12.07.2015 Views

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

L-Erbgħa, 19 ta’ SettembruSan Gennaro – isqof u martriSan Franġisk Maria minn Camporosso – reliġjużSan Alfons de Orozco – presbiteruSant’Emilja De Rodat - reliġjuża“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1.1Korintin 12: 31 - ; 13:1, 3 Issa hawn fidi, tama u mħabba: il-kbira fosthom hi l-imħabba.2. Salm 32: 2-5.21,22 Imbierek il-poplu li l-Mulej għażel b’wirtu.3. Luqa 7: 31-35 Lil min jixbhu n-nies ta’ dan iż-żmien?SANT’EMILJA DE RODAT - reliġjuża Twlieldet fil-belt ta’ Rodez fi Franza fl-1787. Ta’ 18-il sena ħaduha tgħix ma’nannitha fil-Kastell ta’ Ginals, qrib Villefranche-de-Rouerge, marret l-iskolaf’Maison Saint Cyr fejn ta’ 18-il sena bdiet tgħallem hija stess. Bil-permess tal-konfessur tagħha, Monsinjur Marty, daħlet mas-Sorijiet ta’Nevers ġo Figeac, ma’ dawk tal-Picpus F’Cohars, u mal-oħrajn tal-ĦnienaF’Moissac, imma kull darba ma tipperseverax. Fehmet allura li s-sejħa tagħha kienet li tiddedika ħajjitha għat-tagħlim tat-tfal.Fl-1816, tat bidu għall-Kongregazzjoni tas-Sorijiet tas-Sagra Familja ta’Villefranche. Iltaqgħet ma’ provi u diffikultajiet kbar, fosthom il-mewt ħesremta’ diversi sorijiet, il-mewt ta’ Monsinjur Marty fl-1835, u fl-aħħarnett il-mardkiefer li laqatha, li rrendiha kważi truxa. Ma’ dan iltaqgħet ma’ dak li San Ġwann tas-Salib isejjaħ il-“Lejl Mudlam”,imma ma tilfet qatt il-fiduċja tagħha f’Alla. Sa mill-1843, is-sorijiet tagħha bdew iżuru l-ħabsijiet, u fetħu djar għax-xjuħ, l-iltiema u għan-nisa fil-periklu. F’April 1852, tfaċċa tumur kanċeruż f’għajnhax-xellugija. Mietet ta’ 65 sena fid-19 ta’ Settembru 1852, u ġiet ikkanonizzata mill-PapaPiju XII fit-23 t’April, tas-Sena Mqaddsa 1950. Ħalliet warajha dakinhar li mietet mhux inqas minn 38 kunvent, barra minnoħrajn ta’ klawsura stretta. Il-fdal tagħha jinsab meqjum Villefranche-de-Rouergue, fil-knisja tas-Sagra Familja tas-sorijiet tagħha.Riflessjoni: Nistaqsi lili nnifsi:Jien min-naħa tiegħi x’eżempju ta’ fidi, ta’ mħabba, jien, meta niltaqa’ ma dak,ma’ dik, ma’ dawk?Int u jien naffetwaw lil xulxin f’dak li aħna nagħmlu u ngħidu! Bro. Louis38 SIGNUM FIDEI

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!