12.07.2015 Views

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SETTEMBRU 2012 - signumfideimalta

SHOW MORE
SHOW LESS

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

<strong>SETTEMBRU</strong> <strong>2012</strong>


Signum FideiĦajja ta’ Xhiedau ta’ Fidi- <strong>SETTEMBRU</strong> <strong>2012</strong> -S. Ġwann Battista De La SalleFidiFamilja LasalljanaFundaturNIFTAKRU LI QEGĦDINFIL-PREŻENZA T’ALLA.EJJEW NADURAWHIntenzjonijiet tal-Papa u tal-isqfijiet tagħna:1. Biex il-politikanti jimxu dejjem bl-onestà, bl-integrità u bl-imħabba għall-verità.2. Biex il-komunitajiet insara jkollhom rieda akbar li jibagħtu lin-nies u l-għajnunamaterjali lill-knejjes l-aktar fqar.3. Sabiex bl-għerf tal-Vanġelu, il-miżżewġin ifittxu liema mill-għajnuniet tax-Xjenza jixirqu tassew lill-bniedem.Dati importanti għax-xahar ta’ <strong>SETTEMBRU</strong>:2 ta’ Settembru Brs. Martri tar-Rivoluzzjoni Franċiża. Fosthom Br. Solomon3 ta’ Settembru San Girgor il-Kbir8 ta’ Settembru It-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija14 ta’ Settembru L-Eżaltazzjoni tas-Salib15 ta’ Settembru Id-Duluri tal-Verġni Mqaddsa Marija21 ta’ Settembru San Mattew, appostlu u evanġelista22 ta’ Settembru Brs. Martri ta’ Valencia27 ta’ Settembru Br. Scubilion : Protettur tal-Gżira ta’ Reunion29 ta’ Settembru L-arkanġli Mikiel, Gabriel u RafelFl-aħħar ta’ dan ix-xahar jiftħu l-iskejjel fil-gzejjer tagħna. Nitolbu bl-interċessjoni ta’San Ġwann Battista De La Salle, patrun tal-għalliema, għall-istudenti u l-għalliemakollha.Nota: Dan il-ktejjeb, wieħed jista’ wkoll jkollu aċċess għalih fuq l-internet –<strong>signumfideimalta</strong>.wordpress.com2 SIGNUM FIDEI


Is-Sibt, 1 ta’ SettembruSanta Tereża Margarita Redi – Reliġjuża Tereżjana“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. 1Korintin 1: 26-31 Alla għażel il-ħwejjeġ dgħajfa tad-dinja.2. Salm 32: 12,13,18,19,20,21 Imbierek il-poplu li l-Mulej għażel b’wirtu.3. Mattew 25 : 14-30 Int kont fidil fil-ftit: idħol fil-hena ta’ sidek.SANTA TEREŻA MARGARITA REDI - Reliġjuża Tereżjana. (1847-1770) Anna Marija Redi twieldet f’Arezzo fl-1747, minn waħda mill-aħjarfamilji ta’ dik il-belt. Minn ċkunitha wriet ġibda kbira lejn it-tjubija. Ta’ sitt snin kienet sikwiettistaqsi: “Għiduli, min hu Alla?” Bagħtuha bħala boarder fil-monasteru tal-Benedittini ta’ Santa Appolonja f’Firenze biex titgħallem l-iskola u dak kollumeħtieġ għall-ħajja. Aktar milli fit-tagħlim ieħor hi kienet issib il-gost tagħha fittalbu l-qima lejn il-Qalb ta’ Ġesù. Sakemm damet mal-Benedittini trawmet ħafna fil-ħajja tal-liturġija. Barra minnhekk, missierha Nazju, li kien iżurha spiss, kien jagħtiha ħafna pariri siewjadwar it-talb u t-tjubija. Meta ta’ 16-il sena ntemm iż-żmien tagħha fil-monasteru u reġgħet ingħaqdetmal-familja tagħha f’Arezzo, bdiet taħseb biex tingħaqad mal-KarmelitaniSkalzi. Ta’ 17-il sena, u preċiżament fl-1 ta’ Settembru 1764, reġgħet marret Firenze,did-darba biex tidħol fil-monasteru Tereżjan fejn ħadet l-isem ta’ Suor TereżaMargerita tal-Qalb ta’ Ġesù. Hija kellha bħala direttur spiritwali lil Patri Alfonsta’ S. Lwiġi Gonzaga li għaraf imexxiha ’l quddiem fil-ħajja tal-qdusija. Darba, hija u taqra l-brevjar fil-kor, nhar il-Pentekoste 1767, waqgħu taħtgħajnejha l-kliem mill-Ittra ta’ San Ġwann “Alla huwa mħabba” (I Ġw 4,16).Ma setgħetx tkompli taqra aktar daqskemm ħassitha milquta minn dak ilkliem,li fih għarfet kif Alla huwa mħabba fih innifsu u kulma jagħmel huwamħabba u mmexxi fl-istess ħin mill-imħabba. Kienet tħobb il-ħajja moħbija fl-imħabba lejn Alla u fil-penitenza. Fil-ħamessnin li damet soru hija wżat l-opportunitajiet kollha li offritilha l-ħajja talklawsurabiex taqdi b’mod erojku u bla waqfien lil oħrajn, speċjalment ilmordatal-komunità tagħha. Ħajjitha ntemmet ħesrem minn peritonite fis-7 ta’Marzu 1770 ta’ 22 sena. Piju XI iddikjaraha beata fl-1929 u fid-19 ta’ Marzu 1934 l-istess Papaddikjaraha wkoll qaddisa. It-tifkira tagħha ssir fl-1 ta’ Settembru b’tifkira ta’meta daħlet reliġjuża.SIGNUM FIDEI 3


Riflessjoni tal-Vanġelu: It-tagħlim ta’ Ġesu fuq dak li kien ritwalment nadif jew maħmuġ kienetkwistjoni taħraq kemm matul il-ministeru tiegħu fuq l-art u kif ukoll wara, metal-Ġentili bdew jikkonvertu u jingħaqdu mal-Knisja. Alla kien ta lill-poplu Lhudiliġijiet dettaljati fuq l-ikel u l-indafa (ara Levitiku 11). Hawnhekk Ġesu jikkonfronta żewġ kwistjonijiet: il-liġijiet li żdiedu mill-bnedminu x’inhu dak li verament jagħmel lil xi ħadd maħmuġ jew nadif. Jidher li matulis-snin il-mexxejja reliġjużi żiedu l-liġijiet tagħhom ma dawk ta’ Alla. Agħarminn hekk bdew jagħtu prominenza lil dawn il-liġijiet li għamlu huma bla maqiesu l-liġijiet oriġinali li kien tagħom Alla. Ġesu sfida tradizzjoni Lhudija antika ħafna. M’humiex l-affarijiet ta’ barra,bħal dawk li tiekol, li jagħmluk maħmuġ, imma dak li għandek f’qalbek. Huhawnhekk li ħsibijiet ħżiena jinbtu u jwasslu għal azzjonijiet ħżiena. Ġesu mhux interessat f’nies li jagħmlu u jgħidu ”dak li hu tajjeb” jekk l-attitudnita’ qalbhom mhix tajba. Ħafna mill-Fariżej kienu tilfu t-triq. Alla jridna nqimuhu naqduh b’qalb safja mimlija mħabba.IL-BEATI BROTHERS MARTRI TAR-RIVOLUZZJONI FRANĊIŻA -Brs.Solomon, Leon, Roger, u Uldaric Fl-1790, il-Kostituzzjoni Ċivili tal-Kleru tat lill-istat il-kontrol assolut tal-KnisjaFranċiża. Sabiex tkompli taħdem, il-qassisin u r-reliġjużi kienu obbligati lijieħdu ġurament biex jappoġġjaw il-Kostituzzjoni. Ħafna mill-Brothers m’aċċettawx u għalhekk kienu obbligati sabiex jitilqu milliskejjelu l-komunitatjiet. Iktar tard, l-Istitut neħħewlu l-istatut legali tiegħuminn Franza. Bro. Solomon Leclercq kien is-segretarju ta’ Bro. Agathon, is-SuperjurĠenerali. Kien qiegħed jgħix waħdu f’Pariġi waqt li s-superjur baqa fid-darċentrali barra mill-belt. Bro. Solomon kiteb ittri lill-familja tiegħu li juru spirtureliġjuż qawwi fi żmien ta’ biża. Huwa m’aċċettax li jieħu l-ġurament u ġie arrestat fil-15 ta’ Awissu 1792 umiżmum f’monasteru Karmelitan flimkien ma’ numru ta’ isqfijiet u qassisin.Fit-2 ta’ Settembru, l-priġunieri nġiebu f’parti fil-ġnien tal-monasteru fejnhemmhekk ġew maqtula. Bro. Solomon ġie bbeatifikat fl-17 ta’ Ottubru 1926. Tliet Brothers oħra, Bro. Roger, Bro. Leon u Bro. Uldaric kienu fost dawk ilqassisinu reliġjużi li kienu magħluqa f’vapuri antiki li servew bħala ħabs talpriġunierifl-assedju tal-port ta’ Rochefort fejn issaportew offiżi u ċaħdiet. Lil Bro. Roger Faverge li kien Direttur fl-iskola ta’ Moulins ħaduh fi gżira filportfejn miet fl-eta ta’ 49 sena. Bro. Leon Mopinot li kellu 68 sena u li kien ukoll fl-iskola ta’ Moulins, mietwara xaharejn fuq l-istess vapuri. Br. Uldaric Guillaume kompla jagħallem bil-moħbi wara li l-iskola tiegħu kienetingħalqet. Hu miet wara 15-il xahar ta’ priġunerija u ndifen ma’ priġunieri oħraf’qabar mingħajr isem fuq gżira fil-port.SIGNUM FIDEI 5


Dawn it-tliet martri ġew ibbeatifikati fl-1 ta’ Ottubru 1995 mill-Papa ĠwanniPawlu II.Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:Med. 75, it-3 partiIt is not enough to avoid acting to please other people; you are required to act withthe single view of pleasing God and of being agreeable to him. As Saint Paul says,you must perform your actions and do everything in a manner worthy of God, andfor this purpose, walk in the way of God and do this in such a way that, as the sameApostle says elsewhere, you may follow it always and progress more and more.For, he adds, the will of God is that you be holy and pure, meaning that youractions ought to be pure, having no other motive than to please God. This will bethe true and surest means to walk in the way of God and to make more and moreprogress. Because God in the next life is the purpose and the goal of all youractions, he ought to be the same also in this life, especially in your state, whichdemands of you a high degree of perfection. For God did not call you, says SaintPaul, to be impure, that is, to do things unworthy of your state, actions degradedand corrupted by the bad ends you will give them; rather, he has called you to beholy. Therefore, whoever does not apply himself to do his actions with a view toGod is despising God, not man.Missierna ...TALBAO Missier tiegħi,dak li jien tlift minn ħajtinaf li ma nistax inġibu lura.Għalhekk nitolbok biex inkun nista’ nagħti l-aħjarfiż-żmien li għad baqa’.Għini nagħżel is-sewwa,biex nagħti prova għall-ħtija tiegħi.Agħmilni ħabrieki biex nuża’l-aħjar kapaċitajiet tiegħi,biex ikolli ħajja aħjaru nxandar is-saltna tiegħek.Ammen.‘Prayer for the Day’6 SIGNUM FIDEI


It-Tnejn, 3 ta’ SettembruSan Girgor il-Kbir – Papa u duttur tal-Knisja“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. 1Korintin 2: 1-5 Ħabbartilkom ix-xhieda ta’ Kristu msallab.2. Salm 118: 97-102 Kemm inħobbha l-liġi tiegħek, Mulej.3. Luqa 4: 16-30 Bagħatni nwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin.SAN GIRGOR IL-KBIR - Papa u duttur tal-Knisja. (c. 540-604) Dan il-qaddis hu l-ewwel u l-iktar famuż fost is-16-il Papa ta’ dan l-isem.Twieled Ruma u kien ġej minn familja li diġà kienet tat lill-Knisja żewġ Papiet.Kien edukat għall-karriera fil-liġi u fl-amministrazzjoni. Meta kellu xi ħaġa fuq it-30 sena kien prefett ta’ Ruma, iżda wara sena huwabidel id-dar tal-familja f’monasteru tal-benedittin u waqqaf ukoll sitt monasterioħra fl-artijiet li kellu fi Sqallija. Hu nnifsu sar raħeb sempliċi meta kellu 35sena. Huwa kien ordnat djaknu u mibgħut bħala rappreżentant tal-Papa għand l-imperatur f’Kostantinopli fejn dam seba’ snin. Wara li reġa’ lura f’Ruma, hu għadda xi żmien bħala wieħed mis-seba’ djaknital-belt. Ħames snin wara li rritorna fil-monasteru tiegħu hu laħaq Papa b’għażlapopolari, l-ewwel raħeb li tela’ fuq it-tron ta’ Pietru. Il-pontifikat tiegħu fiżminijiet ta’ diffikultajiet kbar, dam 14-il sena u hu wieħed li ħalla marka flistorjatal-Knisja. Huwa żamm il-primat ta’ Ruma u ċċensura l-patrijarka ta’ Kostantinopli talli ħat-titlu ta’ “patrijarka ekumeniku”. Huwa sar il-mexxej ta’ Ruma, kellu negozjatimal-invażuri Lombardi, ħa ħsieb il-foqra, feda l-ilsiera u bena mill-ġdid knejjesmeqruda. Papa San Girgor ngħata t-titlu ta’ “Kbir” minħabba l-kontribut tiegħu fitteoloġijamorali u axxetika, fil-kant gregorjan (li jġib ismu), fil-liturġija, flamministrazzjoni,fil-monastiċiżmu, fl-evanġelizazzjoni u fil-missjoni soċjali tal-Knisja. San Girgor ma kienx biss isqof kbir u statista; hu miżmum bħala wieħed millerba’dutturi kbar tal-Knisja Latina u l-kitbiet tiegħu huma indirizzati biex iġibu’l quddiem il-ħajja nisranija u l-formazzjoni tal-isqfijiet. Nsibu aktar minn 800ittra u għadd ta’ priedki. Il-Papa San Girgor miet fit-12 ta’ Marzu 604, meta kellu madwar 64 sena. Kien dan il-qaddis li bħala Papa sejjaħ lilu nnifsu “Qaddej tal-qaddejja t’Alla”,titlu li għadu użat mill-Papiet sal-lum. F’Malta kien hawn devozzjoni kbira lejh, u sal-lum għadha ssir l-hekk imsejħa‘Purċissjoni ta’ San Girgor’ għall-knisja tiegħu taż-Żejtun u li tinżamm l-ErbgħaSIGNUM FIDEI 7


fuq l-Għid il-Kbir. Waħda mill-parroċċi ta’ Tas-Sliema hi ddedikata lil SanGirgor Papa, kif ukoll il-Parroċċa ta’ Kerċem f’Għawdex, tiċċelebra il-festatiegħu sollennament.Mill-Imitazzjoni ta’ Kristu – 3 Ktieb: Kap.3“Isma’, ibni, il-kliem tiegħi, kliem ta’ l-akbar ħlewwa, li jisboq il-għerf tal-għaqal u talgħorriefkollha ta; din id-dinja. Il-kliem tiegħi hu ħajja tar-ruħ; u ma għandux jintiżenbħalma jintiżen kliem ieħor. Kliemi ma għandux jinstama’, hekk, għall-pjaċir fieragħ,imma bis-skiet u l-ġabra, bl-umilta u b’għożża kbira”.Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:Med. 109, it-2 partiSaint Gregory suffered throughout his life with extreme patience. First, he practicedexcessive austeries as a religious. Second, the pains of gout made his body soemaciated that it was difficult to recognize him. Third, he suffered from persecution;Emperor Maurice, who had been his close friend, became a cruel enemy andwished to deprive him of his title of Universal Patriarch of the Church. In all thisGregory imitated the holy man Job, whose spirit he had thoroughly absorbed whilewriting a commentary on the Book of Job. The only remedy he used in all thissuffering was recourse to prayer, in which he found great support; God became hisprotector in his sufferings and in the opposition he met.Do you love the sufferings found in your state? Do you endure them with as muchpatience as Saint Gregory loved and suffered his? If you truly possess the spirit ofyour state, God will make you discover in it all sorts of consolations, even in yoursuffering.Missierna ...TALBAMulej Ġesù,bħalma biddilt l-ilma, fit-tieġ ta’ Kana,fi nbid l-aktar bnin u ħelu,biddel ukoll ix-xejn tiegħi.Dak l-ilma sempliċi, dgħajjef u bla togħma,inbidel fi nbid li jsaħħar. U dan sar bil-qawwa tiegħek.Ġesù, nitolbok biex tagħmel l-istess bija.Ilqa’ d-dgħjufija tiegħi,il-qtigħ ta’ qalb, in-nuqqas ta’ fidiu l-ħtijiet kollha tiegħi.Ammen.Fwar tal-Qalb - Ronnie Guaci8 SIGNUM FIDEI


