maltanet.netSIGNUM FIDEI 57


San Miguel FebresCorderoTalbaO Alla ta‟ dejjem li tista‟ kollox,Int li tajt lill-Knisja tiegħek il-Qaddis Miguel, bħala edukaturmill-aqwa għall-ġid tat-tfal;agħtina nitolbuk, li waqt li aħnankunu nixbħuh fid-dedikazzjonitiegħu, nilqgħu liż-żgħażagħbl-ikbar ħlewwa, unwassluhom għandek blaħadd minnhom ma jintilef.B‟Ibnek Ġesù Kristu Sidna,AmmenPRESENTATION OF THE LORDWORLD DAY FOR CONSECRATEDLIFE—2nd FebruaryIn response to the call of the Holy Spirit,each Brother, freely and without anythought of turning back, bases his wholeexistance on the Gospel in order tofollow Jesus Christ. Accordingly heconsecrates himself entirely to the HolyTrinity to procure the Glory of God in theministry of Christian Education.Religious consecration givesmeaning to the specific commitmentswhich it inspires and brings into unity thesuccessive moments in the life of theBrotherRule of the Brothers 2258 SIGNUM FIDEI

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!