12.07.2015 Views

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SHOW MORE
SHOW LESS

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

Il-Ħamis, 13 ta’ SettembruSan Ġwann Kriżostmu – isqof u duttur tal-Knisja“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. 1Korintin 8: 1b-7,11-13 Meta tfieru l-kuxjenza dgħajfa ta’ ħutkom, tkunuqegħdin tidinbu kontra Kristu.2. Salm 138: 1-3,13-14b,23-26 Mexxini, Mulej, fit-triq ta’ dejjem.3. Luqa 6: 27-38 Ħennu, bħalma hu ħanin missierkom.SAN ĠWANN KRIŻOSTMU - isqof u duttur tal-Knisja (c.350-407) Ġwanni twieled f’Antjokja, u kien imrobbi ta’ nisrani minn ommu Antusa, liromlot meta kien għad kellha biss 20 sena. Huwa studja l-liġi u r-rettorika, jiġifieri s-sengħa kif titkellem fil-pubbliku. Huwarnexxa ħafna f’dan. Mill-magħmudija tiegħu li rċieva f’żgħożitu hu dejjem fittex il-ħajja spiritwali.Huwa għadda sitt snin bħala eremit, sentejn minnhom waħdu ġewwa għar.Hemmhekk Ġwanni kien jitgħallem bl-amment it-Testment il-Ġdid, isum ujorqod ftit, tant li saħħtu marret lura, u kellu jerġa’ jmur fil-belt. Huwa kien ordnat saċerdot ta’ 32 sena mill-isqof Fabjanu, li mbagħad għażellil Ġwanni bħala kolloboratur tiegħu. Fis-sena 387 l-imperatur għamel taxxaiebsa u l-poplu rvella. Ġwanni Kriżostmu, li kien għadu fl-ewwel sena tassaċerdozjutiegħu, irnexxielu jikkontrolla ’l-poplu u jġib il-paċi. Hu kien jippriedka, kultant anke għal sagħtejn sħaħ, bin-nies entużjażmati, likultant kienu jinfexxu jċapċpu. Fis-sena 398, wara l-mewt tal-isqof Nettarjo, Ġwanni nħatar patrijarka ta’Kostantinopli. Imma hu baqa’ jgħix ħajja sempliċi, u jagħti flusu lill-fqar. Hu neħħa mill-kariga kjeriċi u isqfijiet li ma kinux denji; tkellem bla biża’ kontral-vizzjijiet u ddefenda l-foqra u l-maħqura. Kif wieħed jistenna, hu kellu ħafna għedewwa, l-aktar mill-għonja u s-suppervi. L-imperatriċi Ewdossja u xi nisa oħra tal-qorti fissru xi kliem ta’ Ġwanni bħalali ntqalu għalihom. Il-patrijarka ta’ Lixandra Teofilu, bniedem bla skruplu,ħadem minn taħt biex San Ġwann ġie kkundannat minn sinodu ta’ isqfijiet ueżiljat mill-Imperatur Arkadju f’Cucusus fl-Armenja fejn dam tliet snin. Wara l-qaddis ittieħed f’vagun miġbud mill-barrin f’post aktar ’il bogħod ħdejn il-Baħarl-Iswed fejn miet fit-triq minħabba l-istrapazz u l-għejja. Kien l-14 ta’Settembru 407. Miet bil-kelmiet fuq fommu: “Glorja lil Alla għal kollox”. San Ġwann Krizostmu hu wieħed mill-Missirijiet il-Kbar tal-Knisja Griega.F’kitba tiegħu fuq San Pawl, il-Kriżostmu jfaħħar lil missirijietna li laqgħu tanttajjeb lil dan l-appostlu wara l-għarqa tiegħu fuq gżiritna. Il-qaddis hu miżmum bħala l-patrun tal-predikaturi.SIGNUM FIDEI 25

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!