It-Tlieta, 4 ta’ SettembruSanta Rożalija – verġniSan Mosè – Seklu XII q.K.“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. 1Korintin 2: 10b-16 Il-bniedem naturali ma jilqax il-ħwejjeġ tal-Ispirtu ta’ Alla; ilbniedemspiritwali jgħarbel kollox.2. Salm 144: 8-14.17ċ Ġust il-Mulej fl-imġiba tiegħu kollha.3. Luqa 4: 31-37 Jiena naf min int: il-Qaddis ta’ Alla.SAN MOSÈ (Seklu 12 q.K.) Il-Martiroloġju Ruman illum jagħmel it-tifkira ta’ San Mosè, il-mexxej kbir talpopluta’ Alla li ħareġ il-poplu mill-jasar tal-Eġittu għall-Art Imwiegħda. San Mosè hu wieħed mill-ftit qaddisin tat-Testment il-Qadim li nsibu fil-Martiroloġju Ruman. Dak li nafu dwaru nsibuh mill-kotba ispirati tal-Bibbja, speċjalment fil-Ktieb tal-Esodu. Għalkemm kien iben familja Lhudija li kienet tgħammar fl-Eġittu, huwakien adottat minn bint il-Fargħun. Permezz ta’ hekk hu rċieva l-aħjaredukazzjoni, imma fl-istess ħin ommu, li mitluba mill-bint Fargħun baqgħettrabbih hi, tatu t-twemmin ta’ missirijietu. Mosè, meta kiber, ma ħamilx jara l-moħqrijiet li kien qed iġarrab il-popluLhudi. Peress li qabeż għalihom kellu jaħrab lejn id-deżert u jagħmilha ta’ragħaj. Wara 40 sena, Alla deherlu u wrieh il-missjoni li ried minnu li joħroġ il-Lhudmill-Eġittu. Fi triqtu lejn l-Art Imwiegħda Alla tah il-Liġi tiegħu fuq il-MuntanjaSinaj. Permezz tiegħu Alla għamel diversi għeġubijiet mal-poplu tiegħu. Wara li bierek il-poplu, Mosè miet fl-għomor ta’ 120 sena, fuq il-muntanjaNebo li minnha seta’ jara l-Art Imwiegħda li fiha ma kellux jidħol. Mosè hu l-ikbar persunaġġ tat-Testment il-Qadim. Jissemma wkoll fit-Testment il-Ġdid b’mod speċjali fit-Trasfigurazzjoni ta’ Ġesù meta deherflimkien ma’ Elija.Riflessjoni:“Wieħed jista’ jifhem tabilħaqq il-figura ta’ Ġesù biss minn dan il-punt, kif insibuhafir-Rabta l-Ġdida: kulma jintqalilna fuq kliem, għemejjel, tbatijiet u glorja ta’ Ġesùgħandu l-għeruq tiegħu hawn. Jekk wieħed ma jżommx dan il-kejl, jibqa’ għaddejminn ħdejn Ġesù; imbagħad il-figura tiegħu ssir kontradizzjoni u fl-aħħar issir matiftiehemx. Il-mistoqsija li kull min jaqra r-Rabta l-Ġdida jrid jagħmel, jiġifieri minnfejn ħa Ġesù t-tagħlim tiegħu, kif wieħed jista’ jfisser id-dehra tiegħu fid-dinja, isib ittweġibatagħha minn hawn biss”. Ġesù ta’ Nażaret – Pubblikazzjoni Reliġjon u Ħajja 2007SIGNUM FIDEI 9


Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:MTR- Med. 4, it-2 parti“... Ftakar li Ġesù hu r-ragħaj it-tajjeb li naqraw fuqu fl-Aħbar it-Tajba. Hu jfittex innagħġal-mitlufa, imbagħad jerfagħha fuq spalltu u jwassalha lura lejn il-merħla.Inti, peress li qed tagħti sehmek fix-xogħol tiegħu, għandek tagħmel l-istess. Ta’spiss itolbu sabiex irattab il-qlub ta’ dawk li inti għandek taħt idejk ...”Missierna ...TALBAMulej,biddel lil ħajti bil-qawwa tiegħek.Iżda għallimni nkun umli għall-ilma,għax l-ilma huwa element sempliċi u umli,għalkemm essenzjali għall-ħajja.L-ilma huwa l-qaddej ta’ kulħaddiżda sab postu fuq l-altarbiex bis-sagrifiċċju tal-quddiesajitħallat mad-demm għażiż tiegħek!Hekk nitolbok li tagħmel b’ħajti wkoll, Mulej.Tħallini qatt nitkabbar.Ammen.Fwar tal-Qalb – Ronnie GauciQari:1.1Korintin 3: 1-9L-Erbgħa, 5 ta’ SettembruBeata Tereża ta’ Kalkutta – fundatriċiSan Lawrenz Giustiniani - isqofBeata Marija Assunta Pallotta“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Aħna ħaddiema ma’ Alla. Intom l-għalqa ta’ Alla, ilbinita’ Alla.2. Salm 32: 12-15.20-21 Imbierek il-poplu li Alla għażel b’wirtu.3. Luqa 4: 38-44 Jeħtieġli nxandar il-bxara t-tajba lill-ibliet l-oħra wkoll,għax għalhekk kont mibgħut.10 SIGNUM FIDEI


BEATA MARIJA ASSUNTA PALLOTTA (1978-1905) Marija Assunta twieldet fil-belt żgħira ta’ Force, l-Italja; għammduha l-għadau tawha l-griżma tal-isqof meta kellha sentejn. Missierha, li kien ħaddiem komuni, spiss kien ikun bla xogħol u għalhekk l-omm kienet tara x’tagħmel biex tlaħħaq ma’ familja ta’ ħamsa. Meta Assunta kellha ħdax-il sena, missierha ħalla d-dar biex jara jsibxfortuna, u għalhekk hi bdiet tieħu ħsieb ħutha u taħdem biex tgħin il-familja. Hija tgħallmet taqra u tikteb, kienet tgħin fit-tagħlim tal-katekiżmu, kellhadrawwa li titlob u kienet tħobb bi mħabba speċjali ’l-Madonna. Wara li ħadet il-parir tal-kappillan, ingħaqdet mal-kongregazzjoni tal-Franġiskani Missjonarji ta’ Marija. Marija kienet determinata li ssir qaddisa u litagħmel ir-rieda t’Alla f’kollox. Hija għaddiet ħames snin f’diversi kunventi fl-Italja. Fl-1904 talbet lis-Superjura Ġenerali tiftakar fiha meta jkun hemm ċans tmur f’art tal-missjoni,u dik is-sena stess intbagħtet iċ-Ċina, fejn għaddiet l-aħħar senaf’Shansi, provinċja fit-tramuntana, fejn ħames sorijiet tal-Ordni tagħha ġewmaqtula għall-fidi tagħhom. Hemm xogħolha kien li ssajjar. Hija għaddietminn tiġrib kbir bl-iskrupli. F’Marzu 1905 feġġet epidemija tat-tifu f’Shansi, u, mill-aħħar sitt sorijietli waslu hemm, tlieta rikbu l-marsa, fosthom Marija Assunta Pallotta, limietet fis-7 ta’ wara. It-tjubija tagħha u l-fwieħa misterjuża li mliet il-kamra tagħha 20 minuta qabelmewtha u li damet jumejn sħaħ, qanqlu lil ħafna biex jitolbu l-interċessjonitagħha u Alla wieġeb b’mirakli. Meta fl-1913 saret l-eżumazzjoni, il-ġisem tagħha nstab intatt għalkemm illibsakienet qed titherra. Hija kienet dikjarata beata minn Piju XII fis-7 ta’ Novembru 1954.Riflessjoni:“Nitolbok tifhem il-kliem ta’ Ġesù: ‘Ħobbu lil xulxin bħal ma ħabbejtkom jien’. Staqsililek innifsek, ‘Kif ħabbni Ġesù? Jiena tassew inħobb lill-oħrajn bl-istess mod?’ Jekkma jkollniex din l-imħabba fostna, nistgħu nitqatlu bix-xogħol u dan kollu jkunxogħol u mhux imħabba. Ix-xogħol mingħajr imħabba huwa jasar.”Tereża ta’ KalkuttaMeditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:“... Għandek tintelaq kompletament f’idejn il-providenza Divina ...”F’ittra lil Br. Gabriel Drolin – 4-9-1705SIGNUM FIDEI 11


TALBAMissier Qaddis,int tajtna mudell għall-ħajjafil-familja mqaddsa ta’ Nazzaret.Għinna, twajjeb Missier,biex nagħmlu mill-familji tagħna Nazzaret ieħor,fejn l-imħabba, il-paċi u l-ferħ isaltnu.Agħmel li tkun mogħtija għall-ħsieb profond,mħeġġa bl-ewkaristija,b’qawmien ġdid ta’ ferħ.Ammen.Beata Tereża ta’ KalkuttaMissierna ...Il-Ħamis, 6 ta’ SettembruSan Onesiforu – martriBeatu Bertrandu ta’ Garrigue – saċerdot“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. 1Korintin 3: 18-23 Kollox tagħkom; u intom ta’ Kristu, u Kristu ta’ Alla.2. Salm 23: 1-6 Tal-Mulej hi l-art u kull ma fiha.3. Luqa 5: 1-11 Telqu kollox u marru warajh.BEATU BERTRANDU TA’ GARRIGUE - saċerdot (†1230) Dan il-beatu twieled f’Garrigue, qrib Nîmes, fi Franza, lejn l-aħħar snin tasseklu12. Huwa ħa l-edukazzjoni tiegħu għand is-sorijiet ċisterċensi utgħallem dwar il-perikli li kellha l-ereżija tal-Albiġiżi li dik il-ħabta kienet fl-aqwatagħha fi Franza. Huwa għalhekk sar saċerdot u ngħaqad ma’ grupp ta’ċisterċensi li kienu qed jaħdmu b’ħeġġa kbira fi Franza t’Isfel biex jgħallemkontra t-tagħlim żbaljat tal-eretiċi. Imma, fl-1208, il-legat taċ-ċisterċensi ġieassassinat u nbdiet il-kruċjata mdemma ta’ Xmun de Montfort u hekkBertrand ma kienx baqgħalu mezz paċifiku biex jibqa’ jikkumbatti l-ereżija. Ftit wara Bertrandu ltaqa’ ma’ San Duminku ta’ Guzman li proprju kien qedjikkumbatti l-ereżija bit-talb, bis-sawm u bil-predikazzjoni. Fl-1215, Bertrandu12 SIGNUM FIDEI


kien wieħed mis-sittax predikaturi li ffurmaw in-nukleju li minnu San Duminkubeda l-Ordni tal-Predikaturi, u sar wieħed mill-egħżeż sħab ta’ dan il-qaddis. Il-Beatu Ġordanu tas-Sassonja jiddiskrivih hekk: “Kumpann ta’ San Duminkufil-vjaġġi, fil-qdusija u fil-ħeġġa”. Meta l-Ordni Duminkan ġie maqsum fi tmien provinċji, fl-1221 Bertrandu kienmagħżul Pirjol provinċjali ta’ Provence (Franza). Il-Beatu Bertrandu ta’ Garrigue għadda l-aħħar disa’ snin ta’ ħajtu f’ħidmakbira ta’ predikazzjoni fil-pajjiżi ta’ Franza t’Isfel, u waqqaf il-kunvent kbir ta’Marsilja. Inkiteb fuqu li bis-sahriet, is-sawm, u penitenzi oħra rnexxielu jimita tassewmill-qrib l-għażiż fundatur tiegħu. Huwa miet fl-1230 fil-monasteru taċ-ċisterċensi ta’ Bouchet, fejn kien midfun.Il-fdal tiegħu fl-1414 kien meħud għand id-Dumnikani ta’ Orange fejn baqa’sal-1561 meta kien maħruq fil-gwerra tar-reliġjonijiet. Il-Papa Ljun XIII, fl-14 ta’ Lulju 1881, ippermetta li ssir tifkira tiegħu fl-OrdniDuminkan fid-djoċesijiet ta’ Valence u Nîmes u b’hekk ikkonferma l-kult lejh.Riflessjoni:“Kull bniedem jaħsad li jkun żera’; min jiżra’ d-deni, mid-deni jaħsad it-taħsir u l-mewt; u min jiżra’ l-ġid, mill-ġid jaħsad is-saħħa u l-ħajja eterna.”Ittra popolari fuq il-manswetudni – San Ġorġ PrecaMeditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: MTR – Med. 201.1“... Aħseb fuq dak li qal San Pawl, li Alla waqqaf fil-Knisja, appostli, profeti ugħalliema, imbagħad ikkonvinċi lilek innifsek li hu wkoll qiegħdek fil-ministeru tiegħu...”Missierna ...TALBABiddilni Ġesù.Jiena nemmen b’qalbi kollhali inti tista’ tbiddel id-dgħjufija tiegħifi nbid ħelu li jferraħ il-qlub.F’idejk, Mulej, jien nerħi ruħi:ħu f’idejk it-tmun ta’ ħajti.Ikun li trid int, Mulej.Glorja lilek biss, Mulej Ġesù,Ammen.Fwar tal-Qalb – Ronnie GauciSIGNUM FIDEI 13


Il-Ġimgħa, 7 ta’ SettembruIl-Beatu Frederic OzanamSanta Reġina – verġni u martriSan Klodoald – saċerdotSan Stiefnu Pongracz u San Melkjor Grodziecki - presbiteri Ġiżwiti, martriSan Marku Krizecanin - kanonku ta’ Strigonja, martri“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. 1Korintin 4: 1-5 Il-Mulej jikxef il-fehmiet mistura tal-qlub.2. Salm 36: 3-6.27,28,39,40 Is-salvazzjoni tal-ġusti mill-Mulej.3. Luqa 5: 33-39 Meta jeħdulhom lill-għarus minn magħhom, imbagħadisumu.IL-BEATU FRÉDÉRIC OZANAM (1813 –1853) Frédéric Ozanam, il-Fundatur tas-soċjetajiet ta’ San Vincenz de Paul, twieledMilan minn ġenituri Franċiżi. Ftit wara t-twelid tiegħu, il-ġenituri reġgħu marruLyons, pajjiż missieru, u trabba’ f’dik il-belt qalb id-dħaħen tal-fabbriki u l-miżerja tal-ħaddiema tal-ħarir, li minħabba l-ġuħ, kemm-il darba kienu jqajmurewwixti. Il-qagħda tal-ħaddiema xejn ma kienet tajba, u hu ħass li kellu jirreaġixxikontra l-inġustizzji. Iżda ħass ukoll li qabel kellu jistudja l-qagħda sewwa. U,waqt li beda jistudja l-liġijiet li għandhom imexxu d-dinja soċjali, induna li,qabel kollox, qabel kull pjan, kien meħtieġ li jingħata l-ħobż lill-imġewħin. Kellu sewwa sew 20 sena meta, fl-1833, waqt li kien jistudja f’Pariġi, flimkienma’ seba’ żgħażagħ oħra, beda l-ewwel soċjetà ta’ San Vinċenz de Paul. Ozanam kellu karriera professjonali sabiħa. Ta’ 23 sena (fl-1836) sar dutturtal-liġi, u f’dik l-istess sena professur fil-Liġi Kummerċjali f’Lyons. Erba’ sninwara, fl-1840, ġie magħżul Professur fl-Università magħrufa ta’ Sorbonne. Ozanam kien ukoll storiku profond fuq l-epoki mbiegħda, u fil-kitba tiegħujurina l-ħin kollu kif kellha tkun il-Knisja biex ġiet salvata l-letteratura klassika.Huwa kiteb ħafna fuq il-qagħda mwiegħra tal-ħaddiema, li tliet kwartiminnhom kienu jgħixu fil-miżerja u fil-ġuħ, u mhux biss fi Franza. L-aktar paġni impressjonanti ta’ Ozanam dwar dan is-suġġett kitibhom wara lifl-1851 żar l-Ingilterra u baqa’ miblugħ quddiem il-miżerja li sab hemm. Fi Franza s-sitwazzjoni ma kinitx aħjar, u meta faqqgħet ir-rivoluzzjoni tal-1848, Ozanam ma stagħġeb xejn. Kien ilu jara l-indifferenza kolpevoli ta’dawk li kellhom il-ġid u l-għana u l-ħerqa eżaġerata tagħhom biexjikkonservaw ir-rikkezzi tagħhom. Ċerti riformi li wettaq il-Papa Beatu Piju IX14 SIGNUM FIDEI


fl-Istati Pontifiċji komplew jentużjażmaw lil Ozanam u jinkuraġġixxu l-konvinzjonijiet soċjali tiegħu. Fréderic Ozanam kien miżżewweġ u dakinhar li twelditlu tifla ħassu ferħantant li sejjaħlu l-isbaħ jum ta’ ħajtu. Il-marda tat-tiżi li biha kien ilu jsofri ma ħallitux iwettaq il-proġetti li kellu. Huwamiet Marsilja fit-8 ta’ Settembru 1853, ta’ ftit aktar minn 40 sena. Illum il-fdalijiet tiegħu jinsabu Pariġi. Kien dikjarat beatu mill-Papa Ġwann Pawlu II fit-22 t’Awissu 1997.Irrifletti fuq il-Kelma t’Alla:“Għaliex somna u int ma ħaristx, għakkisna ruħna u int ma ntbaħtx?’‘Araw, f’jum is-sawm tagħkom tagħmlu li tridu, u tgħakksu lill-ħaddiem tagħkom.Araw issumu bil-kwistjonijiet u l-ġlied u tidorbu bil-ponn bla ħaqq. Jekk issumu kifqegħdin issumu issa, leħinkom ma jinstemax fil-għoli’.” Isaija 58: 3, 4Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: MTR – Med. 9.1“... M’għandux ikollok dubju, li huwa rigal kbir ta’ Alla, li żejnek bil-grazzja li jkunuafdati f’idejk dawn l-istudenti, biex inti tgħallimhom, ixxandrilhom il-Vanġelu, utrawwimhom fl-ispirtu reliġjuż ...”Missierna ...TALBAMulej, inti d-dawl u s-salvazzjoni tagħna.Agħtina dawl biex naraw il-verità tiegħeku l-għerf biex inħobbu lil dak li naraw,b’hekk nimxu fi triqatek illum,u kull ġurnata ta’ ħajjitna.Bi Kristu Sidna,Ammen.SIGNUM FIDEI 15


