12.07.2015 Views

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

It-Tnejn, 17 ta’ SettembruSan Albertu ta’ Ġerusalemm – isqofSan Robertu Bellarmino – isqof u duttur tal-KnisjaSanta Ildegarda – verġniL-għoti tal-pjagi lil San Franġisk ta’ Assisi“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. 1Korintin 11: 17-26,33 Jekk hemm firda bejnietkom, mhux l-ikla tal-Mulejtkunu tieklu.2. Salm 39 : 7-10,17 Ixxandru l-mewt tal-Mulej sa ma jiġi.3. Luqa 7: 1-10 Anqas f’Israel ma sibt fidi bħal din.SAN ROBERTU BELLARMINU - isqof u duttur tal-Knisja. (1542-1621) Robertu kien it-tielet minn għaxar ulied ta’ familja nobbli li fiha t-talb u l-qadital-oħrajn kellhom importanza kbira. Huwa kien neputi tal-Papa Marċell II.Daħal fil-Kumpanija ta’ Ġesù meta kellu 18-il sena. Kien ordnat saċerdot nharil-Lunzjata, fil-25 ta’ Marzu 1570. Robertu kien bniedem qasir ħafna tant li kemm-il darba kellu juża bankettabiex jipprietka f’pulpti għoljin fl-Ewropa. Hu kien ukoll ta’ saħħa dgħajfa imma,fl-istess ħin, kien ġgant f’ħafna ħwejjeġ oħra: kellu enerġija u talent għalkollox: studji, tagħlim, il-pulptu, direzzjoni spiritwali, amministrazzjoni u – flerba’snin li għamel bħala Arċisqof ta’ Capua – kura pastorali. It-talent tiegħu jidher ukoll fil-pubblikazzjonijiet: grammatika tal-ilsien Lhudi,żewġ katekiżmi li kisbu suċċess kbir, l-opra “Kontroversji” f’4 volumi li biha sarl-aqwa apoloġista tal-Kontro-Riforma, u, ftit xhur qabel miet, ħareġ il-ktieb “L-Arti Ta’ Kif Tmut Tajjeb.” Huwa sar librar tal-Vatikan. Fl-1598 ġie nominat kardinal kontra xewqtu. Fl-appartament tiegħu fil-Vatikanhu kien jiekol biss ikel milli jkun ippreparat għall-fqar. Uża l-purtieri tal-kmamartiegħu biex isiru lbiesi għall-fqar għax, qal, il-ħitan ma jħossux bard. Fl-1602 ġie maħtur arċisqof ta’ Capua, fejn qeda tant tajjeb il-missjoni tiegħuta’ ragħaj spiritwali. Kien imsejjaħ Ruma wara erba’ snin (1605) biex jaħdem għad-difiża tal-Knisjakontra l-ereżiji ta’ żmienu. Għal 15-il sena kien l-aktar kardinal imsemmi fil-Kurja. Kellu parti ewlenija fil-kwistjoni li nqalgħet ma’ Galileo Galilei, li kienħabib tiegħu. Robertu Bellarminu miet fis-17 ta’ Settembru 1621 fin-novizzjat tal-Ġiżwitiwara li rreċita l-Kredu u rċieva l-barka tal-Papa. Kellu 79 sena. Hu l-patrun tal-Katekisti u tal-Katekumeni. Piju XI iddikjarah qaddis fl-1930 uduttur tal-Knisja 1931.34 SIGNUM FIDEI

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!