12.07.2015 Views

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

Il-Ġimgħa, 7 ta’ SettembruIl-Beatu Frederic OzanamSanta Reġina – verġni u martriSan Klodoald – saċerdotSan Stiefnu Pongracz u San Melkjor Grodziecki - presbiteri Ġiżwiti, martriSan Marku Krizecanin - kanonku ta’ Strigonja, martri“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. 1Korintin 4: 1-5 Il-Mulej jikxef il-fehmiet mistura tal-qlub.2. Salm 36: 3-6.27,28,39,40 Is-salvazzjoni tal-ġusti mill-Mulej.3. Luqa 5: 33-39 Meta jeħdulhom lill-għarus minn magħhom, imbagħadisumu.IL-BEATU FRÉDÉRIC OZANAM (1813 –1853) Frédéric Ozanam, il-Fundatur tas-soċjetajiet ta’ San Vincenz de Paul, twieledMilan minn ġenituri Franċiżi. Ftit wara t-twelid tiegħu, il-ġenituri reġgħu marruLyons, pajjiż missieru, u trabba’ f’dik il-belt qalb id-dħaħen tal-fabbriki u l-miżerja tal-ħaddiema tal-ħarir, li minħabba l-ġuħ, kemm-il darba kienu jqajmurewwixti. Il-qagħda tal-ħaddiema xejn ma kienet tajba, u hu ħass li kellu jirreaġixxikontra l-inġustizzji. Iżda ħass ukoll li qabel kellu jistudja l-qagħda sewwa. U,waqt li beda jistudja l-liġijiet li għandhom imexxu d-dinja soċjali, induna li,qabel kollox, qabel kull pjan, kien meħtieġ li jingħata l-ħobż lill-imġewħin. Kellu sewwa sew 20 sena meta, fl-1833, waqt li kien jistudja f’Pariġi, flimkienma’ seba’ żgħażagħ oħra, beda l-ewwel soċjetà ta’ San Vinċenz de Paul. Ozanam kellu karriera professjonali sabiħa. Ta’ 23 sena (fl-1836) sar dutturtal-liġi, u f’dik l-istess sena professur fil-Liġi Kummerċjali f’Lyons. Erba’ sninwara, fl-1840, ġie magħżul Professur fl-Università magħrufa ta’ Sorbonne. Ozanam kien ukoll storiku profond fuq l-epoki mbiegħda, u fil-kitba tiegħujurina l-ħin kollu kif kellha tkun il-Knisja biex ġiet salvata l-letteratura klassika.Huwa kiteb ħafna fuq il-qagħda mwiegħra tal-ħaddiema, li tliet kwartiminnhom kienu jgħixu fil-miżerja u fil-ġuħ, u mhux biss fi Franza. L-aktar paġni impressjonanti ta’ Ozanam dwar dan is-suġġett kitibhom wara lifl-1851 żar l-Ingilterra u baqa’ miblugħ quddiem il-miżerja li sab hemm. Fi Franza s-sitwazzjoni ma kinitx aħjar, u meta faqqgħet ir-rivoluzzjoni tal-1848, Ozanam ma stagħġeb xejn. Kien ilu jara l-indifferenza kolpevoli ta’dawk li kellhom il-ġid u l-għana u l-ħerqa eżaġerata tagħhom biexjikkonservaw ir-rikkezzi tagħhom. Ċerti riformi li wettaq il-Papa Beatu Piju IX14 SIGNUM FIDEI

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!