Is-Sibt, 8 ta’ SettembruIt-Twelid tal-Imqaddsa Verġni Marija“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Mikea 5: 1-4a Sa ma teħles dik li għandha teħles. jewRum 8, 28-30 Lil dawk li Alla għarafhom mill-bidu, ippredestinahom ukoll.2. Salm 12: 6 Nifraħ b’ferħ kbir fil-Mulej.3. Mattew 1:1-14,18-23 Dak li tnissel fiha hu bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu.IT-TWELID TAL-IMQADDSA VERĠNI MARIJA Bil-festa tal-lum il-Knisja tfakkar misteru li seħħ fil-moħbi u fis-skiet: it-twelidta’ dik li minnha kellu jiġi l-iben t’Alla bħala bniedem. Il-Liturġija Biżantina tintroduċi l-festa tal-lum b’dan il-kliem: “It-twelid tiegħek,ja Omm ta’ Alla, ħabbar ferħ lid-dinja kollha: għax permezz tiegħek feġġet ix-Xemx tal-Ġustizzja, Kristu Alla tagħna.” San Alfons M. de’ Liguori jikteb hekk fuq it-twelid tal-Madonna: “Billi kienetmagħżula biex issir l-Omm tal-Kelma Eterna, din it-tarbija kienet mogħnija bigrazzja hekk kbira li anke fil-mument tat-tnissil bla tebgħa tagħha, hijagħaddiet lill-qaddisin u lill-anġli kollha fil-qdusija għax kienet mogħtija ordniogħla ta’ grazzja li kienet taqbel mad-dinjità tagħha ta’ Omm Alla.” Il-qaddisikompli jgħid: “Ejjew nifirħu ma’ din it-tarbija għażiża tagħna li twieldet hekkqaddisa, hekk għażiża għal Alla, u hekk mimlija bil-grazzja!” Ma nafux b’ċertezza f’liema belt twieldet Marija. Skont tradizzjoni qadima hitwieldet f’Nazzaret għalkemm hemm min iżomm li twieldet f’Ġerusalemm. Ilfestata’ twelidha bdiet fis-Sirja jew fil-Palestina fil-bidu tas-seklu sitta u daħletf’Ruma xi mitt sena wara. F’Malta, il-festa tal-lum insejħulha “tal-Vitorja” għax fiha ssir it-tifkira tar-rebħali missirijietna għamlu fuq il-qawwa tal-Misilmin u li seħħet bħal-lum fl-1565.Minħabba f’hekk illum hu meqjus bħala Jum Nazzjonali. Il-parroċċi tal-Isla, tan-Naxxar u tal-Mellieħa f’Malta, kif ukoll dik tax-Xagħraf’Għawdex, huma ddedikati lill-Madonna taħt dan it-titlu.Riflessjoni fuq Marija Santissima:“Marija kienet sa minn dejjem kollha kemm hi tal-Mulej, u l-ebda nuqqas ma tebba’,l-armonija perfetta li kellha ma’ Alla. Il-ħajja tagħha fuq din l-art kienetikkaratterizzata mit-tkabbir kontinwu u sublimi tal-fidi, it-tama u l-karità. Għal dawkli jemmnu, Marija hija dak is-sinjal imdawwal tal-Ħniena Divina u gwida sigura litmexxina lejn il-qċaċet għoljin tal-qdusija u l-perfezzjoni tal-Evanġelju.”Beatu Papa Ġwann Pawlu II16 SIGNUM FIDEI


Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:Med. 163, l-1 partiLet us honor the Most Blessed Virgin on her birthday and join in the quiteextraordinary joy felt by the entire Church, which today solemnly celebrates thishappy day when God brought into this world the woman who initiated the salvationof all people. God, who conducts all things with wisdom, having the plan to save hispeople and to be born like them, chose by preference a virgin who was worthy tobe his temple and his dwelling place. To prepare her just as he wished her to be, headorned her by the power of the Holy Spirit with all the natural and supernaturalqualities fitting for the one who would be the mother of God.It was necessary for this purpose that the body of this holy Virgin would be soperfectly formed and so well functioning from the time of her birth that it was able tocontribute to the holiness of her soul. In this way the Holy Spirit, coming upon her,put her in a state to find favour before God and to be the object of his delight. Hegave her such inner strength that she was able to resist all the attacks of the evilspirit that might have corrupted, or at least diminished, the purity of her heart.Oh, how very right it is that she who was destined to form a man-God would beentirely the work of God and the most perfect of pure creatures!Ħsieb mid-djarju ta’ Santa Veronika Giuliani:Kliem l-Imqaddsa Verġni Marija lil Santa Veronika waqt li din kienet mixruba f’Alla:“Binti kun af li meta ġie l-Anġlu Gabrijel jagħtini l-aħbar, min-naħa t’Alla li jista’kollox, jien kont f’qagħda li nagħraf sew li xejn ma jien għolja u li xejn ma niswa’; udan huwa t-taħriġ li nagħti lilek.”Kitbiet ta’ Santa Veronika Giuliani, maqlub għall-Malti minn P.Law.F Briffa ofmMissierna ...TALBA: MEMORARE:Ftakar ja l-iżjed ħanina Omm Verġni Marija,li qatt ma nstema’ li xi ħaddintefa’ taħt il-ħarsien tiegħek,talbek l-għajnuna jew fittex li tidħol għalihu inti ma smajtux.Imqanqal minn dan il-ħsieb għal għandek niġri,ja Verġni Omm tiegħi:għandek niġi, quddiemek noqgħod midneb u niedem,ja Omm l-Iben t’Alla magħmul bniedem.La tistmerx it-talb tiegħi, iżda ismagħni u weġibni.Ammen.SIGNUM FIDEI 17


Il-Ħadd, 9 ta’ SettembruIt-23 Ħadd ta’ matul is-sena“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Isaija 35: 4-7a Widnejn it-torox jinfetħu, u lsien l-imbikkem jgħajjat bil-ferħ.2. Salm145: 7-10 Faħħar, ruħ tiegħi, il-Mulej.3. Ġakbu 2: 1-5 Alla għażel il-foqra biex ikunu werrieta tas-saltna.4. Mark 7: 31-37 Jagħti s-smigħ lit-torox u l-kliem lill-imbikkmin.Riflessjoni fuq il-Vanġelu: San Mark l-ewwel li għamel hu li tana l-lok ta’ fejn Ġesù kien qiegħed jivjaġġa.Din id-darba ma kienx jevanġelizza f’Ġerusalem u l-inħawi tal-madwar, immajinsab fl-ibliet ta’ Tir u Sidon, fejn il-poplu ta’ hawnhekk kien għadu pagan.B’hekk qiegħed ikompli jsaħħaħ il-missjoni ta’ Ġesù. Hawnhekk il-poplu li kien mdawwar ma’ Ġesù ġablu wieħed raġel li kien trux umutu u talbuh biex ifejqu. Ġesù li dejjem kien iħenn għall-batut, fejjaq lil dan l-imbikkem u b’hekk danseta’ jibda jisma’ u jitkellem. F’sens kateketiku, dan il-Vanġelu jrid jurina li l-bniedem trux u mbikkem huwadak il-bniedem li għadu ma rċeviex id-don tal-fidi. Uriena kif Ġesù ħarġu minnfost il-folla biex ifissrilna li l-bniedem għandu jagħmel l-għażla tal-fidi personaliu mhux għax jiġi mġiegħel jew biex jimxi wara l-folla. Ġesù lill-imbikkem, l-ewwel tah is-smigħ u wara il-kliem biex jurina li wieħedgħandu l-ewwel jisma’ l-kelma t’Alla u wara li jimtela bid-don tal-fidi jkun jista’jiftaħ fommu u jxandar l-Aħbar it-Tajba. Meta l-poplu ra dan il-miraklu qal: “Kollox għamel tajjeb. Jagħti s-smigħ littoroxu l-kliem lill-imbikkmin.” Dan ifakkarna fil-ġrajja tal-ħolqien li fil-ktiebtal-Ġenesi nsibu: “U ħares Alla lejn kull ma kien għamel, u ra li kolloxkien tajjeb ħafna.” (Ġen. 1:31) Hawnhekk wieħed jistaqsi, min hu Ġesù? Ġesù ġie minn Alla biex isalva d-dinja, billi joħloq dinja ġdida u jagħti l-ħajja u l-ħelsien lill-maħqurin u l-imwarbin mis-soċjetà.Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:Med. 76, it-3 partiSeveral, even after leaving the world, are not dead to what is in the world. To beentirely dead to it, we ought no longer to find anything there either beautiful orgood. Still, some willingly seek the company of people of the world, and when theycannot be among them, they satisfy themselves by talking about them, eagerlylistening to news about them, or being preoccupied with them. Others are very18 SIGNUM FIDEI


pleased to have and to display clothing, garments, shirts, hats, stockings, shoes,and so forth that resemble what people of the world usually wear, or if they cannothave such things, they try to dress in a way or to put on an appearance one way oranother that reflects a worldly manner. Others read good books at times, but theywill freely read others that deal with matters that are not bad but that are trivial.There might even be found some who, in spite of the prohibitions of superiors, areso unfaithful to the Rule as to read daily newspapers, to use snuff, and even toprocure such things for themselves by illicit means.Missierna ...TALBAVerb Etern,Kelma ta’ Alla tiegħi,irrid ngħaddi ħajti nisimgħek:irrid noqgħod dejjem attentabiex nitgħallem kollox mingħandek.Beata Eliżabetta tat-TrinitàIt-Tnejn, 10 ta’ SettembruSan ĠiljanSan Nikola ta’ Tolentino – presbiteruBeatu Franġisk Garate - reliġjuż“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. 1Korintin 5: 1-8 Naddfu ’l barra l-ħmira l-qadima; il-Ħaruf tal-Għid tagħna, lihu Kristu, hu maqtul.2. Salm 5: 5-7,9,12 Mexxini, Mulej, fis-sewwa tiegħek.3. Luqa 6: 6-11 Kien moħħhom fih biex jaraw jekk ifejjaqx f’jum is-Sibt.SIGNUM FIDEI 19


SAN FRANĠISK GARATE Franġisku Garate twieled ġo villaġġ jismu Recarto, mhux il-bogħod minnLoyola, fin-naħa ta’ fuq ta’ Spanja, fl-1857. Wara li attenda għal ftit l-iskola elementarja, ta’ 14-il sena, beda jaħdem bħalaseftur ġewwa il-kulleġġ tal-Ġiżwiti, f’Orduna. Ftit wara daħal bħala brother fis-Soċjetà ta’ Ġesù. Mill-1877 sal-1888, serva bħala infermier u sagristan fil-kulleġġ tal-Ġiżwiti f’La Guardia. Fl-40 sena ta’ wara, serva ta’ purtinar fl-Università, kienu jqisuh bħalareceptionist, uffiċjal għar-relazzjonijiet publiċi, kunsillier, li kien dejjem lest lijagħti l-pariri l-istudenti, u benefattur tal-fqar. Kien magħruf għat-tjubija tiegħu, l-umiltà u l-ħeġġa għat-talb. Kienu jsejħuluAlfonzo ta’ żmienna, għaliex il-ħajja tiegħu kienet tixbah lil dik ta’ purtinarieħor San Alfons Rodriguiz S.J. Miet nhar id-9 ta’ Settembru fl-1929, u kien beatifikat mill-Beatu Papa ĠwanniPawlu II, fl-1985. Franġisku jibqa’ mfakkar għall-karità, l-imġiba ħelwa tiegħu u għaddedikazzjonifix-xogħol.Riflessjoni:“Il-mansweti huma l-veri rejiet tal-art b’xhieda ta’ Kristu: ‘Imberkin il-mansweti għaxhuma jkollom l-art.’ Mat.5:5. Lill-mansweti, Alla, hu nnifsu, jiddiriġihom. Hekknaqraw fis-salmi: ‘Jiddirieġi l-mansweti fil-ġudizzju. Jgħallem it-triqat tiegħu lillħelwin.’8:25; 9”Ittra popolari fuq il-Manswetudni – San Ġorġ PrecaMeditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med : 64.2“... Alla ma jirbaħx l-erwieħ kollha għalih, bl-istess mod. Irridu nkunu nafu kifnirrelataw sewwa ma’ kull persuna, sabiex aħna nkunu ta’ għajnuna għalihomjagħrfu jagħtu lilhom infushom kompletament lil Alla ...”Missierna ...TALBAMissier, berikna bil-maħfra għall-dnubietna,berikna billi taħsilna u tnaddafnabid-demm ta’ Ibnek Ġesù,u hekk ikollna qalb nadifa.Missier, Int tassew Missier fidil, għalhekk,berikna b’qalb ġdida u pura,u b’ruħ qaddisa, salvana.Ammen.Prayers of the Day20 SIGNUM FIDEI


It-Tlieta, 11 ta’ SettembruSan Ġwann Gabriel Perboyre – saċerdot u martriBeatu Bonaventura minn Barcinone - reliġjuż“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. 1Korintin 6: 1-11 L-aħwa jħarrku ’l xulxin, u dan quddiem il-pagani!2. Salm 149:1-6,9b Jitgħaxxaq il-Mulej bil-poplu tiegħu.3. Luqa 6:12-19 Għadda l-lejl fit-talb. Imbagħad għażel tnax, li semmiehomappostli.SAN ĠWANN GABRIJEL PERBOYRE - saċerdot martri. (1803-1840) Ġwanni Gabrijel twieled fir-raħal ċkejken ta’ Puech, fi Franza, fi ħdan familjanisranija tassew. Kienu tmien aħwa b’kollox, li ħamsa minnhom daħlu filkongregazzjonita’ San Vincenz de Paul. Kien tant attent fl-istudju u tant magħruf għal tjubitu, li kiseb it-titlu ta’ “qaddisċkejken”. Meta kellu 15-il sena sema’ priedka u tnisslet fih xewqa li jsir missjunarju.Huwa ngħaqad mal-Viċenzjani fil-Milied tal-1818. Kien ordnat saċerdotf’Pariġi fl-1825. Huwa għadda l-ewwel 12-il sena wara l-ordinazzjoni tiegħubħala għalliem, rettur ta’ seminarju u assistent majjistru tan-novizzi waqt lisikwit kien jitlob li jintbagħat fiċ-Ċina. Fl-aħħar qata’ xewqtu u telaq minn Franza għal Macao fil-21 ta’ Marzu 1835. Għal erba’ snin ħadem kemm felaħ u kellu suċċessi tajbin fil-provinċji ta’Honan u ta’ Hupeh. Imbagħad l-imperatur ħareġ l-editt ta’ persekuzzjonikontra l-insara. Wara li kien ilu jaħdem hemm erba’ snin, Padre Perboyre, bħal Ġesù, kienittradut għal ftit flus minn wieħed mill-insara ġodda tiegħu u mogħti f’idejn l-awtoritajiet. Għal sena sħiħa Ġwann Gabrijel sofra torturi tal-biża’ magħluq ġoċella kollha ntiena għax irrifjuta li jgħaffeġ salib taħt saqajh jew li jittradixxi lilsħabu. Stampawlu fuq wiċċu erba’ karattri Ċiniżi li jfissru “Għalliem ta’ reliġjonfalza.” Hu kien ikkundannat għat-tgħalliq fuq salib flimkien ma’ ħames kriminali. Ftitqabel qatluh irnexxielu għal ftit mumenti jinżel għarkupptejh jitlob, u, minn taħtl-ilsien lissen: “Missier, f’idejk nerħi ruħi.” U hekk, fost tbatijiet ħorox sal-aħħar,radd ruħu lill-Mulej. Kien il-jum tal-Ġimgħa, 11 ta’ Settembru 1840. Sentejn biss wara mewtu, Papa Girgor XVI iffirma d-digriet għall-introduzzjonital-beatifikazzjoni ta’ Ġwann Gabrijel Perboyre. Ljun XIII niżżlu mal-beati fl-1889, u Ġwanni-Pawlu II niżżlu fil-lista tal-qaddisinfit-2 ta’ Ġunju 1996SIGNUM FIDEI 21


Mill-Imitazzjoni ta’ Kristu – 3 Ktieb: Kap. 10Oh, kemm hi sabiħa u tal-hena l-ħajja ta’ dak li jservi ’l Alla! Għalih jispiċċa l-jasar utibda l-qdusija. Ibierek l-istat tal-patrijiet u s-sorijiet! Fih il-bniedem isir jixbah lill-Anġli, jogħġob ’l Alla, jitkexkxu minnu d-demonji u jkunu l-hena tat-tajbin kollha. Oh,mela, ħajja ta’ min iservi ’l Alla, kemm int ta’ min jixtieqek u jħaddnek! Waqt li bik ilbniedemisir jistħoqqlu ġid ta’ bla tarf, jaqla’ wkoll bik hena li qatt ma jintemm.Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:MTR- Med. 200, l-1 partiAs told in the Acts of the Apostles, every day, both in the Temple and in homes,they never stopped teaching and proclaiming Jesus Christ. It followed that everyday the Lord increased the number of faithful and the union of those who werebeing saved. The zeal that the holy Apostles had to announce the teaching ofJesus Christ caused the number of disciples to increase, so they chose sevendeacons to distribute alms to the faithful and take care of their other needs, sogreatly did these holy Apostles fear to encounter any obstacles able to distractthem from preaching the word of God.Missierna ...TALBAO Alla tal-paċi,seddaq is-sliem f’din id-dinja vjolenti,paċi fil-qlub tal-irġiel u n-nisa kollha,u ftehim bejn in-nazzjonijiet tad-dinja.Lil dawk li qalbhom u moħħhom mifnija bil-mibgħedadawwarhom lejn it-triq tal-imħabba.Alla li tifhem kollox,imqanqal bil-ħruxija ta’ din it-traġedja,nitolbuk biex tagħtina d-dawl u l-gwidabiex nikkonfrontaw avvenimenti bħal dawn.Mulej, lil dawk li salvawagħtihom il-grazzja li jgħixu ħajja tajbasabiex il-ħajja ta’ dawk li ntilfuma tkunx ġrat għalxejn.Ammen.Papa Benedittu XVIGround Zero, New York : April 200822 SIGNUM FIDEI


Qari:1.1Korintin 7: 25-31L-Erbgħa, 12 ta’ SettembruL-Isem tal-Imqaddsa Verġni MarijaSan Gwidu ta’ Anderlacht“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Inti marbut ma’ mara? Tfittixx li tinħall. Maħlul minnmara? Tfittixx mara.2. Salm 44: 11,12,14-17 Isma’, binti, ħares u agħti widen.3. Luqa 6: 20-26 Henjin intom il-foqra. Ħażin għalikom intom il-għonja.X’jgħidu l-qaddisin fuq l-isem tal-Imqaddsa Verġni Marija: “M’hemm l-ebda qawwa f’isem, lanqas hemm xi isem ieħor mogħti lillbniedem,wara dak ta’ Ġesù, li minnu ħarġet is-salvazzjoni tal-bnedmin, daqsl-isem ta’ Marija ... li d-devozzjoni lejn dan l-isem ħlejju u qaddis iwassal għallabbundanzata’ grazzji f’din il-ħajja, u glorja qawwija għall-ħajja li jmiss.”San Rikardu ta’ San Lawrenz “M’hemmx isem ieħor, wara dak tal-iben, kemm fil-ġenna kif ukoll fl-art, minnfejn imħuħ devoti qalgħu daqshekk grazzji, tama u ħlewwa, mill-isem tal-Verġni Marija.”Abbati Francone “Tkun kemm tkun il-qalb iebsa u b’nuqqas ta’ fiduċja, l-isem tal-ImqaddsaVerġni għandu tant qawwa, li jekk biss jingħad, dik il-qalb tirtab.”Beatu Rajmondu Jordano “L-isem tiegħek, O Omm Alla, hu mimli bil-grazzji u l-barkiet Divini.”San Metodju “L-isem tiegħek, O Marija, ma jistax jitlissen mingħajr ma jaqla’ xi grazzja lildak li jkun semma’ dan l-isem bl-akbar devozzjoni.”San BonaventuraRiflessjoni:“Il-kelmiet: ‘Hawn jien, il-qaddejja tal-Mulej’, juru li sa mill-bidunett Marija aċċettat ufehmet li l-maternità tagħha kienet l-għotja sħiħa tagħha nnifisha, id-don talpersunatagħha għall-qadi tal-pjan tas-salvazzjoni tal-Għoli. U sal-aħħarnett higħexet is-sehem sħiħ tagħha ta’ omm fil-ħajja ta’ binha Ġesù Kristu, b’mod li kienjaqbel sewwa mas-sejħa tagħha għall-verġinità.”Beatu Papa Ġwann Pawlu II - Redemptoris MaterSIGNUM FIDEI 23


Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:Med. 164, it-2 partiThe road you must follow through this life being so dangerous, you need a guide towalk safely. You cannot have a better guide than the Most Blessed Virgin, becauseshe is most pure within and without, because the saints call her the treasurer of thegraces that God has given to her to share them with you, and because she knowsall the paths and means to keep you safe amid the dangers you will encounter. Thisis why it is most advantageous to allow yourselves to be guided by her, because,says Saint Bernard, when we follow her, we cannot go astray; when we think of her,we cannot wander from the right path; when we pray to her, we can never despairof reaching the place where we intend to go; when she helps and upholds us, wecannot fall; when she protects us, we can fear nothing, and when she guides us, wecannot grow weary.In dangers and in narrow, perilous paths, think of Mary. Invoke her sacred name,and at once you will find comfort and deliverance from all your troubles. Oh, howhappy you are, if you are devoted to the Most Blessed Virgin, to have easyrecourse to her holy name and by this invocation alone to be safe in the midst of allthe problems of so difficult a journey!TALBA: L-ANGELUS‣ L-Anġlu t’ Alla ħabbar lil Marija:u hija saret omm mill-Ispirtu s-Santu.‣ Hawn hi l-qaddejja tal-Mulej:ikun minni skont kelmtek.‣ U l-iben t’Alla sar bniedem:u għammar fostna.‣ Itlob għalina, Qaddisa Omm Alla:biex ikun jistħoqqilna dak li wegħdna Kristu.Sliema u Qaddisa.Sliema u Qaddisa.Sliema u Qaddisa.Nitolbu: Xerred, Mulej, fi qlubna il-grazzja tiegħek biex aħna li bit-tħabbira ta’l-anġlu għarafna li Kristu Ibnek sar bniedem, bil-passjoni u l-mewt tiegħunaslu għas-sebħ tal-qawmien. Bi Kristu Sidna. Amen.Missierna ...24 SIGNUM FIDEI


Il-Ħamis, 13 ta’ SettembruSan Ġwann Kriżostmu – isqof u duttur tal-Knisja“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. 1Korintin 8: 1b-7,11-13 Meta tfieru l-kuxjenza dgħajfa ta’ ħutkom, tkunuqegħdin tidinbu kontra Kristu.2. Salm 138: 1-3,13-14b,23-26 Mexxini, Mulej, fit-triq ta’ dejjem.3. Luqa 6: 27-38 Ħennu, bħalma hu ħanin missierkom.SAN ĠWANN KRIŻOSTMU - isqof u duttur tal-Knisja (c.350-407) Ġwanni twieled f’Antjokja, u kien imrobbi ta’ nisrani minn ommu Antusa, liromlot meta kien għad kellha biss 20 sena. Huwa studja l-liġi u r-rettorika, jiġifieri s-sengħa kif titkellem fil-pubbliku. Huwarnexxa ħafna f’dan. Mill-magħmudija tiegħu li rċieva f’żgħożitu hu dejjem fittex il-ħajja spiritwali.Huwa għadda sitt snin bħala eremit, sentejn minnhom waħdu ġewwa għar.Hemmhekk Ġwanni kien jitgħallem bl-amment it-Testment il-Ġdid, isum ujorqod ftit, tant li saħħtu marret lura, u kellu jerġa’ jmur fil-belt. Huwa kien ordnat saċerdot ta’ 32 sena mill-isqof Fabjanu, li mbagħad għażellil Ġwanni bħala kolloboratur tiegħu. Fis-sena 387 l-imperatur għamel taxxaiebsa u l-poplu rvella. Ġwanni Kriżostmu, li kien għadu fl-ewwel sena tassaċerdozjutiegħu, irnexxielu jikkontrolla ’l-poplu u jġib il-paċi. Hu kien jippriedka, kultant anke għal sagħtejn sħaħ, bin-nies entużjażmati, likultant kienu jinfexxu jċapċpu. Fis-sena 398, wara l-mewt tal-isqof Nettarjo, Ġwanni nħatar patrijarka ta’Kostantinopli. Imma hu baqa’ jgħix ħajja sempliċi, u jagħti flusu lill-fqar. Hu neħħa mill-kariga kjeriċi u isqfijiet li ma kinux denji; tkellem bla biża’ kontral-vizzjijiet u ddefenda l-foqra u l-maħqura. Kif wieħed jistenna, hu kellu ħafna għedewwa, l-aktar mill-għonja u s-suppervi. L-imperatriċi Ewdossja u xi nisa oħra tal-qorti fissru xi kliem ta’ Ġwanni bħalali ntqalu għalihom. Il-patrijarka ta’ Lixandra Teofilu, bniedem bla skruplu,ħadem minn taħt biex San Ġwann ġie kkundannat minn sinodu ta’ isqfijiet ueżiljat mill-Imperatur Arkadju f’Cucusus fl-Armenja fejn dam tliet snin. Wara l-qaddis ittieħed f’vagun miġbud mill-barrin f’post aktar ’il bogħod ħdejn il-Baħarl-Iswed fejn miet fit-triq minħabba l-istrapazz u l-għejja. Kien l-14 ta’Settembru 407. Miet bil-kelmiet fuq fommu: “Glorja lil Alla għal kollox”. San Ġwann Krizostmu hu wieħed mill-Missirijiet il-Kbar tal-Knisja Griega.F’kitba tiegħu fuq San Pawl, il-Kriżostmu jfaħħar lil missirijietna li laqgħu tanttajjeb lil dan l-appostlu wara l-għarqa tiegħu fuq gżiritna. Il-qaddis hu miżmum bħala l-patrun tal-predikaturi.SIGNUM FIDEI 25


Riflessjoni:“Il-manswetudni ma tfissirx dgħjufija u lanqas li temmen kollox. Difatti, meta lilĠesù ġibulu mara żienja quddiemu, huwa ma bediex jgħajjarha kif ippretendew lisejjer jagħmel, iżda beda jikteb fl-art u qal dawn il-kelmiet: ‘Min minnkom huwamingħajr dnub jaqbad l-ewwel ġebla mill-art u jitfagħha (Ġw.8: 7) u ħadd ma ssograjitbaxxa fl-art biex jaqbad ġebla u jitfagħhielha, u meta telqu staqsieha: ‘Ħadd magħamel ħaqq minnek?’ ‘Ħadd’, weġbitu. ‘Mela lanqas jien ma nagħmel ħaqqminnek; mur, u tidnibx aktar’, weġibha Ġesù. (Ġw 8:7,11). Din hija l-ħlewwa litagħder u taħfer.”Dun Ġużepp Cauchi (1900-1955) - saċerdot GħawdxiMeditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:Med. 100, it-3 partiHaving been made Patriarch of Constantinople in spite of his own resistance and atthe request of the emperor, Saint John was zealous in undertaking a general moralreform and in tolerating no disorders. This led to strong confrontation with theempress, whose behavior in many respects was not Christian. Before long thisbrought great persecution on the saint, and he was several times driven from hissee.That is how people are treated who by their blameless life and their sound doctrineuphold the Gospel and the cause of religion. The demon, unable to endure theirprogress in virtue and the good they do for souls, never ceases to harass them byhis own efforts or by those of his agents. If you live holily, says Saint Paul, expect tobe persecuted. Such will be your lot and your destiny as long as you live in thisworld.Saint John (ca. 349–407) earned the name Chrysostom, which means goldenmouth, because of his eloquence. He was born at Antioch, in Syria, son of acommander in the imperial army, and was trained as a lawyer. After his conversionto Christianity, he withdrew into solitude with some friends and began the work ofwriting treatises that have earned him the title of Doctor of the Church. Later, asPatriarch of Constantinople, he was sent into exile by the empress; on the way,partly as a result of the rough treatment given him, he died. He can be considered amartyr, although he did not shed his blood.Missierna ...TALBAO Ġesù,agħtina ix-xorti tajbali fid-dar u l-imkejjen fejn naħdmu,joħroġ minn qlubna u mill-imġiba tagħnar-raġġi tal-ħlewwa u l-manswetudni,sabiex inkunu fil-grazzja tiegħekkull fejn ngħammru u b’hekk insiru ċentruta’ serħan, tgawdija, sabar u faraġ.Ammen.Dun Ġużepp Cauchi 1900-195526 SIGNUM FIDEI


Il-Ġimgħa, 14 ta’ SettembruL-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Numri 21: 4b-9 Meta xi ħadd kien jisfa’ migdum, kien iħares lejh u jfiq. jewFilippin 2: 6-11 Ċekken lilu nnifsu; għalhekk Alla għollieh sas-smewwiet.2. Salm 77: 1,2,34-38 Tinsewx l-għemejjel kbar ta’ Alla.3. Ġwanni 3: 13-17 Jinħtieġ li Bin il-bniedem ikun merfugħ.Nadurawk O Ġesù u nfaħħrukgħax b’salibek u l-mewt tiegħekInti fdejtna.L-EŻALTAZZJONI TAS-SALIB IMQADDES Wara li l-ġisem imqaddes ta’ Ġesu’ tniżżel minn fuq is-salib u tpoġġa fil-qabar,neħħew is-salib minn postu, tefgħuh ġo ħofra u radmuh. Xi tlett mitt sena wara, għall-ħabta tas-sena 327, fi żmien Kostantinu, metafuq il-Knisja kienet reġgħet feġġet il-paċi, San Markarju, isqof ta’ Ġerusalem,imħeġġeġ u megħjun minn Santa Elena waqt li kienet f’pellegrinaġġ fl-ArtijietImqaddsa (326-327), ta ordni ħalli jinstabu l-imkejjen sagri. Hekk fost affarijietoħra nstabu l-qabar ta’ Kristu, il-Kalvarju u s-Salib Imqaddes. Kostantinu bena knisja fuq il-post fejn instab is-Salib, li l-konsagrazzjonitagħha saret fl-14 ta’ Settembru 335. Fis-sena 614, ir-Re Kosroe II tal-Persjani kien għamel ħerba minnĠerusalemm u mill-Artijiet Imqaddsa, u ġarraf jew ħaraq bosta knejjes uistituti reliġjużi nsara. Fost kollox kien karkar miegħu biċċa kbira tas-Salib likienet miżmuma ġo relikwarju bil-ġawhar. L-Imperatur Eraklju ta’ Kostantinopli, wara li ma rnexxilux jasal fi ftehim mal-Persjani, mexxa l-armati tiegħu kontrihom. Fis-sena 627, Kosroe II ħarab uġie maqtul minn ibnu Siroe. Eraklju wasal fi ftehim ma’ Siroe, u fost affarijiet oħra ħa r-relikwa tas-Salibf’Kostantinopli fejn kellha laqgħa trijonfali. Fis-sena 629, Eraklju ħa s-Salib lura Ġerusalemm. Meta wasal fit-triq li kienettagħti għall-Kalvarju, neħħa l-ilbies ta’ imperatur minn fuqu, libes ilbiesordinarju u ħafi, wassal ir-relikwa tas-Salib u taha lil Żakkarija, patrijarka ta’Ġerusalemm. Din hi l-ġrajja li l-Knisja qed tfakkarna fiha llum. Inċidentalment, Rohault de Fleury għamel tfittix bir-reqqa, u wera (Memoiresur les Instruments de la Passion, Paris, 1870) li jekk tiġbor flimkien ir-relikwiSIGNUM FIDEI 27


li huma mxerrdin ’l hawn u ’l hemm fid-dinja, ma jlaħħqux iktar minn terz (1/3)ta’ salib normali.Riflessjoni fuq il-Kelma t’Alla: “U billi, fl-għerf ta' Alla, id-dinja b'għerfha ma għarfitx lil Alla, Alla għoġbujsalva lil min jemmen bil-bluha tal-predikazzjoni. Għax il-Lhud jitolbu s-sinjali,u l-Griegi jfittxu l-għerf, imma aħna nxandru ’l Kristu msallab, skandlu għal-Lhud u bluha għall-Griegi; iżda għal dawk li huma msejħin, sew Lhud sewGriegi, Kristu huwa l-qawwa ta' Alla u l-għerf ta' Alla. Għax il-bluha ta' Allahija għarfa iktar mill-bnedmin, u d-dgħjufija ta' Alla hija aqwa mill-bnedmin.”1Korintin 1 : 21-25 “U kif Mosè refa’ s-serp fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-Bniedem, biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta’ dejjem.” Ġwanni 3 : 14,15Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:Med. 165, it-2 partiIt is not fitting that the honor we must pay to the cross of our Lord be limited toshowing it respect and to adoring it. Rather, we must love it with all the affection ofour heart and desire to die attached to it as Jesus Christ our divine Master desired.For, as the author of the Imitation says, those who embrace the cross of JesusChrist with a good heart need not fear the dreadful sentence of damnation.Because we have been freed from sin by means of it, we must not doubt (and weought to have this confidence) that if we love the cross in union with Jesus Christ,who loved it tenderly and bore it with extreme joy, all the miseries of this life willbecome pleasant and agreeable to us. In this way we will be truly happy, havingfound our paradise in this world, because we will have entered into the sharing ofthe suffering spirit of Jesus Christ, who has reconciled us by his death on this holycross, as Saint Paul says, and made us holy, pure, and beyond reproach beforeGod.Let us, then, consider attentively how much we owe to this sacred wood for havingcontributed this way to our sanctification. By a zeal of ardent love, let us raise it upto Jesus Christ to unite it to him, for he still loves it now, as he loves our salvation,and is glad to have borne it for our sanctification. Therefore, when you have sometrouble, unite with Jesus suffering. Love his cross, because you are one of hismembers; this union and love will soothe your pains and make them much moretolerable.Ħsieb:“Meta nroddu is-Salib ifisser li aħna nidħlu fil-ħsieb tal-Persuni tat-Trinità unemmnu li Alla l-Missier ħalaqna, l-Iben fdiena bit-tbatija, bil-passjoni, il-mewt u l-qawmien tiegħu u li l-Ispirtu s-Santu jgħix fina u jqaddisna.”Br. Louis28 SIGNUM FIDEI


TALBAMissier Etern,noffrilek d-demm l-aktar prezzjużta’ Ġesù, ibnek divinmal-Ewkaristija kollhali tiġi ċċelebrata fid-dinja llum,għall-erwieħ qaddisa li jinsabu fil-purgatorjugħall-midinbin kollha,għall-midinbin fil-Knisja Universali,għal dawk li jgħixu fl-istess dar miegħiu l-familji tiegħi kollha,Ammen.(Ġesù wiegħed lil Santa Ġeltrude li kull darbali tingħad din it-talba, elf ruħ tinħeles mill-purgatorju)Missierna ...Is-Sibt, 15 ta’ SettembruIl-Verġni Mqaddsa Marija tad-Duluri“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Lhud 5: 7-9 Hu tgħallem xi tfisser l-ubbidjenza u sar awtur tassalvazzjonita’ dejjem.2. Salm 30: 2-6; 15,16,20 Fit-tjieba tiegħek, Mulej, salvani.3. Ġwanni 19: 25-27 X’weġgħa ġarrbet u x’kefrija meta ratu fit-tbatija l-omm lil binha Alla. jewLuqa 2: 33-35Sejf jinfidlek ruħek.IL-VERĠNI MQADDSA MARIJA TAD-DULURI Il-Knisja tfakkar id-Dulur tal-Madonna darbtejn matul is-sena: nhar il-Ġimgħatal-ġimgħa tal-passjoni (il-ġimgħa ta’ qabel il-Ġimgħa l-Kbira), u llum, il-15 ta’Settembru. L-ewwel waħda nbdiet f’Cologne, il-Ġermanja, fis-seklu ħmistax bħala tpattijatal-ereżija ta’ Ġovanni Hus. Dik tal-lum bdewha l-Patrijiet Serviti meta fl-1668 qalgħu permess mingħandil-Papa biex jiċċelebraw il-festa tas-Seba’ Duluri fit-tielet Ħadd ta’ Settembru.Meta mbagħad il-Papa Piju VII fl-1814 irritorna mill-eżilju, estenda din il-festaSIGNUM FIDEI 29


għall-Knisja kollha bħala tifkira ta’ kemm il-Knisja (u hu personalment) batietminn Napuljun. Imbagħad, il-Papa San Piju X, meta għamel ir-riforma tal-KalendarjuLiturġiku, iffissa d-data tal-festa fil-15 ta’ Settembru, fl-Ottava tat-Twelid tal-Verġni Marija. Il-Madonna sofriet mhux għax kellha xi dnub. It-tnissil tagħhakien immakulat. Il-ħajja tagħha kienet bla l-iċken dnub. Is-Seba’ Dulurinistgħu nniżżluhom hekk:1. Il-profezija ta’ Xmun fit-tempju.2. Il-ħarba lejn l-Eġittu, triq ta’ 480 kilometru, bit-tarbija Ġesù ta’ inqasminn sena.3. It-telfa ta’ Ġesù.4. Il-laqgħa tagħha ma’ Ġesù jġorr is-salib fi triqtu lejn il-Kalvarju.5. Il-kruċifissjoni.6. Ġesù mejjet fi ħdanha.7. Id-difna ta’ Ġesù. Fis-seklu ħmistax, il-konfraternitajiet tas-Seba’ Duluri xerrdu ħafna d-devozzjoni lejn Marija Addolorata. Hija l-patruna tas-Servi ta’ Marija. F’Malta l-paroċċa ta’ San Pawl il-baħar hija ddedikata lil Marija Addolorata.Id-devozzjoni lejn il-Madonna tad-Duluri hi garanzija ta’ salvazzjoni.Riflessjoni:“Il-preżenza ta’ Marija ħdejn is-Salib tindika l-impenn tagħha biex ikollha sehemsħiħ mis-sagrifiċċju redentiv ta’ binha. Marija riedet tipparteċipa fil-profondità tassofferenzita’ Ġesù għaliex hi ma warbitx is-sejf imħabbar lilha minn Xmuni. Minflokhi aċċettat ma’ Kristu l-pjan misterjuż tal-Missier. Kienet l-ewwel waħda li ħadetsehem f’dan is-sagrifiċċju u kellha tibqa’ għal dejjem il-mudell perfett għal dawkkollha li jaċċettaw li jassoċjaw ruħhom bla ebda riserva mal-offerta Redentiva.Beatu Gwann Pawlu II - Papa: Udjenza 23.11.88Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 155.1“... Aktar ma inti tkun fidil lejn Alla meta tkun għaddej mit-tbatija, aktar Alla jxerred ilgrazzjiu barkiet tiegħu fuqek u fil-ministeru li int qed twettaq ...”30 SIGNUM FIDEI


