12.07.2015 Views

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

It-Tlieta, 18 ta’ SettembruSan Ġużepp ta’ Copertino – reliġjużSan Ġwann Macias – reliġjużBeatu Vittore III - Papa“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. 1Korintin 12: 12-14,27-31a Intom il-ġisem ta’ Kristu, u membri tiegħu.2. Salm 99: 2-5 Aħna l-poplu tiegħu u n-ngħaġ tal-merħla tiegħu.3. Luqa 7: 11-17 Żagħżugħ, qiegħed ingħidlek, qum!SAN ĠUŻEPP TA’ COPERTINO (1603-1663) Kien jismu Ġużeppi Marija Desa u twieled f’Copertino (Lecce), l-Italja, ibenwieħed jagħmel il-karrijiet. Ommu wellditu fi stalla tal-pajjiż. Ġużeppi ma kellux wisq tagħlim, għax ma tantx attenda skola minħabba l-faqar u l-mard. Terġa’ hu kien tifel moħħu ma jagħtihx u jitlagħlu malajr.Ipprova jitgħallem is-sengħa ta’ skarpan, iżda ma rnexxilux. Ipprova jidħol f’kunvent. Il-Franġiskani Konventwali ma ridux idaħħluhmagħhom u l-Kappuċċini bagħtuh lura wara 8 xhur. Fl-aħħar kien milqugħ bħala qaddej mill-Konventwali u ngħata l-abitu bħalamembru tat-terz’ordni. Sar ġwejjed, umli u jagħmel penitenzi u minkejja ħafna diffikultajiet, hu ġieordnat saċerdot. Huwa beda jkollu ħafna estasijiet, kien iwettaq mirakli ta’ fejqan u kellu ħafnaġrajjiet sopranaturali. Kien ukoll jinqata’ mill-art. Biex jevitaw il-ħafna nies likienu jiġu jfittxuh, is-superjuri tiegħu kienu jibagħtuh minn kunvent għall-ieħor,iżda l-folol kienu jsibu fejn ikun. Għal 35 sena sħaħ ma kienx imħolli li jqaddesfil-pubbliku. Il-qaddis kellu d-don tax-xjenza infuża u minħabba f’hekk kienu jfittxuh għallparirianki t-teoloġi. Kien jaf jaċċetta t-tbatija bl-akbar sempliċità. Kien il-ħin kollu jħeġġeġ lin-nies:“Itolbu, itolbu! Jekk intom imħabbtin bin-nixfa jew distrazzjonijiet, għidu t-talbatal-Missierna u tkunu qegħdin titolbu vokalment u mentalment.” San Ġużepp ta’ Copertino miet fil-kunvent ta’ San Franġisk f’Osimo fit-18 ta’Settembru 1663 meta kellu 60 sena. Kien dikjarat beatu fl-24 ta’ Frar 1753 mill-papa Benedittu XIV, u dikjaratqaddis fis-16 ta’ Lulju 1767 mill-papa Klement XIII. Hu l-qaddis imsejjaħ mill-istudenti għal waqt l-eżamijiet.36 SIGNUM FIDEI

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!