12.07.2015 Views

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

BEATA MARIJA ASSUNTA PALLOTTA (1978-1905) Marija Assunta twieldet fil-belt żgħira ta’ Force, l-Italja; għammduha l-għadau tawha l-griżma tal-isqof meta kellha sentejn. Missierha, li kien ħaddiem komuni, spiss kien ikun bla xogħol u għalhekk l-omm kienet tara x’tagħmel biex tlaħħaq ma’ familja ta’ ħamsa. Meta Assunta kellha ħdax-il sena, missierha ħalla d-dar biex jara jsibxfortuna, u għalhekk hi bdiet tieħu ħsieb ħutha u taħdem biex tgħin il-familja. Hija tgħallmet taqra u tikteb, kienet tgħin fit-tagħlim tal-katekiżmu, kellhadrawwa li titlob u kienet tħobb bi mħabba speċjali ’l-Madonna. Wara li ħadet il-parir tal-kappillan, ingħaqdet mal-kongregazzjoni tal-Franġiskani Missjonarji ta’ Marija. Marija kienet determinata li ssir qaddisa u litagħmel ir-rieda t’Alla f’kollox. Hija għaddiet ħames snin f’diversi kunventi fl-Italja. Fl-1904 talbet lis-Superjura Ġenerali tiftakar fiha meta jkun hemm ċans tmur f’art tal-missjoni,u dik is-sena stess intbagħtet iċ-Ċina, fejn għaddiet l-aħħar senaf’Shansi, provinċja fit-tramuntana, fejn ħames sorijiet tal-Ordni tagħha ġewmaqtula għall-fidi tagħhom. Hemm xogħolha kien li ssajjar. Hija għaddietminn tiġrib kbir bl-iskrupli. F’Marzu 1905 feġġet epidemija tat-tifu f’Shansi, u, mill-aħħar sitt sorijietli waslu hemm, tlieta rikbu l-marsa, fosthom Marija Assunta Pallotta, limietet fis-7 ta’ wara. It-tjubija tagħha u l-fwieħa misterjuża li mliet il-kamra tagħha 20 minuta qabelmewtha u li damet jumejn sħaħ, qanqlu lil ħafna biex jitolbu l-interċessjonitagħha u Alla wieġeb b’mirakli. Meta fl-1913 saret l-eżumazzjoni, il-ġisem tagħha nstab intatt għalkemm illibsakienet qed titherra. Hija kienet dikjarata beata minn Piju XII fis-7 ta’ Novembru 1954.Riflessjoni:“Nitolbok tifhem il-kliem ta’ Ġesù: ‘Ħobbu lil xulxin bħal ma ħabbejtkom jien’. Staqsililek innifsek, ‘Kif ħabbni Ġesù? Jiena tassew inħobb lill-oħrajn bl-istess mod?’ Jekkma jkollniex din l-imħabba fostna, nistgħu nitqatlu bix-xogħol u dan kollu jkunxogħol u mhux imħabba. Ix-xogħol mingħajr imħabba huwa jasar.”Tereża ta’ KalkuttaMeditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:“... Għandek tintelaq kompletament f’idejn il-providenza Divina ...”F’ittra lil Br. Gabriel Drolin – 4-9-1705SIGNUM FIDEI 11

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!