SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta
SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta
Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:MTR- Med. 4, it-2 parti“... Ftakar li Ġesù hu r-ragħaj it-tajjeb li naqraw fuqu fl-Aħbar it-Tajba. Hu jfittex innagħġal-mitlufa, imbagħad jerfagħha fuq spalltu u jwassalha lura lejn il-merħla.Inti, peress li qed tagħti sehmek fix-xogħol tiegħu, għandek tagħmel l-istess. Ta’spiss itolbu sabiex irattab il-qlub ta’ dawk li inti għandek taħt idejk ...”Missierna ...TALBAMulej,biddel lil ħajti bil-qawwa tiegħek.Iżda għallimni nkun umli għall-ilma,għax l-ilma huwa element sempliċi u umli,għalkemm essenzjali għall-ħajja.L-ilma huwa l-qaddej ta’ kulħaddiżda sab postu fuq l-altarbiex bis-sagrifiċċju tal-quddiesajitħallat mad-demm għażiż tiegħek!Hekk nitolbok li tagħmel b’ħajti wkoll, Mulej.Tħallini qatt nitkabbar.Ammen.Fwar tal-Qalb – Ronnie GauciQari:1.1Korintin 3: 1-9L-Erbgħa, 5 ta’ SettembruBeata Tereża ta’ Kalkutta – fundatriċiSan Lawrenz Giustiniani - isqofBeata Marija Assunta Pallotta“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Aħna ħaddiema ma’ Alla. Intom l-għalqa ta’ Alla, ilbinita’ Alla.2. Salm 32: 12-15.20-21 Imbierek il-poplu li Alla għażel b’wirtu.3. Luqa 4: 38-44 Jeħtieġli nxandar il-bxara t-tajba lill-ibliet l-oħra wkoll,għax għalhekk kont mibgħut.10 SIGNUM FIDEI
BEATA MARIJA ASSUNTA PALLOTTA (1978-1905) Marija Assunta twieldet fil-belt żgħira ta’ Force, l-Italja; għammduha l-għadau tawha l-griżma tal-isqof meta kellha sentejn. Missierha, li kien ħaddiem komuni, spiss kien ikun bla xogħol u għalhekk l-omm kienet tara x’tagħmel biex tlaħħaq ma’ familja ta’ ħamsa. Meta Assunta kellha ħdax-il sena, missierha ħalla d-dar biex jara jsibxfortuna, u għalhekk hi bdiet tieħu ħsieb ħutha u taħdem biex tgħin il-familja. Hija tgħallmet taqra u tikteb, kienet tgħin fit-tagħlim tal-katekiżmu, kellhadrawwa li titlob u kienet tħobb bi mħabba speċjali ’l-Madonna. Wara li ħadet il-parir tal-kappillan, ingħaqdet mal-kongregazzjoni tal-Franġiskani Missjonarji ta’ Marija. Marija kienet determinata li ssir qaddisa u litagħmel ir-rieda t’Alla f’kollox. Hija għaddiet ħames snin f’diversi kunventi fl-Italja. Fl-1904 talbet lis-Superjura Ġenerali tiftakar fiha meta jkun hemm ċans tmur f’art tal-missjoni,u dik is-sena stess intbagħtet iċ-Ċina, fejn għaddiet l-aħħar senaf’Shansi, provinċja fit-tramuntana, fejn ħames sorijiet tal-Ordni tagħha ġewmaqtula għall-fidi tagħhom. Hemm xogħolha kien li ssajjar. Hija għaddietminn tiġrib kbir bl-iskrupli. F’Marzu 1905 feġġet epidemija tat-tifu f’Shansi, u, mill-aħħar sitt sorijietli waslu hemm, tlieta rikbu l-marsa, fosthom Marija Assunta Pallotta, limietet fis-7 ta’ wara. It-tjubija tagħha u l-fwieħa misterjuża li mliet il-kamra tagħha 20 minuta qabelmewtha u li damet jumejn sħaħ, qanqlu lil ħafna biex jitolbu l-interċessjonitagħha u Alla wieġeb b’mirakli. Meta fl-1913 saret l-eżumazzjoni, il-ġisem tagħha nstab intatt għalkemm illibsakienet qed titherra. Hija kienet dikjarata beata minn Piju XII fis-7 ta’ Novembru 1954.Riflessjoni:“Nitolbok tifhem il-kliem ta’ Ġesù: ‘Ħobbu lil xulxin bħal ma ħabbejtkom jien’. Staqsililek innifsek, ‘Kif ħabbni Ġesù? Jiena tassew inħobb lill-oħrajn bl-istess mod?’ Jekkma jkollniex din l-imħabba fostna, nistgħu nitqatlu bix-xogħol u dan kollu jkunxogħol u mhux imħabba. Ix-xogħol mingħajr imħabba huwa jasar.”Tereża ta’ KalkuttaMeditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:“... Għandek tintelaq kompletament f’idejn il-providenza Divina ...”F’ittra lil Br. Gabriel Drolin – 4-9-1705SIGNUM FIDEI 11
- Page 1 and 2: SETTEMBRU 2012
- Page 3: Is-Sibt, 1 ta’ SettembruSanta Ter
- Page 6 and 7: Dawn it-tliet martri ġew ibbeatifi
- Page 8 and 9: fuq l-Għid il-Kbir. Waħda mill-pa
- Page 12 and 13: TALBAMissier Qaddis,int tajtna mude
- Page 14 and 15: Il-Ġimgħa, 7 ta’ SettembruIl-Be
- Page 16 and 17: Is-Sibt, 8 ta’ SettembruIt-Twelid
- Page 18 and 19: Il-Ħadd, 9 ta’ SettembruIt-23 Ħ
- Page 20 and 21: SAN FRANĠISK GARATE Franġisku Gar
- Page 22 and 23: Mill-Imitazzjoni ta’ Kristu - 3 K
- Page 24 and 25: Meditazzjoni ta’ San Ġwann Batti
- Page 26 and 27: Riflessjoni:“Il-manswetudni ma tf
- Page 28 and 29: li huma mxerrdin ’l hawn u ’l h
- Page 30 and 31: għall-Knisja kollha bħala tifkira
- Page 32 and 33: tar-rivelazzjoni u t-twettiq tat-ta
- Page 34 and 35: It-Tnejn, 17 ta’ SettembruSan Alb
- Page 36 and 37: It-Tlieta, 18 ta’ SettembruSan Ġ
- Page 38 and 39: L-Erbgħa, 19 ta’ SettembruSan Ge
- Page 40 and 41: SANT’ANDRIJA KIM TAEGON, SAN PAWL
- Page 42 and 43: Il-Lhud ma kinux jaħmluhom lill-pu
- Page 44 and 45: L-għada, membri mill-komunità ta
- Page 46 and 47: Malli nġabru d-dar, Ġesù qagħad
- Page 48 and 49: Ta’ 24 sena ħassitha mqanqla mil
- Page 50 and 51: and motives of faith. It is of the
- Page 52 and 53: Il-Ħamis, 27 ta’ SettembruBeatu
- Page 54 and 55: Il-Ġimgħa, 28 ta’ SettembruSan
- Page 56 and 57: Is-Sibt, 29 ta’ SettembruL-Anġli
- Page 58 and 59: Il-Ħadd, 30 ta’ SettembruIs-26