12.07.2015 Views

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

It-Tlieta, 11 ta’ SettembruSan Ġwann Gabriel Perboyre – saċerdot u martriBeatu Bonaventura minn Barcinone - reliġjuż“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. 1Korintin 6: 1-11 L-aħwa jħarrku ’l xulxin, u dan quddiem il-pagani!2. Salm 149:1-6,9b Jitgħaxxaq il-Mulej bil-poplu tiegħu.3. Luqa 6:12-19 Għadda l-lejl fit-talb. Imbagħad għażel tnax, li semmiehomappostli.SAN ĠWANN GABRIJEL PERBOYRE - saċerdot martri. (1803-1840) Ġwanni Gabrijel twieled fir-raħal ċkejken ta’ Puech, fi Franza, fi ħdan familjanisranija tassew. Kienu tmien aħwa b’kollox, li ħamsa minnhom daħlu filkongregazzjonita’ San Vincenz de Paul. Kien tant attent fl-istudju u tant magħruf għal tjubitu, li kiseb it-titlu ta’ “qaddisċkejken”. Meta kellu 15-il sena sema’ priedka u tnisslet fih xewqa li jsir missjunarju.Huwa ngħaqad mal-Viċenzjani fil-Milied tal-1818. Kien ordnat saċerdotf’Pariġi fl-1825. Huwa għadda l-ewwel 12-il sena wara l-ordinazzjoni tiegħubħala għalliem, rettur ta’ seminarju u assistent majjistru tan-novizzi waqt lisikwit kien jitlob li jintbagħat fiċ-Ċina. Fl-aħħar qata’ xewqtu u telaq minn Franza għal Macao fil-21 ta’ Marzu 1835. Għal erba’ snin ħadem kemm felaħ u kellu suċċessi tajbin fil-provinċji ta’Honan u ta’ Hupeh. Imbagħad l-imperatur ħareġ l-editt ta’ persekuzzjonikontra l-insara. Wara li kien ilu jaħdem hemm erba’ snin, Padre Perboyre, bħal Ġesù, kienittradut għal ftit flus minn wieħed mill-insara ġodda tiegħu u mogħti f’idejn l-awtoritajiet. Għal sena sħiħa Ġwann Gabrijel sofra torturi tal-biża’ magħluq ġoċella kollha ntiena għax irrifjuta li jgħaffeġ salib taħt saqajh jew li jittradixxi lilsħabu. Stampawlu fuq wiċċu erba’ karattri Ċiniżi li jfissru “Għalliem ta’ reliġjonfalza.” Hu kien ikkundannat għat-tgħalliq fuq salib flimkien ma’ ħames kriminali. Ftitqabel qatluh irnexxielu għal ftit mumenti jinżel għarkupptejh jitlob, u, minn taħtl-ilsien lissen: “Missier, f’idejk nerħi ruħi.” U hekk, fost tbatijiet ħorox sal-aħħar,radd ruħu lill-Mulej. Kien il-jum tal-Ġimgħa, 11 ta’ Settembru 1840. Sentejn biss wara mewtu, Papa Girgor XVI iffirma d-digriet għall-introduzzjonital-beatifikazzjoni ta’ Ġwann Gabrijel Perboyre. Ljun XIII niżżlu mal-beati fl-1889, u Ġwanni-Pawlu II niżżlu fil-lista tal-qaddisinfit-2 ta’ Ġunju 1996SIGNUM FIDEI 21

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!