12.07.2015 Views

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SHOW MORE
SHOW LESS

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

It-Tnejn, 24 ta’ SettembruBeata Columba Gabriella Sagheddu – verġniSan Paċifku minn San Saverino – presbiteru“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Proverbi 3: 27-34 Il-Mulej jistmerr lil min hu ħażin.2. Salm 14: 2-5 Il-ġust jgħammar f’darek, Mulej.3. Luqa 8: 16-18 Il-musbieħ jitqiegħed fuq l-imnara, biex kull min jidħolġewwa jara d-dawl.BEATA MARIJA GABRIELLA SAGHEDDU (1914-1939) Marija Sagheddu - l-isem Gabriella żdied wara li daħlet reliġjuża - twieldetf’Sardinja, fis-17 ta’ Marzu 1914, il-ħames minn tmien ulied li sfaw orfni minnmissierhom f’età żgħira. Kellha tfulija sempliċi ħafna. Meta ommha ħajritha tidħol fl-Azzjoni Kattolika,Marija għall-ewwel ma riditx għax dehrilha li kienet għadha mhix ippreparatatagħmel id-dmirijiet tagħha sewwa, iżda mbagħad daħlet b’ruħha u ġisimha. F’Marija kienu jidhru l-karatteristiċi ta’ fedelta’, sens kbir ta’ dover, qawwa ta’karattru u safa intransiġenti - kif ukoll dawk ftit u xejn negattivi: ras iebsa u xiftit vjolenti. Ma kinetx tfajla li minn ċkunita wriet sinjali ta’ qdusija. Ta’ 18-il sena Marija ltaqgħet mal-Mulej f’ċirkustanzi li ma tantx nafu fuqhom– nafu biss li ta’ din l-età ħajjitha nbidlet għal kollox, u tat lilha nfisha għalħajja ta’ talb u għall-prattika sħiħa tar-reliġjon, kif ukoll iddedikat ruħha għallħidmata’ karità. Ta’ 21 sena, bl-għajnuna tal-kappillan, iddeċidiet li tikkonsagra lilha nfishakollha kemm hi ’l Alla u tingħaqad mas-sorijiet Trappisti fil-monasterju ta’Grottaferrata, qrib Ruma. Fi tmiem Settembru 1935 sellmet għall-aħħar darba lil pajjiżha u lil niesha.Fit-13 ta’ April 1936 ħadet il-libsa reliġjuża u fil-31 t’Ottubru tal-istess senapprofessat bl-isem ta’ Marija Gabriella. Żewġ elementi li nsibu jaħkmu l-ħajja ġdida ta’ Gabriella fil-ħajja monastika: l-ewwel kien li tħossha li għandha trodd ħajr lil Alla għall-ħniena li weramagħha li sejħilha biex tkun kollha kemm hi tiegħu. Kienet tħobb ixxebbahlilha nfisha mal-Iben il-Ħali li reġa’ lura f’dar missieru. It-tieni element kien ixxewqali twieġeb għal din il-grazzja li taha Alla bil-ħeġġa kollha tagħha biex,dak li beda Alla magħha, jiġi mitmum sal-aħħar. F’jum il-professjoni, li ħabat nhar il-festa ta’ Kristu Re, għamlet “l-offertażgħira” tagħha: “Mulej, agħmel minni dik li trid.” U kien proprju l-Mulej li aktar’il quddiem wassalha biex toffri ħajjitha għall-Għaqda bejn il-Knejjes.SIGNUM FIDEI 47

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!