12.07.2015 Views

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

Is-Sibt, 29 ta’ SettembruL-Anġli Mqaddsa – Mikiel, Gabrijiel u Rafel“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Danjel 7: 9,10,13,14 Eluf ta’ eluf kienu jaqduh. jewApokalissi 12: 7-12aMikiel u l-anġli tiegħu tqabdu mad-dragun.2. Salm 137: 1-5 Quddiem l-anġli niżżikħajr, Mulej.3. Ġwanni 1: 47-51 Intom għad taraw l-anġli ta’ Alla.L-Anġli Mqaddsa – Mikiel, Gabrijiel u Rafel Illum il-Knisja tagħmel il-festa tal-Arkanġli San Mikiel, San Gabrijel u SanRafiel. Fir-Riforma tal-Kalendarju Universali tal-Knisja fl-1970, it-tliet Arkanġli,li isimhom jissemma fil-Kotba Mqaddsa, bdew jiġu mfakkrin flimkien. San Mikiel huwa meqjus bħala l-ewlieni tal-qtajja’ tas-sema. Jissemma filktiebta’ Danjel (Kapi 10,13; 12,1) bħala l-protettur tal-Poplu Magħżul ta’Israel; jissemma wkoll fit-Testment il-Ġdid fl-ittra tal-appostlu San Ġuda(Ġuda 6) u fl-Apokalissi ta’ San Ġwann (Apok. 12:7). Ismu jfisser: Min hu bħalAlla? Il-qima lejh bdiet fil-Lvant, aktarx fil-Friġja, fejn kien miżmum bħala l-protettur speċjali tal-morda. Dehra tiegħu f’Monte Gargano, fis-SE tal-Italja,żdiedet il-qima lejh fil-Punent, u bażilka magħrufa f’Via Salerja f’Ruma kienetmibnija għall-ġieħ tiegħu. Il-festa ta’ San Mikiel fid-29 ta’ Settembru kienet ilfestali tfakkar id-dedikazzjoni ta’ din il-bażilka fis-seklu 6. San Mikiel, bħalmafit-TQ kien meqjus il-Protettur tal-Poplu Magħżul ta’ Alla, hu issa meqjusbħala l-protettur tal-Knisja, il-Poplu ġdid t’Alla. Anki San Gabrijel (li ismu jfisser “il-Qawwa ta’ Alla”) jissemma fil-ktieb ta’Danjel, kif ukoll fl-Evanġelju ta’ San Luqa. Hu msejjaħ l-Anġlu tal-Annunzjazzjoni għax kien hu li ħabbar lil Marija t-twelid ta’ Ġesù, kif ukollqabel kien ħabbar lil Żakkarija t-twelid ta’ Ġwanni l-Battista. Il-festa tiegħuddaħħlet fil-Knisja universali fl-1921. San Rafel (“id-Duwa ta’ Alla”) jissemma biss fit-TQ fil-ktieb ta’ Tobit fejn hujidher bħala l-anġlu li wassal lil iben Tobit fil-vjaġġ li kellu għal Raġes u ħelsuminn diversi perikli. Minħabba f’hekk hu msejjaħ bħala protettur fil-vjaġġi. Xikittieba antiki kienu jżommu li l-anġlu li jissemma fl-Evanġelju ta’ San Ġwann(5,14) li kien jinżel fl-għadira ta’ Bethesda jċaqlaq l-ilma, u min kien jinżel l-ewwel kien ifiq, kien San Rafel Arkanġlu. Il-festa tiegħu daħlet fil-Knisja kollhatal-Punent fl-1925.56 SIGNUM FIDEI

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!