12.07.2015 Views

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SHOW MORE
SHOW LESS

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

Is-Sibt, 8 ta’ SettembruIt-Twelid tal-Imqaddsa Verġni Marija“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Mikea 5: 1-4a Sa ma teħles dik li għandha teħles. jewRum 8, 28-30 Lil dawk li Alla għarafhom mill-bidu, ippredestinahom ukoll.2. Salm 12: 6 Nifraħ b’ferħ kbir fil-Mulej.3. Mattew 1:1-14,18-23 Dak li tnissel fiha hu bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu.IT-TWELID TAL-IMQADDSA VERĠNI MARIJA Bil-festa tal-lum il-Knisja tfakkar misteru li seħħ fil-moħbi u fis-skiet: it-twelidta’ dik li minnha kellu jiġi l-iben t’Alla bħala bniedem. Il-Liturġija Biżantina tintroduċi l-festa tal-lum b’dan il-kliem: “It-twelid tiegħek,ja Omm ta’ Alla, ħabbar ferħ lid-dinja kollha: għax permezz tiegħek feġġet ix-Xemx tal-Ġustizzja, Kristu Alla tagħna.” San Alfons M. de’ Liguori jikteb hekk fuq it-twelid tal-Madonna: “Billi kienetmagħżula biex issir l-Omm tal-Kelma Eterna, din it-tarbija kienet mogħnija bigrazzja hekk kbira li anke fil-mument tat-tnissil bla tebgħa tagħha, hijagħaddiet lill-qaddisin u lill-anġli kollha fil-qdusija għax kienet mogħtija ordniogħla ta’ grazzja li kienet taqbel mad-dinjità tagħha ta’ Omm Alla.” Il-qaddisikompli jgħid: “Ejjew nifirħu ma’ din it-tarbija għażiża tagħna li twieldet hekkqaddisa, hekk għażiża għal Alla, u hekk mimlija bil-grazzja!” Ma nafux b’ċertezza f’liema belt twieldet Marija. Skont tradizzjoni qadima hitwieldet f’Nazzaret għalkemm hemm min iżomm li twieldet f’Ġerusalemm. Ilfestata’ twelidha bdiet fis-Sirja jew fil-Palestina fil-bidu tas-seklu sitta u daħletf’Ruma xi mitt sena wara. F’Malta, il-festa tal-lum insejħulha “tal-Vitorja” għax fiha ssir it-tifkira tar-rebħali missirijietna għamlu fuq il-qawwa tal-Misilmin u li seħħet bħal-lum fl-1565.Minħabba f’hekk illum hu meqjus bħala Jum Nazzjonali. Il-parroċċi tal-Isla, tan-Naxxar u tal-Mellieħa f’Malta, kif ukoll dik tax-Xagħraf’Għawdex, huma ddedikati lill-Madonna taħt dan it-titlu.Riflessjoni fuq Marija Santissima:“Marija kienet sa minn dejjem kollha kemm hi tal-Mulej, u l-ebda nuqqas ma tebba’,l-armonija perfetta li kellha ma’ Alla. Il-ħajja tagħha fuq din l-art kienetikkaratterizzata mit-tkabbir kontinwu u sublimi tal-fidi, it-tama u l-karità. Għal dawkli jemmnu, Marija hija dak is-sinjal imdawwal tal-Ħniena Divina u gwida sigura litmexxina lejn il-qċaċet għoljin tal-qdusija u l-perfezzjoni tal-Evanġelju.”Beatu Papa Ġwann Pawlu II16 SIGNUM FIDEI

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!