12.07.2015 Views

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

Is-Sibt, 1 ta’ SettembruSanta Tereża Margarita Redi – Reliġjuża Tereżjana“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. 1Korintin 1: 26-31 Alla għażel il-ħwejjeġ dgħajfa tad-dinja.2. Salm 32: 12,13,18,19,20,21 Imbierek il-poplu li l-Mulej għażel b’wirtu.3. Mattew 25 : 14-30 Int kont fidil fil-ftit: idħol fil-hena ta’ sidek.SANTA TEREŻA MARGARITA REDI - Reliġjuża Tereżjana. (1847-1770) Anna Marija Redi twieldet f’Arezzo fl-1747, minn waħda mill-aħjarfamilji ta’ dik il-belt. Minn ċkunitha wriet ġibda kbira lejn it-tjubija. Ta’ sitt snin kienet sikwiettistaqsi: “Għiduli, min hu Alla?” Bagħtuha bħala boarder fil-monasteru tal-Benedittini ta’ Santa Appolonja f’Firenze biex titgħallem l-iskola u dak kollumeħtieġ għall-ħajja. Aktar milli fit-tagħlim ieħor hi kienet issib il-gost tagħha fittalbu l-qima lejn il-Qalb ta’ Ġesù. Sakemm damet mal-Benedittini trawmet ħafna fil-ħajja tal-liturġija. Barra minnhekk, missierha Nazju, li kien iżurha spiss, kien jagħtiha ħafna pariri siewjadwar it-talb u t-tjubija. Meta ta’ 16-il sena ntemm iż-żmien tagħha fil-monasteru u reġgħet ingħaqdetmal-familja tagħha f’Arezzo, bdiet taħseb biex tingħaqad mal-KarmelitaniSkalzi. Ta’ 17-il sena, u preċiżament fl-1 ta’ Settembru 1764, reġgħet marret Firenze,did-darba biex tidħol fil-monasteru Tereżjan fejn ħadet l-isem ta’ Suor TereżaMargerita tal-Qalb ta’ Ġesù. Hija kellha bħala direttur spiritwali lil Patri Alfonsta’ S. Lwiġi Gonzaga li għaraf imexxiha ’l quddiem fil-ħajja tal-qdusija. Darba, hija u taqra l-brevjar fil-kor, nhar il-Pentekoste 1767, waqgħu taħtgħajnejha l-kliem mill-Ittra ta’ San Ġwann “Alla huwa mħabba” (I Ġw 4,16).Ma setgħetx tkompli taqra aktar daqskemm ħassitha milquta minn dak ilkliem,li fih għarfet kif Alla huwa mħabba fih innifsu u kulma jagħmel huwamħabba u mmexxi fl-istess ħin mill-imħabba. Kienet tħobb il-ħajja moħbija fl-imħabba lejn Alla u fil-penitenza. Fil-ħamessnin li damet soru hija wżat l-opportunitajiet kollha li offritilha l-ħajja talklawsurabiex taqdi b’mod erojku u bla waqfien lil oħrajn, speċjalment ilmordatal-komunità tagħha. Ħajjitha ntemmet ħesrem minn peritonite fis-7 ta’Marzu 1770 ta’ 22 sena. Piju XI iddikjaraha beata fl-1929 u fid-19 ta’ Marzu 1934 l-istess Papaddikjaraha wkoll qaddisa. It-tifkira tagħha ssir fl-1 ta’ Settembru b’tifkira ta’meta daħlet reliġjuża.SIGNUM FIDEI 3

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!