12.07.2015 Views

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

Il-Ġimgħa, 14 ta’ SettembruL-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Numri 21: 4b-9 Meta xi ħadd kien jisfa’ migdum, kien iħares lejh u jfiq. jewFilippin 2: 6-11 Ċekken lilu nnifsu; għalhekk Alla għollieh sas-smewwiet.2. Salm 77: 1,2,34-38 Tinsewx l-għemejjel kbar ta’ Alla.3. Ġwanni 3: 13-17 Jinħtieġ li Bin il-bniedem ikun merfugħ.Nadurawk O Ġesù u nfaħħrukgħax b’salibek u l-mewt tiegħekInti fdejtna.L-EŻALTAZZJONI TAS-SALIB IMQADDES Wara li l-ġisem imqaddes ta’ Ġesu’ tniżżel minn fuq is-salib u tpoġġa fil-qabar,neħħew is-salib minn postu, tefgħuh ġo ħofra u radmuh. Xi tlett mitt sena wara, għall-ħabta tas-sena 327, fi żmien Kostantinu, metafuq il-Knisja kienet reġgħet feġġet il-paċi, San Markarju, isqof ta’ Ġerusalem,imħeġġeġ u megħjun minn Santa Elena waqt li kienet f’pellegrinaġġ fl-ArtijietImqaddsa (326-327), ta ordni ħalli jinstabu l-imkejjen sagri. Hekk fost affarijietoħra nstabu l-qabar ta’ Kristu, il-Kalvarju u s-Salib Imqaddes. Kostantinu bena knisja fuq il-post fejn instab is-Salib, li l-konsagrazzjonitagħha saret fl-14 ta’ Settembru 335. Fis-sena 614, ir-Re Kosroe II tal-Persjani kien għamel ħerba minnĠerusalemm u mill-Artijiet Imqaddsa, u ġarraf jew ħaraq bosta knejjes uistituti reliġjużi nsara. Fost kollox kien karkar miegħu biċċa kbira tas-Salib likienet miżmuma ġo relikwarju bil-ġawhar. L-Imperatur Eraklju ta’ Kostantinopli, wara li ma rnexxilux jasal fi ftehim mal-Persjani, mexxa l-armati tiegħu kontrihom. Fis-sena 627, Kosroe II ħarab uġie maqtul minn ibnu Siroe. Eraklju wasal fi ftehim ma’ Siroe, u fost affarijiet oħra ħa r-relikwa tas-Salibf’Kostantinopli fejn kellha laqgħa trijonfali. Fis-sena 629, Eraklju ħa s-Salib lura Ġerusalemm. Meta wasal fit-triq li kienettagħti għall-Kalvarju, neħħa l-ilbies ta’ imperatur minn fuqu, libes ilbiesordinarju u ħafi, wassal ir-relikwa tas-Salib u taha lil Żakkarija, patrijarka ta’Ġerusalemm. Din hi l-ġrajja li l-Knisja qed tfakkarna fiha llum. Inċidentalment, Rohault de Fleury għamel tfittix bir-reqqa, u wera (Memoiresur les Instruments de la Passion, Paris, 1870) li jekk tiġbor flimkien ir-relikwiSIGNUM FIDEI 27

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!