12.07.2015 Views

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

It-Tnejn, 3 ta’ SettembruSan Girgor il-Kbir – Papa u duttur tal-Knisja“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. 1Korintin 2: 1-5 Ħabbartilkom ix-xhieda ta’ Kristu msallab.2. Salm 118: 97-102 Kemm inħobbha l-liġi tiegħek, Mulej.3. Luqa 4: 16-30 Bagħatni nwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin.SAN GIRGOR IL-KBIR - Papa u duttur tal-Knisja. (c. 540-604) Dan il-qaddis hu l-ewwel u l-iktar famuż fost is-16-il Papa ta’ dan l-isem.Twieled Ruma u kien ġej minn familja li diġà kienet tat lill-Knisja żewġ Papiet.Kien edukat għall-karriera fil-liġi u fl-amministrazzjoni. Meta kellu xi ħaġa fuq it-30 sena kien prefett ta’ Ruma, iżda wara sena huwabidel id-dar tal-familja f’monasteru tal-benedittin u waqqaf ukoll sitt monasterioħra fl-artijiet li kellu fi Sqallija. Hu nnifsu sar raħeb sempliċi meta kellu 35sena. Huwa kien ordnat djaknu u mibgħut bħala rappreżentant tal-Papa għand l-imperatur f’Kostantinopli fejn dam seba’ snin. Wara li reġa’ lura f’Ruma, hu għadda xi żmien bħala wieħed mis-seba’ djaknital-belt. Ħames snin wara li rritorna fil-monasteru tiegħu hu laħaq Papa b’għażlapopolari, l-ewwel raħeb li tela’ fuq it-tron ta’ Pietru. Il-pontifikat tiegħu fiżminijiet ta’ diffikultajiet kbar, dam 14-il sena u hu wieħed li ħalla marka flistorjatal-Knisja. Huwa żamm il-primat ta’ Ruma u ċċensura l-patrijarka ta’ Kostantinopli talli ħat-titlu ta’ “patrijarka ekumeniku”. Huwa sar il-mexxej ta’ Ruma, kellu negozjatimal-invażuri Lombardi, ħa ħsieb il-foqra, feda l-ilsiera u bena mill-ġdid knejjesmeqruda. Papa San Girgor ngħata t-titlu ta’ “Kbir” minħabba l-kontribut tiegħu fitteoloġijamorali u axxetika, fil-kant gregorjan (li jġib ismu), fil-liturġija, flamministrazzjoni,fil-monastiċiżmu, fl-evanġelizazzjoni u fil-missjoni soċjali tal-Knisja. San Girgor ma kienx biss isqof kbir u statista; hu miżmum bħala wieħed millerba’dutturi kbar tal-Knisja Latina u l-kitbiet tiegħu huma indirizzati biex iġibu’l quddiem il-ħajja nisranija u l-formazzjoni tal-isqfijiet. Nsibu aktar minn 800ittra u għadd ta’ priedki. Il-Papa San Girgor miet fit-12 ta’ Marzu 604, meta kellu madwar 64 sena. Kien dan il-qaddis li bħala Papa sejjaħ lilu nnifsu “Qaddej tal-qaddejja t’Alla”,titlu li għadu użat mill-Papiet sal-lum. F’Malta kien hawn devozzjoni kbira lejh, u sal-lum għadha ssir l-hekk imsejħa‘Purċissjoni ta’ San Girgor’ għall-knisja tiegħu taż-Żejtun u li tinżamm l-ErbgħaSIGNUM FIDEI 7

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!