12.07.2015 Views

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SHOW MORE
SHOW LESS

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

Riflessjoni tal-Vanġelu: It-tagħlim ta’ Ġesu fuq dak li kien ritwalment nadif jew maħmuġ kienetkwistjoni taħraq kemm matul il-ministeru tiegħu fuq l-art u kif ukoll wara, metal-Ġentili bdew jikkonvertu u jingħaqdu mal-Knisja. Alla kien ta lill-poplu Lhudiliġijiet dettaljati fuq l-ikel u l-indafa (ara Levitiku 11). Hawnhekk Ġesu jikkonfronta żewġ kwistjonijiet: il-liġijiet li żdiedu mill-bnedminu x’inhu dak li verament jagħmel lil xi ħadd maħmuġ jew nadif. Jidher li matulis-snin il-mexxejja reliġjużi żiedu l-liġijiet tagħhom ma dawk ta’ Alla. Agħarminn hekk bdew jagħtu prominenza lil dawn il-liġijiet li għamlu huma bla maqiesu l-liġijiet oriġinali li kien tagħom Alla. Ġesu sfida tradizzjoni Lhudija antika ħafna. M’humiex l-affarijiet ta’ barra,bħal dawk li tiekol, li jagħmluk maħmuġ, imma dak li għandek f’qalbek. Huhawnhekk li ħsibijiet ħżiena jinbtu u jwasslu għal azzjonijiet ħżiena. Ġesu mhux interessat f’nies li jagħmlu u jgħidu ”dak li hu tajjeb” jekk l-attitudnita’ qalbhom mhix tajba. Ħafna mill-Fariżej kienu tilfu t-triq. Alla jridna nqimuhu naqduh b’qalb safja mimlija mħabba.IL-BEATI BROTHERS MARTRI TAR-RIVOLUZZJONI FRANĊIŻA -Brs.Solomon, Leon, Roger, u Uldaric Fl-1790, il-Kostituzzjoni Ċivili tal-Kleru tat lill-istat il-kontrol assolut tal-KnisjaFranċiża. Sabiex tkompli taħdem, il-qassisin u r-reliġjużi kienu obbligati lijieħdu ġurament biex jappoġġjaw il-Kostituzzjoni. Ħafna mill-Brothers m’aċċettawx u għalhekk kienu obbligati sabiex jitilqu milliskejjelu l-komunitatjiet. Iktar tard, l-Istitut neħħewlu l-istatut legali tiegħuminn Franza. Bro. Solomon Leclercq kien is-segretarju ta’ Bro. Agathon, is-SuperjurĠenerali. Kien qiegħed jgħix waħdu f’Pariġi waqt li s-superjur baqa fid-darċentrali barra mill-belt. Bro. Solomon kiteb ittri lill-familja tiegħu li juru spirtureliġjuż qawwi fi żmien ta’ biża. Huwa m’aċċettax li jieħu l-ġurament u ġie arrestat fil-15 ta’ Awissu 1792 umiżmum f’monasteru Karmelitan flimkien ma’ numru ta’ isqfijiet u qassisin.Fit-2 ta’ Settembru, l-priġunieri nġiebu f’parti fil-ġnien tal-monasteru fejnhemmhekk ġew maqtula. Bro. Solomon ġie bbeatifikat fl-17 ta’ Ottubru 1926. Tliet Brothers oħra, Bro. Roger, Bro. Leon u Bro. Uldaric kienu fost dawk ilqassisinu reliġjużi li kienu magħluqa f’vapuri antiki li servew bħala ħabs talpriġunierifl-assedju tal-port ta’ Rochefort fejn issaportew offiżi u ċaħdiet. Lil Bro. Roger Faverge li kien Direttur fl-iskola ta’ Moulins ħaduh fi gżira filportfejn miet fl-eta ta’ 49 sena. Bro. Leon Mopinot li kellu 68 sena u li kien ukoll fl-iskola ta’ Moulins, mietwara xaharejn fuq l-istess vapuri. Br. Uldaric Guillaume kompla jagħallem bil-moħbi wara li l-iskola tiegħu kienetingħalqet. Hu miet wara 15-il xahar ta’ priġunerija u ndifen ma’ priġunieri oħraf’qabar mingħajr isem fuq gżira fil-port.SIGNUM FIDEI 5

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!