Missierna ...TALBAO Marija, omm il-ħniena,ħares fuqna lkollsabiex is-Salib ta’ Kristu ma jiġix fix-xejn,sabiex il-bniedem ma jitwarrabx mit-triq it-tajba,u jagħlaq għajnejh għad-dnub,imma jkattar it-tama tiegħu f’Alla,“li hu għani fil-ħniena”(Ef. 2:4)“u ħieles jagħmel l-opri tajba li Alla ħejjielu”(Ef. 2:10)biex tul ħajtu kollha“jkun għat-tifħir tal-glorja t’Alla”.(Ef. 1:12)Ammen.Beatu Ġwanni Pawlu II Papa – Veritas SplendorIl-Ħadd, 16 ta’ SettembruL-24 Ħadd ta’ matul is-sena“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Isaija 50: 5-9a Tajt dahri lil dawk li kienu jsawtuni.2. Salm 114: 1-6,8,9 Jien nimxi quddiem il-Mulej f’art il-ħajjin.3. Ġakbu 2: 14-18 Il-fidi mingħajr l-għemil hi mejta.4. Mark 8: 27-35 Hu meħtieġ li Bin il-Bniedem ibati ħafna.Riflessjoni fuq il-Vanġelu: L-għan tal-ewwel parti tal-Vanġelu ta’ San Mark kien li jwassal għall-għarfienta’ Ġesù bħala “l-Messija”, bl-istqarrija ta’ Pietru “Inti l-Messija”. L-għan tattieniparti hi l-formazzjoni tad-dixxipli, jurihom min hu bil-mod il-mod, bilmumentl-aktar importanti l-istqarrija taċ-ċenturjun quddiem Ġesù msallab“Dan il-bniedem kien tassew Bin Alla”.(Mk.15:39) Is-silta tal-lum timmarka passaġġ bejn l-ewwel u t-tieni parti tal-Evanġelju. Ġesù staqsa “Min jgħidu n-nies li jien?” u mir-risposta li taw id-dixxipli kienjidher li n-nies kien għadhom m’għarfux sew lil Ġesù. Min qal Elija, minĠwanni l-Battista jew xi profeta, ma waslux biex jiddentifikawh bħala l-miljaSIGNUM FIDEI 31


tar-rivelazzjoni u t-twettiq tat-tamiet li ħabbru l-profeti, iżda bħala l-prekursurtal-Messija. Meta f’isem sħabu Pietru qal “Inti l-Messija”, kien xhieda li issa l-appostlikienu nfetħulhom għajnejhom u bdew jgħarfu xi ħaġa ġdida f’Ġesù. Ordnalhom biex ma’ jitkellmu ma’ ħadd fuqu, għaliex biex jkunu jistgħujxandruh kien baqgħalhom ħafna x’jimxu. Hija l-esperjenza tas-Salib u l-Qawmien ta’ Ġesù li twassal lid-dixxipli għall-għarfien sħiħ. Ġesù kien jaf x’hemm jistennih, se jħabbat wiċċu mal-ogħla klassijiet tassoċjetàLhudija,(Sanhedrin,Sadduċej,Qassisin il-kbar,Fariżej) kellhom issetgħatal-flus, is-setgħa politika u reliġjuża u s-setgħa tal-verità, u dawnkienu se jispiċċaw li joqtluh. Ġesù kellimhom ċar lid-dixxipli iżda huma qattma basru jew setgħu jaċċettaw li l-Messija kellu jbati. Iżda Hu assigurahom lil-aħħar kelma ma tkunx tas-setgħat li jġibu l-mewt – wara tlitt ijiem jerġa’jqum. Kull meta Pietru u d-dixxipli ma jaċċettawx, jew jaħarbu meta Ġesù jsejħilhombiex jerfgħu miegħu s-salib, ikunu jfixkluh, għedewwa tal-proġett ta’ Alla. Pietru ma sabhiex bi tqila jaraw lil Ġesù bħala l-Messija, ma aċċettax il-prezzli kellu jħallas biex ikun dixxiplu. Ħemm Pietru fina lkoll, stqarrija ta’ fidi li matinkludix li tkun dixxiplu, mhix sħiħa. Niċħdu aħna lilna nfusna, ninħallu mill-interessi personali tagħna u nsiruqaddejja tal-oħrajn? Naċċettaw is-salib u nissieħbu fil-proġett Tiegħu? Ħadd minna ma’ jista’ jirnexxielu jilħaq dan kollu biss f’din il-mixja ta’ fidi liqegħdin nagħmlu l-Mulej jaħfrilna n-nuqqasijiet tagħna, u jibqa’ jsejħilna għalfedeltà sħiħa, li trid tissarraf f’solidarjetà mal-oħrajn.Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:Med. 166, l-1 parti(Illum taħbat il-festa ta’ San Ċiprijanu. San Ġwann Battista De La Salle kitebmeditazzjoni sabiħa fuq dan il-qaddis kbir.)Saint Cyprian, one of the principal Fathers of the Church, was most zealous for hisdiscipline and for upholding the doctrine and maxims of Jesus Christ. He had beena pagan and a most learned one. He was converted by a priest named Cecilius,whom he loved tenderly and ever afterward honored as his father. Even beforereceiving Baptism, he studied Holy Scripture. Filled with the truths he learned thereand with the Catholic spirit, he was admitted to the sacrament. As soon as he wasbaptized, he sold all his possessions, distributed the proceeds to the poor, andresolved to practice celibate chastity. In this way, from the moment he became aChristian, he lived stripped of all his wealth and freed from affection for all thegoods and all the pleasures of the earth. That was how it was to live as a perfectChristian. It seems quite clear that this saint was altogether virtuous from the verybeginning and had a heart fully imbued with the Spirit of Jesus Christ. With thisdisposition he could not but practice great virtues. He gave edification to everyoneby his holy life, just as he won admiration by his talent and knowledge of literature.That is what enabled this saint to render great benefits in the Church.32 SIGNUM FIDEI


You are in a state where you must know well the maxims of the holy Gospel, bothto work at your own sanctification and to procure that of others. Do you practicethese maxims as this saint did? Have you, like him, renounced the goods andpleasures of life? Often you do not enjoy the goods and comforts of life becauseyou cannot have them.Often those who lack them the most also desire them most eagerly. Are you not ofthis number? It is not enough to be deprived of such things unless it is donewillingly and with affection. That is why Jesus Christ says that not only the poor butalso the poor in spirit are blessed. This spirit of poverty is often no less rare inreligious communities than it is in the world.Ħsieb: Ġesù jgħammar fejn ikun milqugħ:Sid l-għar ta’ Betlem offra l-istalla tiegħu: Ġesù twieled hemm.Marija u Marta offrew darhom: Ġesù kien jgħaddi għandhom.F’Ġerusalemm wieħed sid offra l-għorfa kbira li kellu: Ġesù għamel l-aħħar Ċenahemm.Ġużeppi d’Arimatea offra l-qabar tiegħu: Ġesù ndifen hemm.Dawk li jemmnu, jħejju qlubhom: Ġesù jgħix hemm.Nixxiegħa ta’ Stejjer – Publikazzjoni PrecaMissierna ...TALBAO Missier,agħmel li t-talb, ġieħ u qima, u kull devozzjonijinbidel f’servizz u ministeruskont triqatek u r-rieda tiegħek.Agħmel li x-xogħol tagħna ma jkunx mitluf,u lil dawk li ġew magħżula u msejjħa minnekjieħdu kull opportunitàli jxandru l-Evanġelju hekk glorjużta’ Sidna Ġesù KristuAmmen.The Prayer of the DaySIGNUM FIDEI 33


It-Tnejn, 17 ta’ SettembruSan Albertu ta’ Ġerusalemm – isqofSan Robertu Bellarmino – isqof u duttur tal-KnisjaSanta Ildegarda – verġniL-għoti tal-pjagi lil San Franġisk ta’ Assisi“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. 1Korintin 11: 17-26,33 Jekk hemm firda bejnietkom, mhux l-ikla tal-Mulejtkunu tieklu.2. Salm 39 : 7-10,17 Ixxandru l-mewt tal-Mulej sa ma jiġi.3. Luqa 7: 1-10 Anqas f’Israel ma sibt fidi bħal din.SAN ROBERTU BELLARMINU - isqof u duttur tal-Knisja. (1542-1621) Robertu kien it-tielet minn għaxar ulied ta’ familja nobbli li fiha t-talb u l-qadital-oħrajn kellhom importanza kbira. Huwa kien neputi tal-Papa Marċell II.Daħal fil-Kumpanija ta’ Ġesù meta kellu 18-il sena. Kien ordnat saċerdot nharil-Lunzjata, fil-25 ta’ Marzu 1570. Robertu kien bniedem qasir ħafna tant li kemm-il darba kellu juża bankettabiex jipprietka f’pulpti għoljin fl-Ewropa. Hu kien ukoll ta’ saħħa dgħajfa imma,fl-istess ħin, kien ġgant f’ħafna ħwejjeġ oħra: kellu enerġija u talent għalkollox: studji, tagħlim, il-pulptu, direzzjoni spiritwali, amministrazzjoni u – flerba’snin li għamel bħala Arċisqof ta’ Capua – kura pastorali. It-talent tiegħu jidher ukoll fil-pubblikazzjonijiet: grammatika tal-ilsien Lhudi,żewġ katekiżmi li kisbu suċċess kbir, l-opra “Kontroversji” f’4 volumi li biha sarl-aqwa apoloġista tal-Kontro-Riforma, u, ftit xhur qabel miet, ħareġ il-ktieb “L-Arti Ta’ Kif Tmut Tajjeb.” Huwa sar librar tal-Vatikan. Fl-1598 ġie nominat kardinal kontra xewqtu. Fl-appartament tiegħu fil-Vatikanhu kien jiekol biss ikel milli jkun ippreparat għall-fqar. Uża l-purtieri tal-kmamartiegħu biex isiru lbiesi għall-fqar għax, qal, il-ħitan ma jħossux bard. Fl-1602 ġie maħtur arċisqof ta’ Capua, fejn qeda tant tajjeb il-missjoni tiegħuta’ ragħaj spiritwali. Kien imsejjaħ Ruma wara erba’ snin (1605) biex jaħdem għad-difiża tal-Knisjakontra l-ereżiji ta’ żmienu. Għal 15-il sena kien l-aktar kardinal imsemmi fil-Kurja. Kellu parti ewlenija fil-kwistjoni li nqalgħet ma’ Galileo Galilei, li kienħabib tiegħu. Robertu Bellarminu miet fis-17 ta’ Settembru 1621 fin-novizzjat tal-Ġiżwitiwara li rreċita l-Kredu u rċieva l-barka tal-Papa. Kellu 79 sena. Hu l-patrun tal-Katekisti u tal-Katekumeni. Piju XI iddikjarah qaddis fl-1930 uduttur tal-Knisja 1931.34 SIGNUM FIDEI


Riflessjoni:Il-kitbiet ta’ San Bellarminu jgħinuna nifhmu li l-persuna ħajja ta’ Ġesù kif nsibuhafil-ħajja, il-mewt u l-qawmien tiegħu, hija l-għajn tar-rivelazzjoni sħiħa.L-għejun tal-fidi tagħna mhix biss ġabra ta’ duttrina, imma hija l-istess persuna ta’Kristu li għadha tgħix fil-Knisja llum. Meta Ġesù tela’ s-sema, lill-appostliwegħedhom li se jibqa’ magħhom.Saint of the DayMeditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:Med. 173, it-3 partiLove for suffering possessed the heart of Saint Francis so much, as well as love forpoverty, that considering how much Jesus Christ had suffered for him, he could notbe content, after he had left the world, to spend a single moment of his life withoutsuffering. This is why Jesus Christ suffering, who has always been the model ofthose who willingly suffer for the love of God, gave such delight to his heart that hecould neither keep nor satisfy himself from the contemplation of Jesus in this state.He fasted very rigorously almost all the year round. In winter he wore very littleclothing, which made him suffer very much from the cold. He often spent his nightsin prayer and took very severe disciplines.He practiced very harsh austerities, and he could say with Saint Paul that he wasattached to the cross with Jesus Christ. For this reason, one time when he was atprayer, a Seraphin imprinted on his body the sacred stigmata of the Passion. Hereceived this favor only after he had devoted himself to continual mortification.Imitate this great saint in the love he had for suffering, and see to it that either yourmind or your body is always mortified. May this mortification be so effective in youthat it reproduces on your body, so to speak, the sacred stigmata of Jesus Christcrucified.Missierna ...TALBAO Wiċċ Imqaddes,tas-Salvatur ħanin tiegħi,li bl-imħabba ħelwa ġejt imħaddanmill-qalb addolorata gu minfuda ta’ Marija Santissimawaqt il-passjoni ħarxa tiegħek,agħtina l-grazzja li naqsmu miegħekdan id-dulur hekk kbir ul-imħabbabiex nwettqu r-rieda qaddisa ta’ Alla,mill-aħjar li nistgħu.Ammen.EWTNSIGNUM FIDEI 35


It-Tlieta, 18 ta’ SettembruSan Ġużepp ta’ Copertino – reliġjużSan Ġwann Macias – reliġjużBeatu Vittore III - Papa“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. 1Korintin 12: 12-14,27-31a Intom il-ġisem ta’ Kristu, u membri tiegħu.2. Salm 99: 2-5 Aħna l-poplu tiegħu u n-ngħaġ tal-merħla tiegħu.3. Luqa 7: 11-17 Żagħżugħ, qiegħed ingħidlek, qum!SAN ĠUŻEPP TA’ COPERTINO (1603-1663) Kien jismu Ġużeppi Marija Desa u twieled f’Copertino (Lecce), l-Italja, ibenwieħed jagħmel il-karrijiet. Ommu wellditu fi stalla tal-pajjiż. Ġużeppi ma kellux wisq tagħlim, għax ma tantx attenda skola minħabba l-faqar u l-mard. Terġa’ hu kien tifel moħħu ma jagħtihx u jitlagħlu malajr.Ipprova jitgħallem is-sengħa ta’ skarpan, iżda ma rnexxilux. Ipprova jidħol f’kunvent. Il-Franġiskani Konventwali ma ridux idaħħluhmagħhom u l-Kappuċċini bagħtuh lura wara 8 xhur. Fl-aħħar kien milqugħ bħala qaddej mill-Konventwali u ngħata l-abitu bħalamembru tat-terz’ordni. Sar ġwejjed, umli u jagħmel penitenzi u minkejja ħafna diffikultajiet, hu ġieordnat saċerdot. Huwa beda jkollu ħafna estasijiet, kien iwettaq mirakli ta’ fejqan u kellu ħafnaġrajjiet sopranaturali. Kien ukoll jinqata’ mill-art. Biex jevitaw il-ħafna nies likienu jiġu jfittxuh, is-superjuri tiegħu kienu jibagħtuh minn kunvent għall-ieħor,iżda l-folol kienu jsibu fejn ikun. Għal 35 sena sħaħ ma kienx imħolli li jqaddesfil-pubbliku. Il-qaddis kellu d-don tax-xjenza infuża u minħabba f’hekk kienu jfittxuh għallparirianki t-teoloġi. Kien jaf jaċċetta t-tbatija bl-akbar sempliċità. Kien il-ħin kollu jħeġġeġ lin-nies:“Itolbu, itolbu! Jekk intom imħabbtin bin-nixfa jew distrazzjonijiet, għidu t-talbatal-Missierna u tkunu qegħdin titolbu vokalment u mentalment.” San Ġużepp ta’ Copertino miet fil-kunvent ta’ San Franġisk f’Osimo fit-18 ta’Settembru 1663 meta kellu 60 sena. Kien dikjarat beatu fl-24 ta’ Frar 1753 mill-papa Benedittu XIV, u dikjaratqaddis fis-16 ta’ Lulju 1767 mill-papa Klement XIII. Hu l-qaddis imsejjaħ mill-istudenti għal waqt l-eżamijiet.36 SIGNUM FIDEI


Irrifletti fuq il-Kelma ta’ Alla: Salm 46, 2-4“Kenn u qawwa hu Alla għalina, għajnuna kbira sibnieh fid-dwejjaq.Għalhekk ma nibżgħux jekk l-art titriegħed, jew jiġġarrfu l-muntanji f'nofs ta' baħar;anqas jekk jgħajjtu u jogħlew ilmijietu, jew jitheżżu l-muntanji bit-tqanqil tiegħu. Il-Mulej tal-eżerċti magħna, fortizza għalina Alla ta' Ġakobb!”F’dawn il-[ranet li ser jibdew is-sena skolastika: din il-meditazzjoni tgħoddħafna għalina għalliema katekisti u mexxejja ta’ gruppi.Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:Med. 33, l-1 partiJesus Christ compares those who have charge of souls to a good shepherd whohas great care for the sheep. One quality he must possess, according to our Savior,is to know each one of them individually. This ought also to be one of the mainconcerns of those who instruct others: to be able to understand their students andto discern the right way to guide them. They must show more mildness towardsome, more firmness toward others. There are those who call for much patience,those who need to be stimulated and spurred on, some who need to be reprovedand punished to correct them of their faults, others who must be constantly watchedover to prevent them from being lost or going astray.This guidance requires understanding and discernment of spirits, qualities you mustfrequently and earnestly ask of God, because they are most necessary for you inguiding those placed in your care.Missierna ...TALBARuħ ta’ Kristu, qaddisni.Ġisem ta’ Kristu. Salvani.Demm ta’ Kristu, ferraħni.Ilma ta’ ġenb ta’ Kristu, aħsilni.Tbatija ta’ Kristu, farraġni.O Ġesù ismagħni,fil-pjagi tiegħek aħbini.Tħallinix ninfired minnek.Mill-għadu ħażin, ħarisni.Fis-siegħa tal-mewt, sejjaħli.Agħmel li niġi għandek sabiex lilek infaħħarmal-qaddisin kollha għal dejjem,Ammen.SIGNUM FIDEI 37


