12.07.2015 Views

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

Il-Ħamis, 27 ta’ SettembruBeatu Br. Scubillion Rousseau – missjunarju, frère ta’ S. Ġw. Battista De La SalleSan Vinċenz de Paul – saċerdot 1581-1660Beatu Innocenz ta’ Berzo – presbiteruBeati Ġużepp Calasanz u Enriku Saiz u Sħabhom - martri“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Qoħelet 1: 2-11 Xejn ġdid m’hemm taħt ix-xemx.2. Salm 89: 3-6,12-14,17 Mulej, int kenn għalija.3. Luqa 9: 7-9 Lil Ġwanni qtajtlu rasu; min hu dan li fuqu qiegħednisma’ dan kollu?BROTHER SCUBILION ROUSSEAU – frère ta’ S. Ġwann Battista De La Salle,appostlu tal-ilsiera tal-gżira ta’ Reunion Bħala ġuvni devot f’raħal twelidu f’Burgundy, Franza, Jean Bernard Rousseaukien jaħdem bħala katekista meta laqqgħuh mal-Brothers li kienu għadhom kiffetħu skola f’raħal qrib. Huwa beda n-novizzjat f’Pariġi fl-1822. Wara għaxar snin fl-iskejjel primarjimadwar Franza, Brother Scubilion telaq minn Franza fl-1833 biex jiddedika l-aħħar 34 sena lill-ilsiera nattivi fil-gżira ta’ Reunion fl-Oċean Indjan. Imfakkar bħala l-katekist tal-ilsiera, huwa beda l-lezzjonijiet ta’ filgħaxija, fejnkienu qegħdin jattendu numru tajjeb, anki wara ġurnata twila ta’ xogħol iebes.Huwa fassal programmi speċjali u tekniki tajbin għall-bżonnijiet tagħhom,sabiex jgħallimhom il-bażi tad-duttrina kristjana u l-moralita` u jippreparahomsabiex jirċievu s-sagramenti. Huwa rebaħ il-fiduċja tagħhom bil-ġenerożita` tiegħu u bir-rispett lejhom.Wara l-emanċipazzjoni tal-ilsiera fl-1848, huwa kompla jieħu ħsiebhom ujgħinhom jadattaw ruħhom għal ħajja ġdida ta’ ħelsien u responsabbiltà. Fl-aħħar snin ta’ ħajtu, għalkemm saħħtu ma kinitx tajba, għen lis-saċerdottar-raħal idur jara lill-morda, jirbaħ lill-midinbin, iħeġġeġ il-vokazzjonijiet u ankijagħmel dak li deher bħala fejqan mirakoluż. F’mewtu kull persuna fuq il-gżiraqimitu bħala qaddis. Ġie bbeatifikat fit-3 ta’ Mejju 1989.SAN VINĊENZ DE PAUL - saċerdotSan Vinċenz de Paul twieled fil-Lbiċ ta’ Franza fl-1581. Wara l-istudji ordna qassis,u bagħtuh kappillan ta’ parroċċa f’Pariġi. Waqqaf il-Kongregazzjoni tal-Missjonigħall-formazzjoni tal-kleru u għall-għajnuna tal-foqra. Id f’id ma’ Santa Ludovika deMarillac waqqaf ukoll kongregazzjoni ta’ sorijiet. Miet f’Pariġi fl-1660.52 SIGNUM FIDEI

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!