12.07.2015 Views

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

kien wieħed mis-sittax predikaturi li ffurmaw in-nukleju li minnu San Duminkubeda l-Ordni tal-Predikaturi, u sar wieħed mill-egħżeż sħab ta’ dan il-qaddis. Il-Beatu Ġordanu tas-Sassonja jiddiskrivih hekk: “Kumpann ta’ San Duminkufil-vjaġġi, fil-qdusija u fil-ħeġġa”. Meta l-Ordni Duminkan ġie maqsum fi tmien provinċji, fl-1221 Bertrandu kienmagħżul Pirjol provinċjali ta’ Provence (Franza). Il-Beatu Bertrandu ta’ Garrigue għadda l-aħħar disa’ snin ta’ ħajtu f’ħidmakbira ta’ predikazzjoni fil-pajjiżi ta’ Franza t’Isfel, u waqqaf il-kunvent kbir ta’Marsilja. Inkiteb fuqu li bis-sahriet, is-sawm, u penitenzi oħra rnexxielu jimita tassewmill-qrib l-għażiż fundatur tiegħu. Huwa miet fl-1230 fil-monasteru taċ-ċisterċensi ta’ Bouchet, fejn kien midfun.Il-fdal tiegħu fl-1414 kien meħud għand id-Dumnikani ta’ Orange fejn baqa’sal-1561 meta kien maħruq fil-gwerra tar-reliġjonijiet. Il-Papa Ljun XIII, fl-14 ta’ Lulju 1881, ippermetta li ssir tifkira tiegħu fl-OrdniDuminkan fid-djoċesijiet ta’ Valence u Nîmes u b’hekk ikkonferma l-kult lejh.Riflessjoni:“Kull bniedem jaħsad li jkun żera’; min jiżra’ d-deni, mid-deni jaħsad it-taħsir u l-mewt; u min jiżra’ l-ġid, mill-ġid jaħsad is-saħħa u l-ħajja eterna.”Ittra popolari fuq il-manswetudni – San Ġorġ PrecaMeditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: MTR – Med. 201.1“... Aħseb fuq dak li qal San Pawl, li Alla waqqaf fil-Knisja, appostli, profeti ugħalliema, imbagħad ikkonvinċi lilek innifsek li hu wkoll qiegħdek fil-ministeru tiegħu...”Missierna ...TALBABiddilni Ġesù.Jiena nemmen b’qalbi kollhali inti tista’ tbiddel id-dgħjufija tiegħifi nbid ħelu li jferraħ il-qlub.F’idejk, Mulej, jien nerħi ruħi:ħu f’idejk it-tmun ta’ ħajti.Ikun li trid int, Mulej.Glorja lilek biss, Mulej Ġesù,Ammen.Fwar tal-Qalb – Ronnie GauciSIGNUM FIDEI 13

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!