L-Erbgħa, 19 ta’ SettembruSan Gennaro – isqof u martriSan Franġisk Maria minn Camporosso – reliġjużSan Alfons de Orozco – presbiteruSant’Emilja De Rodat - reliġjuża“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1.1Korintin 12: 31 - ; 13:1, 3 Issa hawn fidi, tama u mħabba: il-kbira fosthom hi l-imħabba.2. Salm 32: 2-5.21,22 Imbierek il-poplu li l-Mulej għażel b’wirtu.3. Luqa 7: 31-35 Lil min jixbhu n-nies ta’ dan iż-żmien?SANT’EMILJA DE RODAT - reliġjuża Twlieldet fil-belt ta’ Rodez fi Franza fl-1787. Ta’ 18-il sena ħaduha tgħix ma’nannitha fil-Kastell ta’ Ginals, qrib Villefranche-de-Rouerge, marret l-iskolaf’Maison Saint Cyr fejn ta’ 18-il sena bdiet tgħallem hija stess. Bil-permess tal-konfessur tagħha, Monsinjur Marty, daħlet mas-Sorijiet ta’Nevers ġo Figeac, ma’ dawk tal-Picpus F’Cohars, u mal-oħrajn tal-ĦnienaF’Moissac, imma kull darba ma tipperseverax. Fehmet allura li s-sejħa tagħha kienet li tiddedika ħajjitha għat-tagħlim tat-tfal.Fl-1816, tat bidu għall-Kongregazzjoni tas-Sorijiet tas-Sagra Familja ta’Villefranche. Iltaqgħet ma’ provi u diffikultajiet kbar, fosthom il-mewt ħesremta’ diversi sorijiet, il-mewt ta’ Monsinjur Marty fl-1835, u fl-aħħarnett il-mardkiefer li laqatha, li rrendiha kważi truxa. Ma’ dan iltaqgħet ma’ dak li San Ġwann tas-Salib isejjaħ il-“Lejl Mudlam”,imma ma tilfet qatt il-fiduċja tagħha f’Alla. Sa mill-1843, is-sorijiet tagħha bdew iżuru l-ħabsijiet, u fetħu djar għax-xjuħ, l-iltiema u għan-nisa fil-periklu. F’April 1852, tfaċċa tumur kanċeruż f’għajnhax-xellugija. Mietet ta’ 65 sena fid-19 ta’ Settembru 1852, u ġiet ikkanonizzata mill-PapaPiju XII fit-23 t’April, tas-Sena Mqaddsa 1950. Ħalliet warajha dakinhar li mietet mhux inqas minn 38 kunvent, barra minnoħrajn ta’ klawsura stretta. Il-fdal tagħha jinsab meqjum Villefranche-de-Rouergue, fil-knisja tas-Sagra Familja tas-sorijiet tagħha.Riflessjoni: Nistaqsi lili nnifsi:Jien min-naħa tiegħi x’eżempju ta’ fidi, ta’ mħabba, jien, meta niltaqa’ ma dak,ma’ dik, ma’ dawk?Int u jien naffetwaw lil xulxin f’dak li aħna nagħmlu u ngħidu! Bro. Louis38 SIGNUM FIDEI


Ħsieb:“Il-ġenerazzjonijiet li tilgħin jeħtieg li jkunu jafu l-prezz tal-fidi” li huma wirtu, jekkiridu jirċievu t-torċa tal-vanġelu, bi gratitudini u jxerrdu d-dawl tagħha, lis-seklu l-ġdid u l-millenju l-ġdid.” Papa Ġwann Pawlu II, 7 ta’ Mejju 2000.Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: MTR 4 : 1“... Sidna Ġesù Kristu, meta jarana nintelqu f’idejh kompletament, għax nemmnu lihu biss jista’ jagħmel kollox, u nħalluh jużana bħala strument kif jixtieq, ma jonqosxli jagħtina dak kollu li nitolbuh ...”TALBAMissierna ...O Alla tiegħi,meta jiena nkun qed infittxek,nintebaħ li inti qed tfittixni.Il-Ħamis, 20 ta’ SettembruSant’Andrija Kim Taegon, San Pawl Chong Hasang u Sħabhom – martri tal-Korea“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. 1Korintin 15: 1-11 Intom ilqajtu l-Evanġelju li ħabbartilkom jien.2. Salm 117:1,2,16,17,28 Faħħru ’l-Mulej, għaliex hu tajjeb.3. Luqa 7: 36-50 Dnubietha, li kienu ħafna, inħafrulha, ladarba ħabbetħafna.SIGNUM FIDEI 39


SANT’ANDRIJA KIM TAEGON, SAN PAWL CHONG HASANG U SĦABHOM -martri tal-Korea. (†1821-1846) Andrija Kim Taegon kien l-ewwel qassis korean u Pawl Chong Hasang kienappostlu lajk. Dawn, flimkien ma’ 111 kattoliċi oħra, mietu għall-fidi tagħhomfil-Korea, bejn is-snin 1839-1867. L-Ispirtu s-Santu, li jonfoħ fejn irid, inqeda bl-appostolat ġeneruż tal-lajċi biexseħħ il-bidu tal-Knisja fl-art tal-Korea. Waqt invażjoni tal-Ġappuniżi fl-1592 xi Koreani kienu mgħammdin. Il-Koreanqatgħet totalment mill-bqija tad-dinja. Il-komunità tal-insara damet sas-sena 1836 mingħajr rgħajja u kienetimmexxija u mwettqa, tista’ tgħid, minn lajċi biss. Għall-ħabta tal-1777 xiletteratura nisranija waslet fil-pajjiż, u nbeda grupp nisrani. Meta tnax-il sena wara daħal fil-Korea bil-moħbi qassis Ċiniż, huwa sab 4,000kattoliċi. L-ewwel żerriegħa tal-fidi kattolika, miġjuba minn lajk korean fl-1784 fir-ritorntiegħu f’pajjiżu minn Pekin, kien issekondat f’nofs is-seklu XIX mill-martirju ta’bosta nsara, fosthom Andrija Kim Taegon, Pawl Chong Hasang u sħabhom, l-oħrajn kienu kważi kollha lajċi, rġiel u nisa, miżżewġin u le, xjuħ, żgħażagħ utfal, li, wara tiġrib kbir bid-demm għażiż li xerrdu, ikkonsagraw il-bidu tal-Knisja li hi fil-Korea. Dawn il-qaddisin martri, b’kollox 113, ġew dikjarati qaddisin flimkien mill-PapaĠwanni Pawlu II fis-6 ta’ Mejju 1984 waqt żjara pastorali tiegħu f’dan il-pajjiżtal-Lvant Imbiegħed.Riflessjoni:“Għax fil-ġnien tal-Mulej, ħuti, insibu, iva insibu, mhux biss ward tal-martri iżda wkollġilji tal-verġni, liedni tal-miżżewġin, u vjoli tar-romol. Ebda bniedem ħuti għeżież magħandu jaqta’ qalbu mis-sejħa tiegħu anqas xejn. Kristu għal kulħadd miet. Hikelma tas-sewwa dik li nkitbet fuqu. Irid li l-bnedmin kollha jsalvaw u jaslu biexjagħarfu s-sewwa.”Santu WistinMeditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:MTR – Med. 8, it-2 partiIt would have been of little use if the holy Apostles had instructed the first Christiansin the essential truths of our religion and did not lead them to live the Christian wayof life and conform to what they had lived with Jesus Christ. The Apostles were notsatisfied with teaching doctrine; they had a marvelous care to bring the firstChristians to practice their religion.God blessed their care in such a way that it is said that those who first received thefaith persevered in the teaching of the Apostles, in the communion of the breakingof bread, and in prayers. They continued to go to the Temple every day united inthe same spirit. In other words, after they were baptized, they were living inharmony with the teaching of the Apostles.40 SIGNUM FIDEI


TALBAMulej!Kun imbierek għax int missierna,ġeneruż u tħobbna.Kun imbierek Mulej għall-grazzjikollha li tagħtina.Inti żrajt f’qalbna dik l-imħabba mimlija ħniena.Nitolbok Mulej,li din l-imħabba tkunl-ikel ta’ kuljum li tgħini ngħixBIK u GĦALIK.Agħmel li nkun denjuli nxerridha madwari.Grazzi Mulej.Missierna ...Il-Ġimgħa, 21 ta’ SettembruSan Mattew – appostlu, evanġelista“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Efesin 4: 1-7,11-13 Alla ta lil xi wħud li jkunu appostli, lil xi wħud evanġelisti.2. Salm 18: 2-5 Mal-art kollha jasal leħinhom.3. Mattew 9: 9-13 Ejja warajja. Dak qam u mar warajh.SAN MATTEW Mattew kien Lhudi, x’aktarx li kien mill-Galilija. Bla dubju kien raġel għani.Ismu jfisser “Rigal ta’ Alla”. Huwa l-istess persuna li San Mark u San Luqajsejħulu Levi. Bi professjoni kien pubblikan, jiġifieri wieħed li jiġbor it-taxxi mingħand il-Lhudu jgħaddihom lill-ħakkiema tagħhom, ir-Rumani. Dan kien fi żmien ErodiAntipa.SIGNUM FIDEI 41


Il-Lhud ma kinux jaħmluhom lill-pubblikani, għax barra milli kienu aġenti tal-Gvern Ruman, kellhom il-fama li kienu rgħiba u qarrieqa. Għalhekk il-Lhudma kinux iħalluhom jidħlu fit-tempju u fis-sinagoga. L-ebda Lhudi tal-affaritiegħu ma kien ikollu kuntatti magħhom. B’danakollu, darba waħda Ġesù rah bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi, uqallu: “Ejja warajja.” Dak qam u mar warajh (Mt 9:9). Hekk kienet is-sejħa ta’San Mattew biex isir wieħed mit-tnax-il appostlu ta’ Ġesù. Ftit wara, Mattew stieden lil Ġesù għall-ikla fid-dar tiegħu f’Kafarnaum ustieden ukoll ħafna kolletturi ħbieb tiegħu. X’ħin il-Fariżej raw dan ħaduhakontra Ġesù u qalu: “Għaliex jiekol mal-pubblikani u l-midinbin?” Ġesùsempliċiment weġibhom: “It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f’saħħithom,iżda l-morda.” (Mt. 9:12). Isem San Mattew insibuh fil-lista tal-appostli. Flimkien mal-appostli kien xhudtal-qawmien mill-imwiet ta’ Ġesù; kien magħhom ukoll Ġerusalemm jitlob ujistenna l-miġja tal-Ispirtu s-Santu (Atti 1:13). San Mattew kiteb l-ewwel Vanġelu. Kitbu bl-Aramajk, l-ilsien antik tal-Palestina, u li bih kien jitkellem Ġesù. Is-simbolu tiegħu hu figura ta’ bniedemgħax il-Vanġelu tiegħu jibda bil-ġenealoġija ta’ Ġesù. Tradizzjoni tgħid li San Mattew mar jippriedka lil Ġesù fl-Etjopja (mhux dik ta’l-Afrika iżda ta’ ħdejn il-baħar Kaspju) fejn miet martri.Riflessjoni:“Ġesù għażel lil Mattew bħala dixxiplu, li għal għajn in-nies, kien meqjus midneb u lima kellux il-valuri meħtieġa ta’ qaddis. Madanakollu huwa kien onest u umlibiżżejjed biex jammetti li hu kien midneb. Għaraf il-verità f’Ġesù u ‘qabad u qam umar wara Ġesù’ (Mt. 9:9). Ġesù għażel lil Mattew bħala wieħed mill-pedamenti tal-Knisja tiegħu.”Br.LouisMeditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:Med. 167, it-2 partiAfter his conversion, Saint Matthew remained faithfully attached to Jesus Christuntil the end of his life, as Saint Jerome tells us. This is why he was chosen to beone of Christ’s Apostles, to preach his Gospel with him and after him and to be thefirst to write the Gospel, in the same language in which Jesus Christ had preachedit, Syriac, which was a corrupt Hebrew.It is inconceivable how much Jesus Christ loves those who give up everything forhim and how many graces he gives them both for themselves and for others.Because their hearts are empty of the things of this world, God fills them with hisHoly Spirit, as he did the heart of Saint Matthew. For the more we give upexteriorly, the more God gives us interiorly.42 SIGNUM FIDEI


TALBAO glorjuż San Mattew,fil-Vanġelu tiegħek, int urejtna lil Ġesùbħala l-Messija li kien mistenni,dak li kien magħruf lill-profeti fit-Testment il-Qadim,u dak li tana l-liġi l-ġdida, fit-Testment il-ġdidbiex waqqaf il-Knisja.Agħtina l-grazzja li dejjem naraw lil Ġesù ħaj fil-Knisja tiegħu,u f’din il-ħajja fid-dinja, dejjem nimxu fuq il-kelma tiegħu.Biex b’hekk inkunu nistgħu ngħixumiegħu fis-sema, għal dejjem.Ammen.Missierna ...Is-Sibt, 22 ta’ SettembruBeati Brothers ta’ Valencia – frères tal-iskejjel insaraSan Injazju minn Santhia – presbiteruBeatu Vincente Scicluna Hernandez u 232 Martri SpanjoliBeatu Tumas Sitjar – presbiteru u sħabu martriBeatu Ġjaċint Serrano u Sħabu – martri ta’ Spanja“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1.1Korintin 15: 35-37, 42-49 Jinżera’ ġisem li jitħassar, iqum ma jitħassarx.2. Salm 55: 10-14 Nimxi quddiem Alla fid-dawl tal-ħajjin.3. Luqa 8: 4-15 Dawk li jaqgħu f’art tajba huma dawk li jżommu l-kelma u jagħmlu l-frott għax jibqgħu sħaħ fil-fehma.BEATI BROTHERS TA’ VALENCIA – frères tal-iskejjel Insara Il-Brothers martri Ambrosio, Leon, Florencio Martin, Honorato Andres, EliasJulian u Bertran Francisco F’ambjent maħkum mill-vjolenza u l-instabilità, f’soċjetà polarizzata, huwameqjus li bdiet il-Gwerra Ċivili Spanjola nhar it-18 ta’ Lulju, 1935.SIGNUM FIDEI 43


L-għada, membri mill-komunità ta’ Bonanova f’Barcelona ddeċidew li jħallu l-post bħala pass ta’ sigurtà u qablu li kull wieħed minnhom imur fejn jinsabuniesu. U hekk il-Brothers, Honorato, Florencio u Ambrosio kellhom il-ħsieb li jmorrufil-post ġar tar-reġjun ta’ Aragona. Iżda malajr ħasbu li kulma kien qiegħediseħħ minħabba l-Gwerra Ċivili kien sejjer jagħmilhielhom diffiċli biex jaslu fejnkellhom f’moħħhom. Imxew għal 320 kilometru u waslu fil-belt ta’ Valencia. Hemmhekk it-tliet brothers għarfu li kienu qegħdin jissugraw li jingħarfu uminħabba f’hekk iltagħu minn ħin għall-ieħor fi stazzjon kbir tal-ferrovijabħallikieku ma kinux jafu lil xulxin. Bil-bżonn li jkunu ta’ għajnuna għalihom infushom, fittxew xogħol bħalagħalliema bil-ħsieb li jkun hemm xi postijiet battala minn għalliema oħra likienu nqabdu bil-gwerra. Il-kredenzjali tagħhom bħala għalliema kienujeħtiġuhom u għalhekk saru talbiet fil-kulleġġ tat-taħrig għall-għalliema li kienjinsab f’Barcelona. Hawn sar magħruf mhux biss li tassew kellhom il-kwalitajiet kollha biex isirugħalliema imma li kienu Brothers ta’ De La Salle. Dan it-tagħrif kien biżżejjedbiex wassalhom għall-mewt f’miżbla fil-belt dakinhar stess li kienu arrestati fit-22 ta’ Ottobru 1936. Honorato kellu 28 sena, Florencio 23 sena u Ambrosio (li kien ilu biss seba’snin bħala brother) kellu 22 sena. Elias Julian kellu 35 sena u BertranFrancisco 24 sena. Dawn il-Brothers ġew ibbeatifikati mill-Papa Beatu Ġwanni Pawlu II fil-11 ta’Marzu tas-sena 2001.Riflessjoni:“Il-martri huma s-sinjal tal-Knisja, il-Ġisem ta’ Kristu, li jiġu ppersegwitati ukkundannati għall-mewt; imma jżommu il-ħarsa tagħhom fuq is-Salib Glorjuż tal-Qawmien mill-Imwiet. Din hi t-tagħlima li jagħtuna dawn il-martri tal-lum u ta’għada. Aħna għandna dejjem nkunu lesti li nimitaw il-ġenerożità tagħhom.”Br. LouisMeditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: MTR – Med. 206, it-2 partiWhen you appear before God, it will not be sufficient for you to, have instructed thechildren entrusted to you, but you will be found guilty if you have not watched overtheir conduct. For it is your duty to watch over them exactly, being obliged to givean account to God for their souls. Have you considered carefully what it means togive an account to God for the salvation of a soul that is damned because you didnot take care to lead it to what is right and to assist it to live accordingly?44 SIGNUM FIDEI


TALBAO Alla, ħaj u kollok qawwabiddel id-dgħjufija tagħna f’saħħa.Hekk kif int tajt lill-Beati Brothers ta’ Valencial-kuraġġ li jsoffru l-mewt għal Kristu.Agħtina l-kuraġġ li ngħixu ħajja ta’ xhieda u fedeltà lejk.Agħmel li tikber fina l-vokazzjoni, biex inkunu ta’ eżempju għall-oħrajn.Dan nitolbuk f’Sidna Ġesù Kristu u mal-Ispirtu s-Santu,Alla wieħed,għal dejjem ta’ dejjemAmmen.Missierna ...Il-Ħadd, 23 ta’ SettembruIl-25 Ħadd ta’ matul is-Sena“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Għerf 2: 12,17-20 Nikkundannawh għall-mewt l-aktar kiefra.2. Salm 53: 3-6.8 Alla hu dak li jżommni.3. Ġakbu 3: 16 – ; 4: 3 Għal dawk li jfittxu jnisslu s-sliem, il-frott tal-ġustizzja humiżrugħ fis-sliem.4. Mark 9: 30-37 Min irid ikun l-ewwel wieħed, għandu jkun il-qaddejta’ kulħadd.Riflessjoni fuq il-Vanġelu: F’din is-silta tal-Evanġelju, San Mark qiegħed għat-tieni darba jħabbar ilpassjoni,il-mewt u l-qawmien ta’ sidna Ġesù Kristu. Din id-darba Ġesù ġabar lid-dixxipli flimkien waħedhom fejn qagħadjgħallimhom. Hawnhekk ħabrilhom il-passjoni li ried jgħaddi minnha - ‘Bin ilbniedemse jingħata f’idejn il-bniedem’ - imma huma dehru li ma fehmuxkollox u kienu aktar preokkupati dwar min ser ikun l-akbar fosthom. It-tweġiba tagħhom kienet ta’ tfixkil u dan nistgħu nqisuh bħala ‘x-xitan’ li kienqiegħed jaħkem lid-dixxipli dak il-ħin: id-dixxipli ‘ma fehmux u beżgħujistaqsuh’.SIGNUM FIDEI 45


Malli nġabru d-dar, Ġesù qagħad f’nofshom biex jagħtihom tagħlima. Inqedabi tfajjel ċkejken li ġab maġenbu u qalilhom: ‘Kull min jilqa’ wieħed minn dawniċ-ċkejknin minħabba f’ismi, ikun jilqa’ lili.’ Ġesù juża lit-tfajjel biex jissimbolizza lil dawk il-persuni fil-bżonn li jiddependuminn ħaddieħor. Waqt li ried jgħidilhom li dak li jilqa’ lil dawn il-persuni jkunukoll qiegħed jilqa’ lil Ġesù stess, uriena wkoll li dak li jaqdi għandu jkun l-akbar fosthom. B’hekk wasslilna l-messaġġ li l-akbar wieħed f’komunità huwadak li jaqdi.Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:Meditazzjoni fuq l-Umiltà – Kollezzjoni ta’ diversi Trattati QosraLook upon humility as the foundation of all the other moral virtues, without whichthere can be no true piety, since piety, without humility, is usually mere hypocrisy oran illusion.To acquire this virtue, we must work strongly to understand:1. What we have been in the past in body and soul.2. What we are now.3. What we shall be in the future.4. The nothingness from which we have sprung, the sins we have committed,God’s anger, that we have provoked, and the eternal hell that we havedeserved.Missierna ...TALBAAlla Missier tagħna,nitolbuk għal dawk kollha li jinsabuf’kariga għolja fit-tmexxija tal-pajjiż,biex ikunu mnebbħa mill-valuri tal-Vanġelu.Nitolbuk biex huma jgħixubħala persuni ta’ integrità onesta,mimlija b’sens ta’ dmir u responsabilità,dejjem attenti għal dawk li jinsabu fil-bżonnu lesti biex ikunu ta’ servizz għall-oħrajn.Ammen.Br. Nicholas Hutchinson46 SIGNUM FIDEI


It-Tnejn, 24 ta’ SettembruBeata Columba Gabriella Sagheddu – verġniSan Paċifku minn San Saverino – presbiteru“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Proverbi 3: 27-34 Il-Mulej jistmerr lil min hu ħażin.2. Salm 14: 2-5 Il-ġust jgħammar f’darek, Mulej.3. Luqa 8: 16-18 Il-musbieħ jitqiegħed fuq l-imnara, biex kull min jidħolġewwa jara d-dawl.BEATA MARIJA GABRIELLA SAGHEDDU (1914-1939) Marija Sagheddu - l-isem Gabriella żdied wara li daħlet reliġjuża - twieldetf’Sardinja, fis-17 ta’ Marzu 1914, il-ħames minn tmien ulied li sfaw orfni minnmissierhom f’età żgħira. Kellha tfulija sempliċi ħafna. Meta ommha ħajritha tidħol fl-Azzjoni Kattolika,Marija għall-ewwel ma riditx għax dehrilha li kienet għadha mhix ippreparatatagħmel id-dmirijiet tagħha sewwa, iżda mbagħad daħlet b’ruħha u ġisimha. F’Marija kienu jidhru l-karatteristiċi ta’ fedelta’, sens kbir ta’ dover, qawwa ta’karattru u safa intransiġenti - kif ukoll dawk ftit u xejn negattivi: ras iebsa u xiftit vjolenti. Ma kinetx tfajla li minn ċkunita wriet sinjali ta’ qdusija. Ta’ 18-il sena Marija ltaqgħet mal-Mulej f’ċirkustanzi li ma tantx nafu fuqhom– nafu biss li ta’ din l-età ħajjitha nbidlet għal kollox, u tat lilha nfisha għalħajja ta’ talb u għall-prattika sħiħa tar-reliġjon, kif ukoll iddedikat ruħha għallħidmata’ karità. Ta’ 21 sena, bl-għajnuna tal-kappillan, iddeċidiet li tikkonsagra lilha nfishakollha kemm hi ’l Alla u tingħaqad mas-sorijiet Trappisti fil-monasterju ta’Grottaferrata, qrib Ruma. Fi tmiem Settembru 1935 sellmet għall-aħħar darba lil pajjiżha u lil niesha.Fit-13 ta’ April 1936 ħadet il-libsa reliġjuża u fil-31 t’Ottubru tal-istess senapprofessat bl-isem ta’ Marija Gabriella. Żewġ elementi li nsibu jaħkmu l-ħajja ġdida ta’ Gabriella fil-ħajja monastika: l-ewwel kien li tħossha li għandha trodd ħajr lil Alla għall-ħniena li weramagħha li sejħilha biex tkun kollha kemm hi tiegħu. Kienet tħobb ixxebbahlilha nfisha mal-Iben il-Ħali li reġa’ lura f’dar missieru. It-tieni element kien ixxewqali twieġeb għal din il-grazzja li taha Alla bil-ħeġġa kollha tagħha biex,dak li beda Alla magħha, jiġi mitmum sal-aħħar. F’jum il-professjoni, li ħabat nhar il-festa ta’ Kristu Re, għamlet “l-offertażgħira” tagħha: “Mulej, agħmel minni dik li trid.” U kien proprju l-Mulej li aktar’il quddiem wassalha biex toffri ħajjitha għall-Għaqda bejn il-Knejjes.SIGNUM FIDEI 47


Ta’ 24 sena ħassitha mqanqla mill-kliem tal-ittra ta’ Father Paul Couturier, l-Appostlu tal-Ekumeniżmu, fl-ittra li kiteb lil Madre Badessa u talbet biex toffriħajjitha biex isseħħ l-Għaqda bejn il-Knejjes Insara. Il-Badessa la wieġbet ivalanqas le, iżda talbitha biex taħsibha sew u wara titkellem mal-kappillan. Danqabel mat-talba. Saret l-offerta u ġiet aċċettata. Ftit jiem wara, f’Marija Gabriella bdew jidhru l-ewwel sintomi tal-mardaavvanzata tat-tuberkolożi li kellha twassalha sal-qabar wara 15-il xahar ta’tbatijiet. L-agunija tagħha ntemmet fit-23 ta’ April 1939. Kien it-Tieni Ħadd fuq l-Għid,il-Ħadd tar-Ragħaj Divin. Nhar it-Tlieta 25 ta’ Jannar 1983, fl-okkażjoni ta’ għeluq l-Ottava ta’ Talbgħall-Għaqda tal-Knejjes, il-Beatu Papa Ġwanni Pawlu II, fil-Bażilika ta’ SanPawl Barra s-Swar, iddikjaraha Beata. Il-Papa sejjaħ lil din il-Beata ġdida:“Gabriella tal-Unità”.Riflessjoni – Storja fuq attitudni mibdulaSegretarju eżekuttiv darba stqarr: “Meta bdejt nara lil Ġesù fl-imgħallem tax-xogħol,xogħli tbiddel. Kelli nagħti l-aħjar tiegħi. Anke l-mod kif inservi l-kafè kont nagħmlubil-ferħ u l-attitudni tbiddlet minn waħda ta’ arroganza għal waħda ta’ rispett.Meta Madre Tereża staqsewha, x’taħseb li jista’ jsir biex tittejjeb il-qagħda tal-Knisja, hija wieġbet: “Sempliċi ħafna, nibdew minni u minnek”. Nixxiegħa ta’ StejjerMeditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 79.2“... Iżjed ma’ l-persuni jkunu umli, iżjed Alla jwettaq ħwejjeġ kbar permezz tagħhom...”Missierna ...TALBANitolbuk Ġesù, tjubija bla tarf,li tagħtina l-grazzja li nisimgħu leħnek fis-skiet ġewwieni ta’ qalbna,li ngħożżu u nixxenqu għall-kumpanija tiegħek fil-ġabra ta’ ruħna.Nitolbuk fuq kollox, li nħobbu ngħammru miegħekil-bogħod mit-tlellix tad-dinja,u mill-għaġġla tal-kumpanija tagħha.Għallimna, flok il-ħażen tad-dinja nnebtu xtieli ta’ virtujietta’ żelu, fidi sħiħa fik, u mħabba lejn il-proxxmu.Ħalli dawn il-virtujiet jikbru f’qalbna u jibdew jagħtu l-frott abbundanti.Ammen.Dun Ġużepp Cauchi (1900-1955)48 SIGNUM FIDEI


It-Tlieta, 25 ta’ SettembruBeatu Ġovanni Beneditt DusmetSan Finbar - isqof ta’ Cork“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Proverbi 21: 1-6,10-13 Tagħlim qaddis.2. Salm118: 1,27,30,34,35,44 Mulej, mexxini mill-mogħdija tal-kmandamentitiegħek.3. Luqa 8: 19-21 Ommi u ħuti huma dawk li jisimgħu l-kelma ta’Alla u jagħmlu li jgħid hu.SAN FINBAR Kien jismu Lochan, u twieled f’Connaught, l-Irlanda, fis-Seklu VI. Ommukienet nobbli fil-qorti Irlandiża u missieru bniedem tas-sengħa. Tgħallem għand il-patrijiet ta’ Kilmacahil f’Kilkenny, li semmewh Fionn-Bahr,jiġifieri “Ras Bajda”, u beda jissejaħ Finbar. Mar pellegrinaġġ Ruma u għadda minn Wales, fejn żar lil San David ta’Menevia. Waqqaf skola monastika fuq il-gżira ta’ Lough Eiroe, fejn għex għalxi żmien bħala eremit. Waqqaf imbagħad monasteru li madwaru żviluppat il-belt ta’ Cork, li tagħhakien l-ewwel isqof. Dan il-monasteru kien popolari ħafna fl-Irlanda t’isfel uissieħbu fih ħafna dixxipli. Ippriedka l-Vanġelu fl-Iskozja u fl-Irlanda, u miet madwar is-sena 633 fil-beltta’ Cloyne, imma ġie midfun f’Cork. Wara mewtu saru ħafna mirakli li kienu attribwiti għal dan il-qaddis. Hu l-patrun prinċipali tal-belt u d-djoċesi ta’ Cork. Kemm il-KattidralProtestant tant sabiħ (li qabel kien Kattoliku) kif ukoll il-Kattidral Kattoliku, ankidan kbir u sabiħ, fil-belt ta’ Cork, huma ddedikati lil San Finbar. Huwa patrun tal-imigranti.Riflessjoni: X’jgħidilna San Pawl: Il-Fidi ta’ AbrahamKienet il-fidi li ġagħlet lil Abraham jobdi s-sejħa ta’ Alla, meta dan qallu biex imurf’art li kien se jagħtih b’wirt; u telaq, bla ma kien jaf fejn kien sejjer.Kienet il-fidi li ġagħlitu jgħammar fl-art imwiegħda, qisu barrani f’art barranija, ujgħix taħt it-tined flimkien ma’ Iżakk u Ġakobb.Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:Med. fuq l-Ispirtu ta’ Fidi – Kollezzjoni ta’ diversi Trattati QosraFaith should be the light and guide of all Christians, to lead and direct them in theway of salvation. This is why Saint Paul tells us that the just, that is true Christians,live by faith, because they are guided by and their actions are performed with viewsSIGNUM FIDEI 49


and motives of faith. It is of the utmost importance, therefore, that we who belongta an Institute whose aim is to educate the children confined to our care, should inthe spirit of Christianity and to procure this for them, be imbued and so completelyfilled with the Spirit of Faith that we will consider the sentiments and maxims of faithas the rule of our conduct, and the Spirit of Faith as the Spirit of the Institute.L-ISPIRTU TA’ FIDI U L-EFFETTI TIEG}U1. LI MA T}ARES LEJN XEJN JEKK MHUX BL-G}AJNEJN TAL-FIDI.2. LI MA TAG}MEL XEJN JEKK MHUX G}AL ALLA.3. LI TQIS KOLLOX B}ALA ĠEJ MINN ALLA.L-ISPIRTU TA’ FIDI HUWA SPIRTU LI F’KOLLOX JIRREGOLA RU}U LI JIMXIFUQ IL-MASSIMI U S-SENTIMENTI ME}UDIN MILL-ISKRITTURA.Missierna ...TALBAGlorja lill-Missieru lill-Iben u lill-Ispirtu Santu,Kif kien mill-bidu, issa u dejjemu jibqa’ ghal-dejjem ta’dejjemAmmenL-Erbgħa, 26 ta’ SettembruSan Kosma u San Damjan – aħwa, tobba, martriSan Alzearju minn Sabran u l-Beata Delfina – lajċiBeatu Aurelio ta’ Vinalesa u Sħabu - martri ta’ Valencia“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Proverbi 30: 5-9 Tagħtinix la faqar u lanqas għana, agħtini biss l-ikel kemm ninħtieġ.2. Salm 118: 29,72,89,101,104,163 Musbieħ għal riġlejja l-kelma tiegħek.3. Luqa 9: 1-6 Bagħathom ixandru s-Saltna ta’ Alla u jfejqu ’lmorda.SAN KOSMA U SAN DAMJAN – aħwa martri M’hemm xejn li nafu b’ċertezza dwar dawn iż-żewġ qaddisin ħlief li mietumartri fil-persekuzzjoni ta’ Djoklezjanu.50 SIGNUM FIDEI


Skont tradizzjoni, San Kosma u San Damjan kienu tewmin mill-Għarabja, iżdamarru jgħixu f’Egea, Ċiliċja. It-tnejn kienu tobba, u ħadu din il-professjoni tagħhom bħala vokazzjoni u makinux jaċċettaw flus għas-servizzi li kienu jagħtu lin-nies. Fil-persekuzzjoni ta’ Djoklezjanu kontra l-insara, dawn iż-żewġ tobba kienuminn tal-ewwel arrestati minn Lisjas, Gvernatur taċ-Ċiliċja, ittorturati umaqtulin bil-qtugħ tar-ras, f’madwar is-sena 303. L-insara ħadu l-iġsma tagħhom u difnuhom f’Ciro, is-Sirja. Isimhom tniżżel fil-Kanone tal-Quddiesa probabbilment fis-sitt seklu, mill-Papa San Simmaku.Mill-Imitazzjoni ta’ Kristu – It-3 Ktieb: Kap. 54Ibni, oqgħod ħares tajjeb x’inhu li jitlob il-ġisem u x’inhu li tagħmel il-grazzja tiegħigħaliex għalkemm huma kontra xulxin, wisq trid tibqa’ tħares bir-reqqa biextagħżilhom: ara kemm, li jekk ma jkunx bniedem tar-ruħ u qalbu mogħnija b’dawlis-sema, ħaddieħor kemm kemm jagħrafhom minn xulxin. It-tajjeb kulħadd jixtiequgħalih, u kulħadd jidhirlu li fi kliemu jew f’għemilu jinsab xi ġid; u għalhekk bostawħud jitqarrqu minħabba filli jidhrilhom li din jew dik il-ħaġa hi tajba.Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:Med. fuq l-Ispirtu ta’ Fidi – Kollezzjoni ta’ diversi Trattati QosraThe Brothers shall make it their study to exercise continual watchfulness overthemselves, so as not to perform a single action, if possible, from natural impulse orthrough custom, or any human motive; but act so as to perform them all byguidance of God, through the movement of the Holy Spirit, and with the intention ofpleasing God.They shall pay as much attention to the holy presence of God as they can, and takecare to renew it from time to time, being convinced that they should think only ofGod and what God ordains, that is, of what relates to Their duty and employment.Missierna ...TALBAJiena għandi bżonnokSinjur Ġesù Kristu,biex jiena ngħix u mmut tajjeb.Għalhekk nitolboktidderiġini dejjem,u ma tabbandunani qatt.Ammen.San Ġorġ PrecaSIGNUM FIDEI 51


Il-Ħamis, 27 ta’ SettembruBeatu Br. Scubillion Rousseau – missjunarju, frère ta’ S. Ġw. Battista De La SalleSan Vinċenz de Paul – saċerdot 1581-1660Beatu Innocenz ta’ Berzo – presbiteruBeati Ġużepp Calasanz u Enriku Saiz u Sħabhom - martri“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Qoħelet 1: 2-11 Xejn ġdid m’hemm taħt ix-xemx.2. Salm 89: 3-6,12-14,17 Mulej, int kenn għalija.3. Luqa 9: 7-9 Lil Ġwanni qtajtlu rasu; min hu dan li fuqu qiegħednisma’ dan kollu?BROTHER SCUBILION ROUSSEAU – frère ta’ S. Ġwann Battista De La Salle,appostlu tal-ilsiera tal-gżira ta’ Reunion Bħala ġuvni devot f’raħal twelidu f’Burgundy, Franza, Jean Bernard Rousseaukien jaħdem bħala katekista meta laqqgħuh mal-Brothers li kienu għadhom kiffetħu skola f’raħal qrib. Huwa beda n-novizzjat f’Pariġi fl-1822. Wara għaxar snin fl-iskejjel primarjimadwar Franza, Brother Scubilion telaq minn Franza fl-1833 biex jiddedika l-aħħar 34 sena lill-ilsiera nattivi fil-gżira ta’ Reunion fl-Oċean Indjan. Imfakkar bħala l-katekist tal-ilsiera, huwa beda l-lezzjonijiet ta’ filgħaxija, fejnkienu qegħdin jattendu numru tajjeb, anki wara ġurnata twila ta’ xogħol iebes.Huwa fassal programmi speċjali u tekniki tajbin għall-bżonnijiet tagħhom,sabiex jgħallimhom il-bażi tad-duttrina kristjana u l-moralita` u jippreparahomsabiex jirċievu s-sagramenti. Huwa rebaħ il-fiduċja tagħhom bil-ġenerożita` tiegħu u bir-rispett lejhom.Wara l-emanċipazzjoni tal-ilsiera fl-1848, huwa kompla jieħu ħsiebhom ujgħinhom jadattaw ruħhom għal ħajja ġdida ta’ ħelsien u responsabbiltà. Fl-aħħar snin ta’ ħajtu, għalkemm saħħtu ma kinitx tajba, għen lis-saċerdottar-raħal idur jara lill-morda, jirbaħ lill-midinbin, iħeġġeġ il-vokazzjonijiet u ankijagħmel dak li deher bħala fejqan mirakoluż. F’mewtu kull persuna fuq il-gżiraqimitu bħala qaddis. Ġie bbeatifikat fit-3 ta’ Mejju 1989.SAN VINĊENZ DE PAUL - saċerdotSan Vinċenz de Paul twieled fil-Lbiċ ta’ Franza fl-1581. Wara l-istudji ordna qassis,u bagħtuh kappillan ta’ parroċċa f’Pariġi. Waqqaf il-Kongregazzjoni tal-Missjonigħall-formazzjoni tal-kleru u għall-għajnuna tal-foqra. Id f’id ma’ Santa Ludovika deMarillac waqqaf ukoll kongregazzjoni ta’ sorijiet. Miet f’Pariġi fl-1660.52 SIGNUM FIDEI


Riflessjoni: Il-weġgħat li jagħmlulek l-oħrajn iktibhom fuq ir-ramel.L-affarijiet sbieħ li jagħmlulek l-oħrajn onqoxhom fuq l-irħam. Trid li Ġesù jkun miegħek?Agħmilha miegħu. Jekk filgħaxija taħfer l-iżbalji ta’ matul il-jum,l-irwieżaq jibdew jgħannulek bil-lejl. Agħti milli għandek u qatt tistenna grazzi.Br. LouisMeditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med: 173.2“... Inti ngħatajt il-ministeru li tagħti lilek innifsek għall-ġid tal-foqra u l-batuti, u intiobbligat tgħinhom u tgħallimhom ...B’dan il-mod, iżjed ma inti jkollok stima lejhom, aktar tkun f’għaqda ma’ Sidna ĠesùKristu ...”Missierna ...TALBAlill-Beatu Br. ScubilionMulej,int għamilt minn Br. Scubilion,edukatur mimli bl-ispirtu ta’ fidi u ta’ ħeġġabiex iwassal l-Bxara t-Tajba lill-fqar,inissel it-tama lill-ilsierau jqanqal il-midinbin għall-maħfra.Agħtina nitolbuk: li nimxu fuq l-eżempju tiegħusabiex bl-għajnuna tal-Verġni Marijajirnexxielna ngħixu mimlijin bi mħabbtekIi narawha fid-dawl tal-ewkaristijau bis-sbuħija tas-salib glorjuż tiegħek.B’Ġesù Kristu Ibnek,AmmenSIGNUM FIDEI 53


Il-Ġimgħa, 28 ta’ SettembruSan Wenċeslaw, Re tal-Boemja - martriSan Lawrenz Ruiz u SħabuIl-Martri tal-Ġappun“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Qoħelet 3: 1-11 Kull ħaġa għandha waqtha taħt is-sema.2. Salm 148: 1a.2abċ.3-4 Imbierek il-Mulej, il-blata tiegħi.3. Luqa 9: 18-22 Inti l-Messija ta’ Alla. Jinħtieġ li Bin il-bniedem ibatiħafna.S. Wenċeslaw - martri (907-929) Dan il-qaddis kien duka tal-Bohemia. Fil-mewt ta’ missier Wenċeslaw, ommu u ħuh ingħaqdu mal-partit anti-nisrani,u ommu bħala reġġenti biddlet il-politika reliġjuża. S. Ludmilla, in-nanna ta’ Wenċeslaw min-naħa ta’ missieru, li edukat lillqaddisfil-fidi, ġiet maqtula. Imbagħad Wenċeslaw, għalkemm ta’ 15-il sena,beda jaħkem, reġa’ daħħal tmexxija nisranija u minħabba l-paċi, għaraf lir-reĠermaniż Neriku I bħala sovran. Wenċeslaw laħaq mexxa biss 7 snin u kien għadu kif kellu iben li assiguralus-suċċessjoni. Meta kien qiegħed għall-quddiesa ta’ filgħodu, ħuh iżgħarminnu, Boleslaus I, minħabba ambizzjoni personali u motivi politiċi u reliġjużi,assassinah. Wenċeslaw laħaq ħafer lil ħuh. Huwa mill-ewwel beda jiġi meqjum bħala martri. Dan il-qaddis żagħżugħ ta’ 22 sena huwa l-patrun taċ-Ċekoslovakkja.Riflessjoni:“Jien nisrani u minix ser niċħad il-fidi nisranija biex insalva ħajti. Beħsiebni mmutgħal Alla, u għal Alla lest li nagħti mhux biss din il-ħajja li għandi iżda bosta eluf ta’ħajjiet li kieku seta’ jkolli.”(Dan il-kliem qalu San Lawrenz Riuz – qaddis li qed nikkommemoraw llum ukoll - lilmin kien qed jikkundannah għall-mewt.)Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:Med. 165, it-3 partiLlike Saint Paul, let us place all our glory in bearing in our bodies the sacredwounds of the suffering Jesus, so as to make ourselves conformable to Jesuscrucified and to honor his Holy Cross in the manner that will be most pleasing tohim and most efficacious and advantageous for us. We judge well that the entire lifeof Jesus was nothing but a cross and a constant martyrdom. We will never appear54 SIGNUM FIDEI


etter as his servant, his friend, and his imitator than by imprinting on ourselves thesign of his Holy Cross and by suffering pain like his.How could we dare look for another way to please God, to honor God, and to offeran agreeable sacrifice except by the way of the blessed cross. Jesus, our Savior,did not spend a single hour of his life without suffering in order to honor his Father,and no saint has ever lived in this world without suffering and without the cross.TALBAMulej Ġesù,għarraftna dak li hu tajjebu titlobna li nippridkawil-ġustizzja u l-ħniena u l-mogħdrijau bl-umiltà kollha nimxu miegħek.Inti ma ġejtx, la biex tiġġudikau lanqas biex tikkundanna,imma biex taħt il-gwida tiegħektgħinna nerġgħu nġeddurabta miegħek għal dejjem.Iva Mulej! Alla tiegħi,jiena nemmen fik.Mulej tiegħi u Alla tiegħi,jiena nittama kollox mingħandek.Mulej u Alla tiegħi,jiena nħobbok.Br. LouisMissierna ...SIGNUM FIDEI 55


Is-Sibt, 29 ta’ SettembruL-Anġli Mqaddsa – Mikiel, Gabrijiel u Rafel“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Danjel 7: 9,10,13,14 Eluf ta’ eluf kienu jaqduh. jewApokalissi 12: 7-12aMikiel u l-anġli tiegħu tqabdu mad-dragun.2. Salm 137: 1-5 Quddiem l-anġli niżżikħajr, Mulej.3. Ġwanni 1: 47-51 Intom għad taraw l-anġli ta’ Alla.L-Anġli Mqaddsa – Mikiel, Gabrijiel u Rafel Illum il-Knisja tagħmel il-festa tal-Arkanġli San Mikiel, San Gabrijel u SanRafiel. Fir-Riforma tal-Kalendarju Universali tal-Knisja fl-1970, it-tliet Arkanġli,li isimhom jissemma fil-Kotba Mqaddsa, bdew jiġu mfakkrin flimkien. San Mikiel huwa meqjus bħala l-ewlieni tal-qtajja’ tas-sema. Jissemma filktiebta’ Danjel (Kapi 10,13; 12,1) bħala l-protettur tal-Poplu Magħżul ta’Israel; jissemma wkoll fit-Testment il-Ġdid fl-ittra tal-appostlu San Ġuda(Ġuda 6) u fl-Apokalissi ta’ San Ġwann (Apok. 12:7). Ismu jfisser: Min hu bħalAlla? Il-qima lejh bdiet fil-Lvant, aktarx fil-Friġja, fejn kien miżmum bħala l-protettur speċjali tal-morda. Dehra tiegħu f’Monte Gargano, fis-SE tal-Italja,żdiedet il-qima lejh fil-Punent, u bażilka magħrufa f’Via Salerja f’Ruma kienetmibnija għall-ġieħ tiegħu. Il-festa ta’ San Mikiel fid-29 ta’ Settembru kienet ilfestali tfakkar id-dedikazzjoni ta’ din il-bażilka fis-seklu 6. San Mikiel, bħalmafit-TQ kien meqjus il-Protettur tal-Poplu Magħżul ta’ Alla, hu issa meqjusbħala l-protettur tal-Knisja, il-Poplu ġdid t’Alla. Anki San Gabrijel (li ismu jfisser “il-Qawwa ta’ Alla”) jissemma fil-ktieb ta’Danjel, kif ukoll fl-Evanġelju ta’ San Luqa. Hu msejjaħ l-Anġlu tal-Annunzjazzjoni għax kien hu li ħabbar lil Marija t-twelid ta’ Ġesù, kif ukollqabel kien ħabbar lil Żakkarija t-twelid ta’ Ġwanni l-Battista. Il-festa tiegħuddaħħlet fil-Knisja universali fl-1921. San Rafel (“id-Duwa ta’ Alla”) jissemma biss fit-TQ fil-ktieb ta’ Tobit fejn hujidher bħala l-anġlu li wassal lil iben Tobit fil-vjaġġ li kellu għal Raġes u ħelsuminn diversi perikli. Minħabba f’hekk hu msejjaħ bħala protettur fil-vjaġġi. Xikittieba antiki kienu jżommu li l-anġlu li jissemma fl-Evanġelju ta’ San Ġwann(5,14) li kien jinżel fl-għadira ta’ Bethesda jċaqlaq l-ilma, u min kien jinżel l-ewwel kien ifiq, kien San Rafel Arkanġlu. Il-festa tiegħu daħlet fil-Knisja kollhatal-Punent fl-1925.56 SIGNUM FIDEI


Riflessjoni fuq il-Kelma t’Alla:Jien rajt lil Sidi bilqiegħda fuq tron għoli merfugħ ’il fuq; djul il-libsa tiegħu kien jimlait-tempju. ’Il fuq minnu kien hemm serafini, kull wieħed b'sitt ġwienaħ: bi tnejn kienujgħattu wiċċhom, bi tnejn kienu jgħattu riġlejhom u bi tnejn jittajru. U kienu jgħajtu ujwieġbu lil xulxin: “Qaddis, qaddis, qaddis hu l-Mulej tal-eżerċti. L-art kollha mimlijabil-glorja tiegħu.” Bl-għajat tagħhom is-sisien tal-għetiebi theżhżu, u t-tempju mtelabid-duħħan. Isaija 6: 1-4Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:Med. 169, it-2 partiSaint Michael, inspired by this attitude of faith, which served as his shield againstthe evil angels, was victorious over them by these words: Who is like to God? Atthe same time, he gave glory to God with his followers as they cried out, You areworthy, O Lord, our God, to receive all glory, all honor, and all power, because youhave created all things. Now salvation and power and the reign of our God havebeen established, because the accuser of our brothers, who day and night accusedthem before our God, has been thrown down from the heights of heaven. At thatmoment all these holy angels were confirmed in eternal glory, from which they havenever fallen and which can never have the least alteration in them. What happinessfor this holy archangel: to be the first of these blessed spirits who devotethemselves entirely to praise God in heaven and, by his zeal and respect for God,to have contributed the most to start bringing others to heaven!Missierna ...TALBASan Mikiel Arkanġlu, idħol għalina fit-taqbida;kun int l-għajnuna tagħna kontra l-ħażenu t-tnassis tad-demonju.Irażżnu Alla, nitolbuk bil-ħerqa.Int l-aqwa fost il-qtajja’ tas-sema,itfa' bil-qawwa t'Alla, fil-qiegħ tal-infernlix-xitan u l-ispirti ħżiena l-oħrali jiġġerrew fid-dinja għat-telfien tal-erwieħ.Ammen.SIGNUM FIDEI 57


Il-Ħadd, 30 ta’ SettembruIs-26 Ħadd ta’ matul is-sena“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Numri 11: 25-29 Kulħadd profeta fil-poplu tal-Mulej.2. Salm 18: 8,10,12-14 Il-preċetti tal-Mulej dritti, u jferrħu l-qalb.3. Ġakbu 5: 1-6 Il-ġid tagħkom tħassar.4. Mark 9: 38-43,45,47,48 Min mhux kontra tagħna, huwa magħna.Riflessjoni fuq il-Vanġelu: Il-Vanġelu tal-lum ikompli minn fejn ħallejna l-Ħadd li għadda. Insibu lil Ġesùjkompli jgħallem lid-dixxipli tiegħu bil-katekeżi – fost l-affarijiet li wriehom utkellem fuqhom kienu:o Li d-dixxiplu huwa dawk li jkompli l-ħidma ta’ Ġesù;o Minn jagħmel dak li għamel Ġesù huwa ma’ Ġesù;‘Min mhux kontra tagħna hu magħna’!o Id-dixxipulat mhux xi ħaġa privileġġata, iżda Ġesù hu miftuħ għalkulħadd;o Li s-setgħa li tagħmel il-mirakli ma tinxtarax bil-flus;o Id-dixxipli ta’ Ġesù għandhom juru sens ta’ solidarjetà, ospitalità u kenn; Għal dawk li jkunu ta’ skandlu lejn ħuthom il-bnedmin, Ġesù għandu kliemiebes: ‘Imma min jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin, ikunjaqbillu jekk jorbtulu ma’ għonju ġebla tat-tħin ... u jixħtuh il-baħar’. Bliskandluried ifisser dak li jista’ jfixkel lil wieħed fil-fidi u li jemmen f’Ġesù. Fl-aħħar Ġesù jwissi lid-dixxipli li għandhom ineħħu kull ġibda lejn il-ħażen. L-id, is-sieq u l-għajn huma simbolikament l-oġġetti li jistgħu jwasslu għad-dnub.Ġesù ried ukoll iwiddeb lid-dixxipli biex irażżnu kull regħba u kilba għassetgħau l-unuri. Ġesù qiegħed jurina t-triq lejn il-ħajja u x’għandna nagħmlu biex ma niħdux ittriqli twassalna għat-telfien.Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:Med. 170, l-1 partiIllum taħbat ukoll il-festa ta’ San Ġilormu. S. Ġw. Bta De La Salle kiteb meditazzjonisabiħa fuq dan il-qaddis.Saint Jerome was gifted with an excellent mind and extraordinary learning. At firsthe devoted himself to humane learning, but having perceived that this turned himaway from God instead of giving him appreciation for him, he gave this up andspared no pain, labour, money, or effort to be instructed in Holy Scripture and toreach a perfect understanding of all the mysteries it contains. In these sacredbooks, the outpouring of all the treasures of God’s knowledge and wisdom are58 SIGNUM FIDEI


found. As the Prophet expresses it, they are the divine books that the true servantsof God must devour and be filled with in order to communicate their secrets and toexpound them in God’s name to those whom they are bound to instruct and to formin the Christian spirit.This is what Saint Jerome did, for he was consulted by people from all over theworld concerning difficulties in Holy Scripture, which he studied so well andresolved so well that he left no doubt in those who had appealed to him regardingtheir questions. In this way Saint Jerome enlightened the Church with theunderstanding he had received from God. To possess this gift even more fully, hewithdrew from the world, so that secular concerns would not prevent him fromdeepening his grasp of the sacred truths that God wished to make known to hispeople.If you wish to be filled with the mind of God and entirely fit for your work, make thesacred books of Holy Scripture your special study, particularly the New Testament,so that it serves as a rule of conduct for both you and those whom you instruct.TALBA tal-GħalliemaMulej, Inti l-qawwa u s-sabar tiegħi.Inti d-dawl u l-parir tiegħi.Inti tqiegħed f’idejja l-qlub tat-tfalli fdajtli biex nieħu ħsiebhom.La titlaqnix waħdi għal ħin wieħed biss.Agħtini, għat-tmexxija tal-imġiba tiegħiu għal dik tal-istudenti tiegħi,l-ispirtu tal-għerf u tad-dehen,l-ispirtu tal-għaqal u tal-qawwa,l-ispirtu tax-xjenza u tal-pietà,l-ispirtu tal-biża’ qaddisa t’Alla,u ħeġġa ħerqana,biex ixandar is-sebħ tiegħek.Missierna ...Jien ngħaqqad ħidmitima’ dik ta’ Ġesù Kristu,u nitlob lill-Verġni Marija Santissima,lil San Ġużepp, lill-Anġli Kustodji,u lil San Ġwann Battista De La Salle,biex iħarsuni fil-qadi ta’ dmirijieti kollha.Ammen.SIGNUM FIDEI 59


JG}IX {ESU’F’QALBNA !G}AL DEJJEM60 SIGNUM FIDEI


It-Talba tas-Signum FideiMissierna li inti fis-smewwiet,fil-Providenza tieg]ek,Inti g]o[bok tag]\ilni biex inkun Sinjal ta’ Fidif’dinja mimlija konfu\joni u in`ertezzi.Ixg]el fija u fil-membri kollha tas-Signum Fidei,spirtu qawwi ta’ FIDI u {ENEROŻITA’,]alli meta ni[i biex nikkommetti ru]i fl-appostolat,nimxi fuq l-e\empju ta’San {wann Battista De La Salle,u ndawwal o]rajn,biex huma wkoll jikkonsagraw ]ajjithom,]alli jwasslu l-Van[elu lid-dinja fl-edukazzjoni.Bierek ix-xog]ol ta’ ]utna,huma fejn huma, biex flimkien ,imdawwla bl-entu\ja\mutal-Ispirtu tal-im]abba tieg]ek,insiru dejjem aktar il-Mel] tad-Dinja,id-Dawl tad-Dinja, l-aktar fost il-fqar u ,dawk li jinsabu bog]od mis-salvazzjoni li inti toffri.Ilqa’ [ewwa dirg]ajk lil ]utnali telqu qabilna bis-sinjal tat-twemminu li issa jinsabu reqdin fil-pa`i tieg]ek.Qed nitolbok dan,permezz ta’ Ġesu’ Kristu,Ibnek l-G]a\i\.AmenDirezzjoni: Min jixtieq tag]rif dwar is-Signum Fidei kkuntatjaw:M. Camilleri, 117, “Camille”, Triq Nazju Ellul, Gzira.Tel. 21317422, Mob. 79317422E-mail: petcam@maltanet.netSIGNUM FIDEI 61


Beati BrothersMartri ta’ Valencia1936BrothersELIAS—HONORATO—FLORENCIOAMBROSIO—BERTANTifkira: 22 ta’ Settembru62 SIGNUM FIDEI

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!